Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pulizija li qed jaħdmu fil-units tal-vjolenza domestika u fejn huma dawn il-units?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li hemm tmienja u sittin (68) uffiċjal tal-pulizija li qed jaħdmu fil-units tal-gender based and domestic violence fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija u fil-hub tal-istess taqsima ġewwa Santa Luċija li beda jopera għall-ewwel darba fl-aħħar xhur. Magħhom jingħaqdu diversi professjonisti oħra mill-Aġenzija Appoġġ.
Infakkar lill-Onor. Interpellant li dawn il-units ma kinux jeżisti qabel din l-amministrazzjoni ħadmet flimkien mal-Korp tal-Pulizija favur it-twaqqif tal-istess unit fis-sena 2020. Minn dakinhar il-unit baqgħet dejjem tissaħħaħ u hemm impenn li tibqa tissaħħaħ anke bi ftuħ ta' hub ieħor fl-Imtarfa.
Bord dwar il-Professjoni tal-Psikoloġija ta' Malta
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20426 u jgħid kemm kien hemm ilmenti quddiem il-Bord dwar il-Professjoni tal-Psikoloġija ta’ Malta, mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena u jgħid dwar xiex kienu dawn l-ilmenti b’mod ġenerali? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-ilmenti għadhom pendenti?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, bejn l-2013 u Settembru 2015, il-Bord ma kienx iżomm din l-informazzjoni mitluba minnha. Minn Settembru tal-2015 sal-ġurnata li qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, il-Bord li jirregola l-professjoni tal-Psikoloġija f’Malta, irċieva total ta’ 11-il ilment min klijenti fuq prattika ħażina dwar servizzi ta’ psikologi. Dawn huma mqassma kif ġej:
- Fis-sena 2015 kien sar ilment wieħed;
- Fl-2016 kien hemm 2 rapporti;
- Fl-2017 u 2018 ma kien hemm l-ebda ilment rreġistrat quddiem il-Bord dwar il-Professjoni tal-Psikoloġija;
- Fl-2019 kien hemm 2 ilmenti;
- Fl-2020 kien hemm ilment wieħed;
- Fis-sena 2021 kien hemm 3 rapporti mressqa; u
- Fl-2022 kien hemm rapport wieħed.
Dawn l-10 ilmenti kollha ġew konklużi u passi dixxiplinarji ittieħdu fejn kien konkluż li kien hemm xi nuqqas min naħa tal-psikologu/a kkonċernat.
- Ilment minnhom, li ġie għal attenzjoni tal-Bord aktar kmieni din is-sena, cioe fl-2024, għadu qed jiġi investigat u għandu jiġi konkluż fiż-żmien qarib.
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, daħlu ukoll 26 rapport bejn l-2015 u l-2024, sad-data li qed titwieġeb din l-interpellanza, rreġistrati kemm min psikologi u mill-pubkliku ġenerali, fejn kienu ġew rrapportati nies li kienu qed jużaw it-titlu ta’ psikologu jew psikologa mingħajr ma kellhom warrant, liċenzja jew inkella mingħajr ma kienu reġistrati mal-bord. Dawn il-każijiet kollha ta’ użu lleċtu ta’ nomenklatura, ġew riżolti kollha mil-Bord.
Bord dwar il-Professjoni tax-Xogħol Soċjali — ilmenti
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20425 u jgħid kemm kien hemm ilmenti quddiem il-Bord dwar il-Professjoni tax-Xogħol Soċjali, mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena u jgħid dwar xiex kienu dawn l-ilmenti b’mod ġenerali? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-ilmenti għadhom pendenti?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-2013 sallum, l-Bord dwar il-Professjoni tax-Xogħol Soċjali irċieva 5 ilmenti:
Fl-2021 – Il-Bord dwar il-Professjoni tax-Xogħol Soċjali rċieva ilment wieħed, li kien jittratta dwar ksur ta’ etika’ professjonali;
Fl-2023 – Il-Bord dwar il-Professjoni tax-Xogħol Soċjali rċieva 2 ilmenti; wieħed dwar mġieba mhux xierqa minn persuna fil-professjoni fil-ħajja privata tagħha, filwaqt li l-ilment l-ieħor kien dwar ksur ta’ etika professjonali;
Fl-2024 – Il-Bord dwar il-Professjoni tax-Xogħol Soċjali rċieva 2 ilmenti; li t-tnejn kienu jinvolvu użu skorrett tan-nomenklatura ta’ Ħaddiema Soċjali.
L-Investigazzjonijiet kollha huma magħluqa u ma hemm l-ebda investigazzjoni għaddejja jew pendenti quddiem il-Bord dwar il-Professioni tax-Xogħol Soċjali.
Emenda għal-liġi biex minuri jkunu jistgħu jfittxu jew jirrifjutaw trattament mingħajr il-kunsens tal-ġenituri jew kustodji
Question
Fil-kuntest tal-emenda mressqa għal-liġi eżistenti biex persuni li huma taħt l-età ta’ 14-il sena jkunu jistgħu jfittxu jew jirrifjutaw trattament mingħajr il-kunsens tal-ġenituri jew kustodji, jista’ l-Ministru jgħid xi studji u risk assessments saru li wasslu għal din l-emenda u jippreżenta tali studji u assessments?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-emenda introdotta telenka ttrattamenti u l-interventi koperti bl-istess emenda.
Din l-amministrazzjoni temmen bis-sħiħ fl-‘empowerment’ taż-żgħażagħ tagħna li ma għandhomx ikunu mxekkla milli jaċċessaw servizzi jew interventi, li jista’ jkollhom bżonn.
Il-Gvern jemmen ukoll bis-sħiħ fil-kompetenza u professjonalita’ tal-professjonisti tagħna, li dejjem tibqalhom id-diskrezzjoni professjonali tagħhom, dwar x-interventi jista jkun, jew ma’ jkunx hemm bżonn.
Ta’ min ifakkar ukoll li l-istess opposizzjoni qablet ma’ l-istess emenda f’dan l-istess Parlament.
Emenda għal-liġi biex minuri jkunu jistgħu jfittxu jew jirrifjutaw trattament mingħajr il-kunsens tal-ġenituri jew kustodji — Konsultazzjoni
Question
Fil-kuntest tal-emenda mressqa għal-liġi eżistenti biex persuni li huma taħt l-età ta’ 14-il sena jkunu jistgħu jfittxu jew jirrifjutaw trattament mingħajr il-kunsens tal-ġenituri jew kustodji, jista’ l-Ministru jgħid jekk ikkonsultax mal-professjonisti kkonċernati, speċjalment psikjatri, pedjatri, ħaddiema soċjali, psikologi u assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw lit-tfal u l-ġenituri qabel ressaq din l-emenda?
Emenda għal-liġi biex minuri jkunu jistgħu jfittxu jew jirrifjutaw trattament mingħajr il-kunsens tal-ġenituri jew kustodji — Parir tal-Kummissarju tat-Tfal
Question
Fil-kuntest tal-emenda mressqa għal-liġi eżistenti biex persuni li huma taħt l-età ta’ 14-il sena jkunu jistgħu jfittxu jew jirrifjutaw trattament mingħajr il-kunsens tal-ġenituri jew kustodji, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-parir li ngħata mill-Kummissarju tat-Tfal f’dan ir-rigward?
Emenda għal-liġi biex minuri jkunu jistgħu jfittxu jew jirrifjutaw trattament mingħajr il-kunsens tal-ġenituri jew kustodji — Trattamenti applikabbli
Question
Fil-kuntest tal-emenda mressqa għal-liġi eżistenti biex persuni li huma taħt l-età ta’ 14-il sena jkunu jistgħu jfittxu jew jirrifjutaw trattament mingħajr il-kunsens tal-ġenituri jew kustodji, jista’ l-Ministru jiċċara jekk dan japplikax biss għal xi tip ta’ trattament jew inkella għal kull tip ta’ trattament?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm il-darba kien hemm talbiet għall-whistleblower status minn mindu daħlet il-liġi sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm il-darba ntlaqgħu talbiet għal whistleblower status minn mindu daħlet il-liġi sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Bord dwar il-Professjoni tax-Xogħol maż-Żgħażagħ f'Malta — Ilmenti
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20429 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u jgħid kemm kien hemm ilmenti quddiem il-Bord dwar il-Professjoni tax-xogħol maż-Żgħażagħ f’Malta, mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena u jgħid dwar xiex kienu dawn l-ilmenti b’mod ġenerali? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-ilmenti għadhom pendenti?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellanta li l-bord imsemmi twaqqaf fl-2015 skont Kap. 533 tal-Liġijiet ta’ Malta.
Bord dwar il-Professjoni tal-Psikoterapija — ilmenti
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20428 u jgħid kemm kien hemm ilmenti quddiem il-Bord dwar il-Professjoni tal-Psikoterapija, mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena u jgħid dwar xiex kienu dawn l-ilmenti b’mod ġenerali? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-ilmenti għadhom pendenti?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnha, hija kif ġej:
- Bejn l-2013 u l-2017, il-Bord dwar l-Professjoni tal-Psikoterapija kien għadu mhux mwaqqaf b’liġi.
- Fl-2018, il-Bord dwar l-Professjoni tal-Psikoterapija, rċieva lment wieħed, li ġie solvut; liema lment kien dwar rifjut ta’ warrant.
- Fl-2019, il-Bord dwar l-Professjoni tal-Psikoterapija ma’ kellu l-ebda lment mressaq quddiemu.
- Fl-2020, il-Bord dwar l-Professjoni tal-Psikoterapija, rċieva lment wieħed, li ġie solvut wara li l-Bord sojega lil applikanta 'l għaliex ma setatx tingħata l-warrant.
- Fl-2021 u fl-2022, il-Bord dwar l-Professjoni tal-Psikoterapija ma’ kellu l-ebda lment mressaq quddiemu.
- Fl-2023, il-Bord dwar l-Professjoni tal-Psikoterapija, rċieva 3 ilmenti dwar l-etika’ tal-professjoni. 2 minn dawn l-ilmenti ngħalqu filwaqt li l-ilment l-ieħor għadu ma ngħalaqx.
- Fl-2024, il-Bord dwar l-Professjoni tal-Psikoterapija, rċieva lment wieħed fuq reovka ta’ warrant; liema kas għadu mhux magħluq minħabba deċiżjoni tal-Qorti.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20427 u jgħid kemm kien hemm ilmenti quddiem il-Kunsill għall-Professjoni tal-Counselling, mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena u jgħid dwar xiex kienu dawn l-ilmenti b’mod ġenerali? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-ilmenti għadhom pendenti?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, l-liġi li tirregola l-Professjoni tal-Counsellors (Chapter538 tal-Liġi Maltija) ilha nwaqqfa mill-2014, filwaqt li l-Kunsill ġie stabbilit fis-sena 2015.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li, l-Kunsill għall-Professjoni tal-Counselling ma rċieva l-ebda lment bejn fl-2015 u l-2016.
Fl-2017, l-kunsill irċieva applikazzjoni ta’ 10 counsellors li jaħdmu mal-Fondazzjoni Kana liema individwi ma kellhomx kwalifika f’livell ta’ Masters fil-Counselling kif rikjest mill-Att li jirregola l-professjoni, iżda kellhom biss diploma. Wara diskussjoni fit-tul u wara li saret emenda speċifika fil-liġi dawn ingħataw ‘restricted warrant’ taħt il-‘grandparenting clause’ u jistgħu jahdmu ta’ counsellors bil-limitazzjoni li jagħmlu dan ix-xogħol mal-Fondazzjoni Kana biss. Fil-liġi, il-grandparenting clause kella żmien stipulat meta din tibda u tgħalaq.
Fl-2018 u fl-2019, l-Kunsill għall-Professjoni tal-Counselling ma rċieva l-ebda lment.
Fl-2020: Il-kunsill irċieva applikazzjoni minn għand persuna b’Masters u Dottorat iżda li madanakollu dawn l-kwalifiċi ma kienux fil-Counselling u allura l-applikazzjoni ta’ din l-persuna ġiet rifjutata. Il-persuna kkonċernata bagħtet ittra mingħand il-konsulent legali tagħha li twieġbet mill-Avukat tal-Kunsill fejn intqal li l-kawlifiċi ppreżentati ma kienux in konformità mar-rekwiżi tal-Att.
Fl-2021 u fl-2022 l-Kunsill għall-Professjoni tal-Counselling ma rċieva l-ebda lment.
Fl-2023, il-Kunsill irċieva 3 ilmenti. Ilment minnhom kien mingħand applikant li l-applikazzjoni tiegħu ġiet rifjutata ‘il għaliex il-kwalifiċi tiegħu mill-Italja ma kienux jissodisfaw r-rekwiżiti legali. L-ilment l-ieħor kien dwar prattika ħażina ta’ professjonist, fejn wara investigazzjonijiet preliminari dan l-ilment ġie rtirat mill-persuna li għamlet l-ilment. It-tielet ilment li rċieva l-kunsill, fl-2023 kien ukoll dwar prattika ħażina tal-professjoni; liema lment ġie diskuss mill-Kunsill fejn ġie ddeterminat li tali lment ma kienx jimmerita aktar stħarriġ stante li ma kienx hemm bażi għal investigazzjoni ulterjuri ‘il għaliex l-ilment ma kienx ġustifikat. Din id-deċiżjoni ġiet ikkomunikata wkoll lil min għamel l-ilment.
Fl-aħħar nett, fl-2024, sad-data li fiha qed tiġi ppreżentata din l-interpellanza, l-Kunsill irċieva lment wieħed fl-aħħar ġimgħat li qiegħed jiġi nvestigat, li wkoll qiegħed jalludi għal potenzjal ta’ prattika ħażina.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm ilmenti quddiem il-Kunsill tal-Infermiera u Qwiebel, mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena u jgħid dwar xiex kienu dawn l-ilmenti b’mod ġenerali? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-ilmenti għadhom pendenti?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm ilmenti quddiem il-Kunsill Mediku, mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena u jgħid dwar xiex kienu dawn l-ilmenti b’mod ġenerali? Kemm minn dawn l-ilmenti għadhom pendenti? Jista’ jgħid ukoll kemm irċieva u pproċessa lmenti l-Kunsill Mediku minn Ġunju 2023?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fuq il-waiting list għal dawn l-interventi bħalissa;
i. MRI;
ii. CT Scan;
iii. Knee replacement; u
iv. Katarretti?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
(a) Ninforma lill-Onor. Interpellant, illum hemm tliet MRIs fl-Isptar Mater Dei li jaħdmu kważi 24 siegħa kuljum, 7 tijiem fil-ġimgħa. F’dawn l-aħħar xhur, introduċejna ukoll MRI fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex. Fix-xhur li ġejjin, l-Isptar Ġenerali t’Għawdex ser ikollu magna ġdida u aktar avvanzata. Magni simili bħal din ser tiġi nstallata fir-Residenza San Vinċenz.
Bi pjaċir ninforma lill-Onor. Interpellant, il-Gvern qed jalloka €2.1 miljun extra għall-MRI twilight budget, liema ammont ser jiżdied fil-ġranet li ġejjin għal €3.8 miljun sabiex fejn is-soltu jsiru 375 MRIs extra fil-ġimgħa, din iċ-ċifra titla’ għal 600 extra fil-ġimgħa. Ta’ min jgħid li din li-inzjattiva se timbotta ċ-ċifra ta’ MRIs extra għal 31,200 extra fis-sena. B’riżultat ta’ hekk, huwa mistenni li fi żmien sena, il-ħinijiet kurrenti ta’ stennija jonqsu drastikalment.
Ninsab infurmat li bħalissa, hemm 158 persuni jistennew appuntament għall-MRI, u ilhom jistennew aktar mill-perjodu stipulat fiċ-Charter tal-Pazjent. Ikun hemm bosta’ raġunijiet għala dan il-perjodu jinqabeż. Nassigura lill-Onor. Interpellant li jsir kull sforz sabiex f’każijiet urġenti ma jkun hemm ebda dewmien biex dan isir.
(b) Għat-tieni mistoqsija, ninforma lill-Onor. Interpellant li ftit tax-xhur ilu, nidejna investiment ta’ €400,000, biex sal-aħħar ta’ din is-sena madwar 3,000 CT scan se jkunu qed jiġu amministrati lill-pazjenti b’mard tal-kanċer u tal-qalb fl-Isptar Mater Dei u fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex. Dawn ser isiru f’ħinijiet barra mill-ħinijiet normali tax-xogħol. Ninsab infurmat li fil-preżent fl-Isptar Mater Dei, matul il-ħin normali tax-xogħol, isiru madwar 150 CT scan kuljum permezz ta’ tliet CT scanners, filwaqt li fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex isiru madwar 150 CT scan fil-ġimgħa permezz ta’ CT scanner.
Ninsab infurmat, li bħalissa hemm 55 persuna jistennew CT Scan, li l-istennija tagħhom qabeż il-perjodu stipulat fiċ-Charter tal-Pazjenti. Jista’ jkun hemm diversi raġunijiet għala l-perjodu nqabeż. Nassigura lill-Onor. Interpellant, li f’kull każ urġenti, CT Scan isir fi ftit jiem.
(c) Għat-tielet mistoqsija, ninsab infurmat li ngħataw aktar fondi sabiex minn Lulju ’l hawn bdew isiru extra sessions għall-knee u hip replacements. Apparti dawk li normalment isiru fl-Isptar Mater Dei u fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex, extra sessions qed isiru kull nhar ta’ Ħamis u kull nhar ta’ Ħadd fi sptar privat u darba fil-ġimgħa extra fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex. B’hekk l-1511-il pazjent li ilhom jistennew aktar minn dak stipulat fiċ-Charter tal-Pazjenti, kif ukoll persuni oħra li jinħtieġu dawn l-operazzjonijiet, il-perjodu ta’ stennija dejjem ikompli jonqos.
(d) Għar-raba mistoqsija, ninsab infurmat ukoll li bħalissa hemm programm li bih minbarra l-operazzjonijiet li normalment isiru fl-isptarijiet tagħna, isiru 2,500 operazzjoni extra tal-kataretti fl-Isptar Mater Dei u fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex. B’hekk, it-367 pazjent li ilhom jistennew aktar minn dak stipulat fiċ-Charter tal-Pazjenti, kif ukoll persuni oħra li jinħtieġu din l-operazzjoniji, il-perjodu ta’ stennija dejjem jonqos. Nassigura lill-Onor. Interpellant li kull fejn ikun hemm każ urġenti, din l-operazzjoni ssir fi żmien qasir.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jużaw is-servizz tal-GU Clinic bħalissa? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm persuni fuq il-waiting list għall-GU Clinic u x’inhi l-medja ta’ kemm-il pazjent tal-GU Clinic qed idumu jistennew bejn appuntament u ieħor (follow-up)?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni li attendew il-GU clinic minn Jannar sa Settembru 2024 huwa ta’ 3671 persuna.
Il-GU clinic tipprovdi appuntamenti għal-pazjenti skont il-proċess ta’ triage scoring, fejn id-deċiżjoni biex jingħata appuntament tiddependi mill-urġenza tal-każ. F’każijiet urġenti l-pazjent jingħata appuntament fi ftit jiem. Pazjenti li jiġu għal-konsultazjoni għal-medicina PREP u m’għandhomx sintomi jiġu mogħtija appuntament wara ġimgħatejn. Pazjenti oħra jingħataw follow-up appointments skont il-każ, ġeneralment bejn xahar u 6 xhur, dejjem skont il-parir tal-professjonisti.
Jista' l-Ministru jgħid min jiddeċiedi u kif jiġi deċiż f’liema home tmur persuna u jekk tmurx f’home tal-Gvern jew f’dar privata ssussidjata mill-Gvern? Jista’ jgħid ukoll jekk fl-allokazzjoni, jiġix ikkunsidrat il-post fejn se tkun toqgħod il-persuna u l-qarib l-iktar viċin tagħha li jista’ jkun anzjan ukoll u mhux neċessarjament isuq?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn naħa tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Kommunità, id-dħul fir-residenzi ta' kura jirrifletti r-riżultat ta' valutazzjoni medika mwettqa fuq l-individwu. Id-dħul isir ukoll skont id-disponibbiltà tas-sodod fir-residenzi ta' kura, irrelevanti jekk hux dar tal-Gvern jew dar privata ssussidjata mill-Gvern. Il-bord tal-ammissjoni jikkunsidra wkoll id-dħul fir-residenzi ta' kura fil-viċinanza tal-qraba biex ikun faċli għall-viżti. Madankollu, dan jiddependi fuq il-ħtiġijiet mediċi tal-individwu u d-disponibbiltà tas-sodod. Filwaqt, li l-proċess biex anzjan/a jidħlu bħala residenti f'San Vinċenz de Paul jinvolvi eżami mediku/assessjar minn tim multi-dixxiplinarju.
L-anzjani eleġibbli huma dawk li jiġi determinat li għandhom bżonn kura, attenzjoni u servizzi mediċi inter-dixxiplinarji iżjed regolari u allura jaqgħu f kategorija 1.
L-allokazzjoni tiddependi minn sodod vojta disponibbli skont il-bżonn kliniku. Jekk il-konjugi jkunu diġà residenti u l-persuna tkun applikat biex tidħol f'dar tal-anzjani, din tiġi aċċettata. Dejjem isir mill-aħjar biex l-anzjani jkunu flimkien iżda dan jiddependi mid-disponibiltà tas-sodod.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew allokati units tal-akkomodazzjoni soċjali minn Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.