Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bord dwar il-Professjoni tax-Xogħol Soċjali – Ilmenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm ilmenti quddiem il-Bord dwar il-Professjoni tax-Xogħol Soċjali, mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena u jgħid dwar xiex kienu dawn l-ilmenti b’mod ġenerali? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-ilmenti għadhom pendenti?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif qed jinġabar.

Bord dwar il-Professjoni tal-Psikoloġija ta’ Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm ilmenti quddiem il-Bord dwar il-Professjoni tal-Psikoloġija ta’ Malta, mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena u jgħid dwar xiex kienu dawn l-ilmenti b’mod ġenerali? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-ilmenti għadhom pendenti?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif qed jinġabar.

Kunsill għall-Professjoni tal-Counselling — Ilmenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm ilmenti quddiem il-Kunsill għall-Professjoni tal-Counselling, mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena u jgħid dwar xiex kienu dawn l-ilmenti b’mod ġenerali? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-ilmenti għadhom pendenti?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif qed jinġabar.

Bord dwar il-Professjoni tal-Psikoterapija — Ilmenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm ilmenti quddiem il-Bord dwar il-Professjoni tal-Psikoterapija, mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena u jgħid dwar xiex kienu dawn l-ilmenti b’mod ġenerali? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-ilmenti għadhom pendenti?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif qed jinġabar.

Bord dwar il-Professjoni tax-xogħol maż-Żgħażagħ f’Malta — Ilmenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm ilmenti quddiem il-Bord dwar il-Professjoni tax-xogħol maż-Żgħażagħ f’Malta, mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena u jgħid dwar xiex kienu dawn l-ilmenti b’mod ġenerali? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-ilmenti għadhom pendenti?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi din l-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Kors tas-social work — Żieda fl-istipendju

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jikkunsidrax li jerġa’ jgħolli l-istipendju tal-persuni li jagħżlu social work u suġġetti oħra fil-qasam soċjali, biex ikunu attirati iktar żgħażagħ lejn dawn il-karrieri?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif qed jinġabar.

Rapporti ta’ vjolenza domestika

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ vjolenza domestika minn Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Ġunju ta’ din is-sena, kien hemm elf, mija u seba’ (1107) rapporti ta’ vjolenza domestika, rreġistrati mal-pulizija.

Vjolenza domestika — Persuni mressqa l-Qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti minħabba vjolenza domestika minn Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Vjolenza domestika – Każijiet pendenti fil-Qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm każijiet ta’ vjolenza domestika pendenti fil-Qorti bħalissa?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sat-2 ta’ Lulju l-ammont ta’ każijiet ta’ vjolenza domestika pendenti huwa ta’ elfejn mitejn u tnejn (2202) li minnhom 2101 huma ta’ kompetenza ordinarja tal-Qorti tal-Maġistrati u 101 huma kumpilazzjonijiet.

Każijiet ta’ vjolenza domestika – Żmien medju

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’inhu ż-żmien medju minn meta tiġi rreġistrata l-kawża tal-vjolenza domestika sakemm issir l-ewwel seduta fil-Qorti?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati ma żżommx statistika kif mitlub.

Sptar Mater Dei – Magni tal-MRI

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar ċertifikat ta’ kalibrazzjoni ta’ kull magna tal-MRI fl-Isptar Mater Dei?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat illi m'hemm l-ebda ċertifikat speċifiku ta’ kalibrazzjoni għall-magni tal-MRI fl-isptar Mater Dei. Għal kull manutenzjoni preventiva u Quality Assurance, isir rapport b'lista ta' kontrolli.

Sptar Mater Dei – CT Scans – Waiting List

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-waiting list għall-CT scans sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Infakkar lill-Onor. Interpellant li xahar ilu biss, nidejna investiment ta’ €400,000, biex sal-aħħar ta’ din is-sena madwar 3,000 CT scan se jkunu qed jiġu amministrati lill-pazjenti b’mard tal-kanċer u tal-qalb fl-Isptar Mater Dei u fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex. Dawn ser isiru f’ħinijiet barra mill-ħinijiet normali tax-xogħol. Fil-preżent fl-Isptar Mater Dei, matul il-ħin normali tax-xogħol, isiru madwar 150 CT scan kuljum permezz ta’ tliet CT scanners, filwaqt li fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex isiru madwar 150 CT scan fil-ġimgħa permezz ta’ CT scanner. Ninsab infurmat, li sa l-aħħar ta’Ġunju kien hemm 25 persuna jistennew CT Scan, li l-istennija tagħhom qabżet il-perjodu stipulat fiċ-Charter tal-Pazjenti. Jista’ jkun hemm diversi raġunijiet għala l-perjodu nqabeż. Nassigura lill-Onor. Interpellant, li f’kull każ urġenti, CT Scan isir fi ftit jiem.

Sptar Mater Dei – CT Scans

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar ċertifikat ta’ kalibrazzjoni għal kull magna ta’ CT scans fl-Isptar Mater Dei?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat illi m'hemm l-ebda ċertifikat ta’ kalibrazzjoni speċifiku għall-magni tas-CT Scans fl-isptar Mater Dei. Għal kull manutenzjoni preventiva u Quality Assurance, isir rapport b'lista ta' kontrolli.

Football Nurseries – Reġistrazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn tfal li huma eżentati milli jħallsu r-reġistrazzjoni fil-football nurseries ?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tali deċiżjoni tittieħed minn nurseries konċernati u mhux mill-Ministeru.

Football Nurseries– Reġistrazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-proċedura li titħaddem biex tfal minn familji li ma jkunux jistgħu jħallsu r-reġistrazzjoni ta’ kull sena għall-football nurseries jiġu eżentati mill-ħlas ta’ reġistrazzjoni?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tali deċiżjoni tittieħed minn nurseries konċernati u mhux mill-Ministeru.

Football Nurseries – Għajnuniet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-proċedura li titħaddem biex tfal minn familji li ma jkunux jistgħu jixtru l-kits u ż-żraben li jintużaw fl-isport ipprattikat fil-football nurseries jiġu megħjuna?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tali deċiżjoni tittieħed minn nurseries konċernati u mhux mill-Ministeru.