Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal li qed jgħixu f’riskju ta’ faqar bħalissa?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ tfal taħt it-18-il sena li fl-2023 kienu f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali jammonta għal madwar 20,800 jew 25%.
Dan in-numru fl-2013, b’popolazzjoni izgħar, kien ta’ 25,000 jew 33%.
Dan ifisser illi f’dawn l-aħħar 10 snin n-numru naqas bi 8%, coje bi kważi kwart ta dak li kien fl-2013. Bħala numru assolut naqas b’4,200.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal li huma intitolati għall-kartuna r-roża (Free Medical Aid) fil-ġurnata li fiha qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ tfal intitolati għall-Free Medical Aid huwa 1,511, liema numru jkopri lit-tfal kollha sal-età ta’ 16 il-sena.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhija l-lista ta’ stennija għall-ewwel assessment fiċ-Child Development Assessment Unit (CDAU)? Jista’ jgħid ukoll meta hi l-iktar data ’l bogħod tal-ewwel assessment?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li kif diġa weġibt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 13445, mill-aspett ta’ assessjar mill-pedjatra ma hemm l-ebda lista ta’ stennija.
Infurmat ukoll li pazjenti riferuta ġodda jiġu assessjati fi ftit ġranet wara li jiġu riferuti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ġodda fiċ-Child Development Assessment Unit (CDAU) mill-2012 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li mill-2022 sal-lum kien hemm 1989 każ ġdid fic-CDAU.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-lista ta’ stennija għall-ewwel assessment fiċ-Child and Young People's Services (CYPS)? Jista’ jgħid ukoll meta hi l-iktar data ’l bogħod tal-ewwel assessment?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li bħalissa hemm stennija ta’ bejn 4 u 6 ġimgħat sabiex jingħatha l-appuntament tal-‘initial intake’ għal dawk il-każijiet riferuti ġodda. Ċertu każijiet urġenti jingħataw appuntament fi ftit jiem.
Sptar Mater Dei — Servizzi ta’ dentistrija għat-tfal - Lista ta’ stennija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-lista ta’ stennija għall-ewwel assessment għas-servizz tad-dentistrija tat-tfal fl-Isptar Mater Dei? Jista’ jgħid ukoll meta hi l-iktar data ’l bogħod tal-ewwel assessment?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li fl-Isptar Mater Dei hemm lista waħda ta’ stennija għas-servizz tad-dentistrija li tinkludi kemm tfal kif ukoll adulti.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx ingaġġati psikjatri fi ħdan il-Gender Clinic u jekk iva, kemm ġew ingaġġati u meta? Jekk le, jista’ jgħid għalfejn le?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-proċess ta’ reklutaġġ għal psikjatra għal Gender Wellbeing Clinic għadu għaddej peress illi mis-sejħa publika li nħarġet aktar kmieni din is-sena l-ebda applikant ma kien eliġġibli. Għaldaqstant qiegħed jiġi abbozzat kuntratt għal reklutaġġ ta’ psikjatra li jkun jista’ jipprovdi sigħat ta’ servizz ma' din il-klinika.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni taħt it-18-il sena li avviċinaw il-Gender Clinic din is-sena, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? X’etajiet kellhom dawn il-persuni?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li sad-data li qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija, din is-sena kien hemm 12 il-persuna li avviċinaw il-Gender Clinic. 3 kellhom bejn 11–15-il sena u 9 kellhom bejn 16–17-il sena.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew identifikati u rrapportati vittmi tat-traffikar tal-bnedmin, sena b’sena, mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari li kienu:
i. Maltin (lejn pajjiż ieħor),
ii. Asylum seekers,
iii. Immigranti ekonomiċi?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ vittmi tat-traffikar tal-bnedmin, li ġew identifikati u rrapportati sena b’sena, mill-2020 sal-15 ta’ Ottubru 2024 kien ta’ ħamsa u għoxrin (25) kif jidher fit-tabella hawn taħt. Ma kienx hemm persuni Maltin li ġew traffikati lejn pajjiżi oħra, f’dan il-perjodu.
SenaNumru ta’ persuni identifikati jew irrapurtati vittmi tat-traffikar tal-bnedmin Kemm minnhom kienu/huma Maltin li gew traffikati f’MaltaKemm minnhom kienu persuni li kienu/qed jfittxu l-asil
202043-
2021---
20225--
20236--
2024* sa 15/1010--
Total253-
Traffikar ta’ bnedmin – Fondi allokati għall-prevenzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew allokati fondi mill-Gvern għall-prevenzjoni tat-traffikar tal-bnedmin mill-2013 sal-2024?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta, li nista’ nwieġeb biss għall-entitajiet li jiffrumaw parti mid-dekasteru li jiena responsabbli minnhu.
Għaldaqstant, ngħarraf lill-Onoer. kollega li fondi allokati mill-FSWS għall-prevenzjoni tat-traffikar tal-bnedmin kienu jammontaw għal €18,123.24
Nippreċiża li dan huwa għas-snin 2019 sal-preżent billi s-servizz offrut mill-FSWS biex jgħin lill-vittmi ta’ traffikar uman beda f’dik is-sena.
Traffikar ta’ bnedmin – Restituzzjoni u kumpens lill-vittmi
Question
F’Lulju 2024, waqt it-tnedija tal-istrateġija nazzjonali kontra t-traffikar tal-bnedmin, il-Gvern ħabbar li “fl-aħħar ħames snin, ġew identifikati mal-50 vittma ta’ traffikar uman f’pajjiżna”. Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn il-vittmi ngħataw restituzzjoni u kumpens mill-Gvern? Jista’ jgħid ukoll x’kien l-ammont tar-restituzzjoni u kemm kien il-kumpens f’kull każ?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm referrals ġodda għaċ-Child and Young People's Services (CYPS) din is-sena, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li matul l-2024 ġew ireġistrati 351 riferta ġdida għaċ-Child and Young People's Services (CYPS).
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ġodda fiċ-Child and Young People's Services (CYPS) mill-2012 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li mill-2019 kien hemm 2,194 każ ġdid fiċ-Child and Young People's Services (CYPS).
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti LGBTIQ+ li ggradwaw mill-MCAST mis-sena akkademika 2013/2014 sas-sena akkademika 2023/2024, maqsuma sena b’sena?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninsab infurmat li tali informazzjoni ma tiġix mitluba u miġbura mill-MCAST
Direttorat tad-Drittijiet tal-Bniedem – Inizjattivi favur it-tisħiħ tal-kapaċità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ inizjattivi ħa d-Direttorat tad-Drittijiet tal-Bniedem biex isaħħaħ il-kapaċità tiegħu mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ taħriġ ingħataw l-uffiċjali pubbliċi fi ħdan id-Direttorat f’dan ir-rigward, f’dan il-perjodu u liema kienu l-kampanji ta’ għarfien għall-pubbliku li tella’ d-Direttorat f’dan il-perjodu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
L-Onor. Interpellant hija mitluba tressaq din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Direttorat tad-Drittijiet tal-Bniedem – Pożizzjoni dwar liċenzji għal Massage Parlours
Question
Jista’ l-Ministru jara li d-Direttorat tad-Drittijiet tal-Bniedem jiddikjara l-pożizzjoni tiegħu dwar in-nuqqas ta’ reġistrazzjoni/liċenzji tal-ħwienet magħrufa bħala Massage Parlours fid-dawl li dawn huma ħwienet fejn hemm inċidenza iktar għolja ta’ traffikar tal-bnedmin?
Response (CAMILLERI, BYRON)
L-Onor. Interpellant hija mitluba tressaq din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.