Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm nisa fil-Forzi Armati ta’ Malta u x’inhu l-perċentwal tagħhom skont il-grad?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninforma lill-Onor. Imterpellanta illi t-total ta’ perċentaġġ nisa li jservu fl-Armata huwa ta’ 7.71%
Dawn iservu fil-gradi kollha għajr LT.COL fejn bħalissa ma hemm ebda persuna tas-sess femminili.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm nisa fil-Korp tal-Pulizija u x’inhu l-perċentwal tagħhom skont il-grad?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi t-total ta’ perċentaġġ ta’ nisa li jservu fil-Pulizija huwa ta’ 23.37%
Dawn iservu fil-gradi kollha minn Assistent Kummissarju l-isfel.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm nisa waqfu mix-xogħol wara t-twelid meta mqabbla mal-irġiel li ħadu leave tal-ġenituri mill-2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (CUTAJAR, ROSIANNE)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministeru kkonċernat.
Tista’ l-Ministru tgħid x’miżuri qed jittieħdu biex jiġi promoss il-qsim ugwali tar-responsabbiltajiet tal-kura?
Response (CUTAJAR, ROSIANNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-NCPE twettaq diversi inizjattivi biex tqajjem għarfien dwar l-importanza tal-qsim ugwali tar-responsabbiltajiet tal-kura, fosthom billi torganizza konferenzi u ttella kampanji informattivi dwar il-materja.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm differenza fil-parteċipazzjoni għall-programmi ta’ screening bejn nisa u rġiel?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ninsab infurmat li nformazzjoni dwar il-parteċipazzjoni għall-programmi ta’ screening skont il-ġeneru mhix disponibbli.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm tobba tal-familja għal kull resident f’kull reġjun tal-pajjiż?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ninsab infurmat li skont id-data tal-Primary HealthCare, bħalissa hemm 270 tabib, inklużi GP Trainees (tobba li għadhom qed jitħarrġu), mqassma kif ġej:
Reġjun/Servizz
Tobba
GP Trainees
Total
North
33
38
71
Central
30
33
63
South
45
38
83
Għawdex
14
–
14
Telemedicine
24
–
24
Schools
12
–
12
Shared Clinics
2
–
2
Occupational Health Unit
1
–
1
Total
161
109
270
Minn barra dawn it-tobba tal-familja li huma mpjegati mal-Primary Health Care, hemm ukoll GPs li jaħdmu fil-privat.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inizjattivi qed jittieħdu biex jitnaqqsu d-differenzi fis-saħħa bejn gruppi soċjoekonomiċi differenti?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’miżuri qed jittieħdu biex jiġi żgurat aċċess ugwali għas-servizzi tas-saħħa madwar Malta u Għawdex?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Gvern għaddej bl-implimentazzjoni tal-istrateġija intitolata "A National Health Systems Strategy for Malta 2023 - 2033”.
Ministeru għall-Mobbiltà Sostenibbli – First Aiders iċċertifikati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm first aiders iċċertifikati f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu bħalissa?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-preżent hemm 5 first aiders ċċertifikati fil-Ministeru għall-Mobbiltà Sostenibbli u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm first aiders iċċertifikati f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu bħalissa?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi fil-preżent hemm 68 first aiders iċċertifikati fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għas-Saħħa.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm first aiders iċċertifikati fil-ministeru tiegħu bħalissa?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi fil-Ministeru għas-Saħħa hemm 6,509 impjegati li għandhom ċertifikazzjoni fil-Basic u Advanced Life Support, filwaqt li hemm 305 impjegati li huma First Aiders.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx pjan nazzjonali dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u jekk iva, x’inhuma l-miri ewlenin tiegħu?
Response (CUTAJAR, ROSIANNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pjan nazzjonali dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri ġie mnied fl-2021 u huwa aċċessibbli għall-pubbliku fis-sit elettroniku tad-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem. Fir-rapport annwali tal-2025 maħruġ mill-istess direttorat, hemm elenkati il-miri mħaddna kif ukoll kemm minnhom ġew implementati.
Iż-żewġt pubblikazzjonijiet msemmija qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fastidju sesswali fuq ix-xogħol – Għajnuna għall-vittmi
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’għajnuna tingħata lill-vittmi ta’ fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol?
Response (CUTAJAR, ROSIANNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza, l-NCPE, tiżvolġi ir-responsabbiltajiet tagħha f’dan ir-rigward skond din il-proċedura:
Persuna li allegatament għaddiet minn esperjenza ta’ fastidju sesswali tista’ tistaqsi għall-informazzjoni dwar id-drittijiet tagħha. Tista’ wkoll taghmel ilment mal-NCPE, li toffri assistenza skont il-bżonn biex jiġi mressaq l-ilment. Jekk wara l-proċess ta’ investigazzjoni l-Kummissarju tilqa’ l-ilment, tinħareġ opinjoni b’rakomandazzjonijiet lill-partijiet involuti. Kopja tal-opinjoni tista’ wkoll tinbaghat lill-Kummissarju tal-Pulizija.
Apparti dan, xogħol l-NCPE huwa li teduka u tqajjem kuxjenza dwar il-fastidju sesswali. Dan tagħmlu billi tagħti taħrig, tqassam materjal kontra l-fastidju sesswali, bħall-posters u leaflets, u twassal għarfien permezz tal-media. L-NCPE tagħti wkoll support lill-postijiet tax-xogħol biex ikollhom policies kontra l-fastidju sesswali. Wieħed mill-kriterji biex tingħata l-Marka tal-Ugwaljanza tal-NCPE, hija li kumpaniji/organizazzjonijiet ikollhom policy kontra l-fastidju sesswali.
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu biex jiġu indirizzati sterjotipi tal-ġeneru fl-edukazzjoni?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li l-isterjotipi marbuta mal-ġeneru jiġu indirizzati primarjament permezz tal-kurrikulu, b’mod partikolari fis-suġġett tal-PSCD, fejn jiġu promossi l-ugwaljanza, ir-rispett u l-inklużjoni, filwaqt li l-istudenti jiġu mħeġġa jaħsbu b’mod kritiku dwar in-normi u l-isterjotipi relatati mal-ġeneru.
Meta studenti juru attitudnijiet jew imġiba marbuta ma’ sterjotipi riġidi jew ta’ ħsara li jaffettwaw ir-relazzjonijiet u r-rispett lejn oħrajn, jistgħu jiġu riferuti għal appoġġ speċjalizzat permezz tas-Servizzi Nazzjonali tal-Benesseri tal-Istudenti, inkluż counselling, guidance jew, fejn meħtieġ, it-Tim Kontra l-Bullying.
Permezz ta’ approċċ multidixxiplinari u ffukat fuq il-persuna, jiġu indirizzati l-kawżi sottostanti ta’ dawn l-attitudnijiet, bl-għan li jiġu żviluppati empatija, rispett u relazzjonijiet pożittivi, filwaqt li jiġi promoss ambjent skolastiku sigur, inklużiv u li japprezza d-diversità.