Traffikar tal-bnedmin — Azzjonijiet favur l-identifikazzjoni tal-vittmi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ azzjonijiet qed jittieħdu biex titjieb l-identifikazzjoni tal-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin, kif ukoll il-protezzjoni tagħhom?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li se nkun qed nirreferi speċifikament għall-ħidma tal-Korp tal-Pulizija fejn ninsab infurmat li huma diversi l-azzjonijiet li qed jiġu implimentati mill-Pulizija biex jitjiebu l-identifikazzjoni u l-protezzjoni tal-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin.
Fost dawn qed isir taħriġ speċjalizzat lill-uffiċjali tal-iskwadri speċjalizzati fil-Korp, inkluż lill-uffiċjal responsabbli mill-kontroll fuq il-Fruntieri dwar l-identifikazzjoni tal-vittmi, billi jingħataw għarfien u struzzjonijiet tal-ħiliet meħtieġa biex jirrikonoxxu u jassistu f’tali sitwazzjonijiet. Jitwettqu wkoll diversi spezzjonijiet mill-Vulnerable Victims Unit u s-Sezzjoni tal-Immigrazzjoni, b’kollaborazzjoni ma' Jobsplus u DIER. Dawn l-ispezzjonijiet isiru abbażi ta’ intelligence dwar irregolaritajiet, biex jiġu identifikati l-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin, spezzjonijiet li sussegwentement taw riżultati pożittivi.
Barra milli tiġi assigurata kollaborazzjoni ma’ aġenziji oħra responsabbli li jegħlbu dan l-abbuż lokalment, bħal ma huma il-Human Rights Directorate, l-kooperazzjoni hija estiża wkoll ma’ aġenziji tal-Infurzar tal-Liġi ta’ Stati oħra Ewropew u lil hinn. Il-pulizija tipparteċipa f’attivitajiet ta’ azzjonijiet konġunti, organizzati taħt il-pjattaforma multi-dixxiplinarja kontra theddid dwar delitti serji Ewropew. Dan isaħħaħ l-impenn għal-identifikazzjoni u l-protezzjoni tal-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin, permezz ta’ approċċ proattiv u kkoordinat.
Il-Pulizija mpenjata li ġaladarba jiġu identifikati persuni li jistgħu jkunu vittmi ta’ traffikar, tikkoordina ma’ Aġenziji konċernati, biex dawn jingħataw il-protezzjoni meħtieġa, inkluż post alternattiv sikur ta’ akkomodazzjoni.
Infakkar ukoll li ġiet ippubblikata l-ewwel strateġija nazzjonali kontra t-traffikar tal-bnedmin
Strateġija nazzjonali kontra t-traffikar tal-bnedmin 2024-2030
Question
Fid-dawl li f’Lulju 2024, il-Gvern ħabbar strateġija nazzjonali kontra t-traffikar tal-bnedmin 2024-2030, kofinanzjata minn fondi Ewropej, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm flus allokati għal din l-istrateġija, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kif se jintefqu l-flus skont il-ħames prioritajiet li hija mibnija fuqhom din l-istrateġija?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew identifikati u rrapportati vittmi tat-traffikar tal-bnedmin, sena b’sena, mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari li kienu:
i. Maltin (lejn pajjiż ieħor),
ii. Asylum seekers,
iii. Immigranti ekonomiċi?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nibda billi ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li statistika nazzjonali dwar it-traffikar uman tinġabar u tiġi ppubblikata biss mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO). Dan billi l-NSO huwa l-unika entità mogħtija l-awtorità legali biex titlob lil kwalunkwe entità tagħrif għall-finijiet ta’ ġbir ta’ statistika uffiċċjali.
F’ dan il-kas, l-NSO jiġbor tali tagħrif minn għand l-entitajiet kollha li jaħdmu fil-qasam tat-traffikar uman.
Għaldaqstant, hawn qed biss nagħti tagħrif dwar il-ħidma li tagħmel l-FSWS permezz tal-Human Trafficking Service, fi ħdan l-Aġenzija Appoġġ.
Dan it-tagħrif jinsab fit-tabelli li jidhru hawn taħt. Nippreċiża li dan is-servizz tal-FSWS joffri l-għajnuna lil klijenti li jersqu ‘l quddiem anki jekk il-kas ikun għadu mhux dikjarat bħala wieħed ta’ traffikar uman mill-Pulizija, li huma l-unika entità li hija awtorizzata biex tagħmel dan.
Tabella Nru.1: Numru ta’ każijiet ta’ traffikar uman li ngħat
aw għajnuna mill-Human Trafficking Service tal-Aġenzija Appoġġ fi ħdan l-FSWS (għas-snin 2020 – 2023)
2020
2021
2022
2023
Jan-Ġun 2024
Presumed/under investigation
11
8
12
14
11
Confirmed
14
9
8
6
9
Unsupported/ does not fall under criteria
1
1
4
6
3
TOTAL
26
18
24
26
23
Tabella Nru.2: Numru ta’
każijiet ta’ traffikar uman li ngħat
aw għajnuna mill-Human Trafficking Service tal-Aġenzija Appoġġ fi ħdan l-FSWS skont li status tagħhom (għas-snin 2020 – 2023)
2020
2021
2022
2023
Jan-Ġun 2024
Asylum seeker
2
3
5
5
4
Failed asylum seeker
0
0
0
0
1
Resident (Refugee)
0
0
1
1
0
Resident of Malta
8
4
3
3
3
Short stay for holiday
1
0
1
1
2
Short stay for study purposes
0
0
0
1
0
Short stay for work purposes
15
11
14
15
13
Specific Residence Authorisation (SRA)
0
0
0
0
0
Subsidiary protection
0
0
0
0
0
Temporary humanitarian protection
0
0
0
0
0
Total
26
18
24
26
23
Infakkar li tagħrif sħiħ dwar il-ħidma tal-Human Trafficking Service tal-Aġenzija Appoġġ fi ħdan l-FSWS, jista’ ukoll jinkiseb mis-sit uffiċċjali tal-FSWS
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn nisa impjegati f’managerial posts? Jista’ jgħid ukoll:
i. Jekk humiex fiċ-Ċivil u/jew mal-Gvern?
ii. Jekk humiex fil-privat?
iii. X’inhu l-persentaġġ ta’ nisa f’dawn il-postijiet?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ nisa impjegati f'managerial postssal-aħħar t`April 2024 fuq bażi full-time u part-time bħala x-xogħol ewlieni tagħhom kien ta’ 9,321.
Nisa impjegati f’
Manigerial posts
Settur Pubbliku
Settur Privat
Total
[1] Managers
1,335
7,986
9,321
Persentaġġ ta` nisa jaħdmu f`M
anagerial posts
fuq it-total irġiel u nisa jaħdmu f`M
anagerial posts
44%
32%
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti nisa li ggradwaw mill-Università ta’ Malta mis-sena akkademika 2013/2014 sas-sena akkademika 2023/2024, maqsuma sena b’sena?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total ta’ studenti nisa li gradwaw matul is-snin imsemmija s’issa hu ta’ 22,810.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti nisa li ggradwaw mill-MCAST mis-sena akkademika 2013/2014 sas-sena akkademika 2023/2024, maqsuma sena b’sena?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn l-2014 u l-2023 gradwaw total ta’ 12,922 student nisa.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti rġiel li ggradwaw mill-Università ta’ Malta mis-sena akkademika 2013/2014 sas-sena akkademika 2023/2024, maqsuma sena b’sena?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total ta’ studenti rġiel li gradwaw matul is-snin imsemmija s’issa hu ta’ 15,288.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti rġiel li ggradwaw mill-MCAST mis-sena akkademika 2013/2014 sas-sena akkademika 2023/2024, maqsuma sena b’sena?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total ta’ studenti rġiel li gradwaw bejn l-2014 u l-2023 kien ta’ 14,025.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti LGBTIQ+ li ggradwaw mill-Università ta’ Malta mis-sena akkademika 2013/2014 sas-sena akkademika 2023/2024, maqsuma sena b’sena?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninsab infurmat li tali nformazzjoni ma tiġix mitluba u miġbura mill-Università ta’ Malta.
Vjolenza Domestika — Każijiet urġenti - Special time fil-Qorti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġiex allokat special time fil-Qorti biex ikunu analizzati każijiet urġenti ta’ vjolenza domestika?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi apparti li l-Qorti tal-Maġistrati tisma’ u titratta b’urġenza dawk il-kawżi ta’ vjolenza domestika ta’ natura urġenti, l-istess Qorti talloka seduta kull erba’ ġimgħat speċifikatament għal dawk il-kawżi ta’ vjolenza domestika li jiġu flagged mill-Multi-Agency Risk Assessment and Management (MARAM).
Vjolenza Domestika — Każijiet li jridu jinstemgħu l-ewwel darba
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm każijiet ta’ vjolenza domestika li għadhom fuq il-lista biex jinstemgħu għall-ewwel darba?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sat-3 t’Ottubru 2024, l-każijiet ta’ vjolenza domestika li qegħdin fuq il-lista biex jinstemgħu għall-ewwel darba fil-Qrati ta’ Malta huwa fl-ammont ta’ 1927 u fil-Qrati ta’ Għawdex fl-ammont ta’ 12.
Vjolenza Domestika — Seduti għal każijiet li jridu jinstemgħu għall-ewwel darba
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema hija l-iktar data ’l bogħod għall-ewwel seduta biex każ jibda jinstema’ għall-ewwel darba?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sat-3 t’Ottubru 2024, l-iktar data ‘il bogħod għall-ewwel seduta ta’ kawża ta’ vjolenza domestika hija dik tad-9 ta’ Jannar 2025 fil-Qrati ta’ Għawdex u tat-13 ta’ Frar 2025 fil-Qrati ta’ Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm maġistrati li qed jisimgħu każijiet ta’ vjolenza domestika bħalissa u x’inhi l-case load tagħhom?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm 3 Maġistrati li bejniethom jisimgħu kawżi sommarji ta’ vjolenza domestika u kumpilazzjonijiet ta’ każijiet ta’ vjolenza domestika.
Fil-Qrati ta’ Għawdex hemm Maġistrat wieħed illi jisma’ l-kawżi kollha kriminali fosthom dawk ta’ vjolenza domestika.
Il-Gvern diġa ħabbar l-intenzjoni li jkompli jkabbar il-korp tal-Ġudikatura, inkluż b’aktar Maġistrati u dan biex inkomplu noffru aktar attenzjoni lil dawn it-tip ta’ kawżi. Dawn il-każijiet fil-passat kienu jintilfu ma' kawżi oħra b’ reati li m’għandhom x’jaqsmu xejn mal-vjolenza domestika.
F’din il-leġiżlatura, minn massimu ta’ 2 seduti fil-ġimgħa, l-ammont ta’ seduti tela' għal medja ta’ bejn 6 u 8 seduti fil-ġimgħa u ddaħħlet il-prattika li jkollok Maġistrati ffukati wkoll fuq kumpilazzjonijiet ta’ każijiet ta’ vjolenza domestika.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f’impjieg sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll:
i. Kemm minnhom huma Maltin?
ii. Kemm minnhom huma barranin?
iii. X’tip ta’ impjieg jinsabu fih, maqsuma f’full-time, reduced full-time u part-time?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ nisa jaħdmu full-time u part-time bħala x-xogħol ewlieni tagħhom, sal-aħħar t`April 2024 kien ta’ 130,983. Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella li turi t-tip ta’ impjieg li kienu jinsabu fih, maqsuma f`Maltin u barranin u f`full-time, full-time reduced hours u part-time, bħala x-xogħol ewlieni tagħhom.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn nisa self-employed? Kemm minnhom huma Maltin u kemm minnhom huma barranin?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ nisa self-employed full-time u part-time bħala x-xogħol ewlieni tagħhom, sal-aħħar t`April 2024 huwa ta` 13,158, li minnhom 9,859 huma Maltin u 3,299 huma barranin.
Emenda għal-liġi biex minuri jkunu jistgħu jfittxu jew jirrifjutaw trattament mingħajr il-kunsens tal-ġenituri jew kustodji — Assessjar tal-maturità
Question
Fil-kuntest tal-emenda mressqa għal-liġi eżistenti biex persuni li huma taħt l-età ta’ 14-il sena jkunu jistgħu jfittxu jew jirrifjutaw trattament mingħajr il-kunsens tal-ġenituri jew kustodji, jista’ l-Ministru jgħid x’għodda/għodod (assessment tools) ser jintużaw mill-professjonisti biex jiġi ddeterminat il-livell ta’ maturità? Jista’ jqiegħed dawn l-għodod fuq il-Mejda tal-Kamra?
Emenda għal-liġi biex minuri jkunu jistgħu jfittxu jew jirrifjutaw trattament mingħajr il-kunsens tal-ġenituri jew kustodji — Kunsens tal-minuri
Question
Fil-kuntest tal-emenda mressqa għal-liġi eżistenti biex persuni li huma taħt l-età ta’ 14-il sena jkunu jistgħu jfittxu jew jirrifjutaw trattament mingħajr il-kunsens tal-ġenituri jew kustodji, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kunsens tal-minuri hux ser ikun bil-miktub u min ser jieħu r-responsabbiltà jekk it-trattament jew terapija ma jmorrux kif ikun ippjanat?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhu l-istaff complement tad-Domestic Violence Unit, kemm mill-membri tal-istaff huma professjonisti u x’inhi l-professjoni tagħhom?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’tip ta’ danger assessment tools qed jintużaw fil-każijiet ta’ vjolenza domestika u x’tip ta’ taħriġ sar lill-assessuri? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-assessment tools użati? Jista’ jgħid ukoll jekk iddaħħlux il-panic alarms u jekk iva, meta?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser tibda tintuża s-sistema tal-electronic tagging?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li fl-aħħar xhur ingħalaq il-proċess ta’ ‘procurement’, li t-tender kien aġġudikat u kien anke ffirmat il-kuntratt. Bdiet ukoll l-installazzjoni tas-sistema u saru wkoll żjarat barra l-pajjiż biex ikun hemm għarfien dwar it-tħaddim ta’ sistema simili. Għaldaqstant qed isiru l-arranġamenti meħtieġa sabiex immedjatament kif dan il-Parlament japprova l-liġi jkun introdott dan is-servizz għall-ewwel darba f'pajjiżna, wara perjodu ta' prova mill-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi.