Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptar Mater Dei – Magni tal-MRI – waiting list

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-waiting list għall-MRI sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kf diġa weġibt fil-PQ 17665, illum tnejn mill-MRIs li qegħdin fl-Isptar Mater jaħdmu 21 siegħa u nofs kuljum, 7 tijiem fil-ġimgħa. It-tielet MRI fl-Isptar Mater Dei taħdem 19 siegħa u nofs kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa. Is-Sibtijiet u l-Ħdud jiftħu skont il-pjan tax-xogħol tar-radjologi u r-radjografi disponibbli. F’dawn l-aħħar xhur, introduċejna MRI fl-isptar Ġenerali t’Għawdex li tintuża għal 12-il siegħa, jumejn fil-ġimgħa. Fix-xhur li ġejjin, l-Isptar Ġenerali t’Għawdex ser ikollu magna ġdida u aktar avvanzata. Magni simili bħal din ser tiġi nstallata fir-Residenza San Vinċenz. Bi pjaċir ninforma lill-Onor. Interpellant, li fejn il-Gvern qed jalloka €2.1 miljun għall-MRI twilight budget, dan l-ammont ser jiżdied fil-ġranet li ġejjin għal €3.8 miljun sabiex fejn is-soltu jsiru 375 MRIs extra fil-ġimgħa, din iċ-ċifra titla’ għal 600 extra fil-ġimgħa. Ta’ min jgħid li din li-inzjattiva se timbotta ċ-ċifra ta’ MRIs extra għal 31,200 extra fis-sena. Huwa mistenni li fi żmien sena, il-ħinijiet kurrenti ta’ stennija jonqsu drastikalment. Sa l-aħħar ta’ Ġunju, kien hemm 103 persuni jistennew appuntament għall-MRI, u ilhom jistennew aktar mill-perjodu stipulat fiċ-Charter tal-Pazjent. Ikun hemm bosta’ raġunijiet għala dan il-perjodu jinqabeż.

Każijiet ta’ bullying — Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ bullying li fihom iddaħħlet il-pulizija?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li din it-tip ta’ statistika qatt ma nżammet mis-Servizz ta’ kontra l-Ibbuljar peress li tali statistika mhux meħtieġa għax-xogħol li jsir mill-membri tas-Servizz mal-persuni nvoluti fil-każ.

Servizz kontra l-Ibbuljar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-proċedura li tirregola s-Servizz kontra l-Ibbuljar u meta ġiet riveduta l-aħħar darba?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li it-tim ta’ kontra l-Ibbuljar isegwi SOP li ġiet riveduta f’Settembru tal-2023.

Aggressjoni lejn l-għalliema — Każijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet t’aggressjoni lejn l-għalliema fi ħdan l-istituzzjonijiet edukattivi mill-2012 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari maqsuma sena b’sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Football Nurseries-– minorenni reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn tfal reġistrati f’football nurseries f’Malta u Għawdex?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa ma jeżisti l-ebda reġistru tal-atleti. Infurmat li l-Awtorità għall-Integrità fl-Isport għaddej bi proċess sabiex tali reġistru jiġi krejat, iżda dan ir-reġistru mhux ser ikun qed jirrifletti kemm ikun hemm tfal reġistrati f’football nurseries.

Servizz kontra l-ibbuljar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-istaff jaħdmu fis-Servizz kontra l-Ibbuljar?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li matul is-sena skolastika 2023/2024 kien hemm 5 Anti-Bullying Guidance Teachers u 2 Education Support Practicioners.

Servizz kontra l-Ibbuljar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma r-rwoli tal-istaff fi ħdan is-Servizz kontra l-Ibbuljar?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-istaff tas-Servizz kontra l-Ibbuljar jagħtu sapport lill-istudenti kollha nvoluti direttament u kif ukoll indirettament fi kwistjonijiet ta’ bullying, jagħmlu sessjonijiet t’għarfien lill-ġenituri, lezzjonijiet t’għarfien mal-istudenti fi klassijiet, inizjattivi fl-iskejjel biex jippromwovu l-għarfien dwar l-ibbuljar u kif ukoll taħriġ lill-għalliema.

Servizz kontra l-Ibbuljar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet referuti lis-Servizz kontra l-Ibbuljar mill-2012 sal-2023, maqsuma għal kull sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-total ta’ referrals, u li b’hekk dan l-ammont mhux rappreżentattiv ta’ kemm -il persuna huma nvoluti bħala vitma jew perpetrator, matul is-snin imsemmija kien ta’ 4,611 -il każ.

Vittmi ta’ bullying

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm vittmi ta’ bullying skont l-età (age brackets) u skont il-ġeneru fis-sena 2023?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Bħalma ġie mtenni fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19720, niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellanta li t-tim ta’ kontra l-ibbuljar jirċievi referrals u għalhekk mhux rapprezentattiv ta’ kemm -il persuna huma meqjusin bħala vittmi jew perpetrators. It-total ta’ referrals matul is-sena 2023 kien ta’ 499.

Persuni li kkawżaw bullying

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li kkawżaw bullying skont l-età (age brackets) u skont il-ġeneru fis-sena 2023?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tim ta’ kontra l-Ibbuljar jirċievi referrals biss u li dawn mhux neċessarjament jirrapreżentaw kemm -il persuna kienet involuta bħala vittma jew perpetrator.

Child Safety Services – Każijiet riferuti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet referuti liċ-Child Safety Services (CSS) mill-2012 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari maqsuma għal kull sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Child Safety Services – Rapporti

Question

B’mod kwantitattiv, jista’ l-Ministru jippreżenta tabella tar-raġunijiet għalfejn iddaħħlu rapporti liċ-Child Safety Services (CSS) fis-sena 2023?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li r-raġunijiet kienu; fiżiċi, emozzjonali, traskuraġni u/jew sesswali.

Child Safety Services – Każijiet riferuti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-każijiet tar-rapporti li ddaħħlu liċ-Child Safety Services (CSS) fis-sena 2023 ġew riferuti lid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Minuri?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li minn 1,120 każ li ġie riferut liċ-CSS, 195 każ ġie riferut liċ-CPS.

Child Safety Services

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-proċedura li tirregola s-servizz taċ-Child Safety Services u meta ġiet riveduta l-aħħar darba?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li hemm MoU li sar fl-2017 bejn CSS u CPS sabiex ix-xogħol jitqassam bejn iż-żewġ partijiet.