Legislature:
Category:
Reset
Active:

Servizz kontra l-Ibbuljar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-għanijiet tas-Servizz kontra l-Ibbuljar?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-għan tas-servizz hu li jqajjem għarfien u jintervjeni f’każijiet ta’ ibbuljar billi joffri għajnuna u sapport ġewwa l-iskejjel kollha. L-istudenti jiġu mgħejuna biex jilħqu l-milja tal-kapaċitajiet soċjali u l-ħiliet akkademiċi tagħhom sabiex l-istudenti jħossuhom siguri f’ambjent sigur bl-għan li jħaddnu l-valuri neċessarji b’ċertu rispett.

MARAM — Evalwazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'tip ta' evalwazzjoni ssir għas-servizz provdut mill-Multi Agency Risk Assessment Meeting Board (MARAM)? Kemm u kif huma involuti l-vittmi f'din l-evalwazzjoni u x'vuċi qed jingħataw f'din l-evalwazzjoni?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tiċċara xi trid tfisser ‘bit-terminu evalwazzjoni’.

DVU — Evalwazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'tip ta' evalwazzjoni ssir għas-servizz provdut mit-taqsima tad-Domestic Violence Unit (DVU) fi ħdan il-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS)? Kemm u kif huma involuti l-vittmi f'din l-evalwazzjoni u x'vuċi qed jingħataw f'din l-evalwazzjoni?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment nitlob lill-Onor. Interpellanta, sabiex tispeċifika xi trid tfisser bit-terminu ‘evalwazzjoni’.

Vjolenza domestika — Ksur ta’ protection order

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-proċedura li tiskatta meta persuna tikser protection order li tkun ħarġet f'ċirkostanza ta' vjolenza domestika? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx Standard Operation Procedure għal ksur ta' protection order? Jekk iva, tista’ titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li meta mill-investigazzjonijiet tal-pulizija jirriżulta li persuna tkun kisret ordni ta’ protezzjoni, tali persuna titressaq il-Qorti b’arrest. Nikkonferma li hemm Standard Operation Procedures li jkopru tali proċedura. Ġejt infurmat li ma jinħassx li jkun prudenti li tkun ippubblikata minħabba informazzjoni dwar l-operat tal-Pulizija fil-ħidma tagħha kontra dan ir-reat.

Vjolenza domestika — Ksur ta’ protection order - Arrest

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu imminenti arrest f'każ ta' ksur ta' protection order f'ċirkostanza ta' vjolenza domestika?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li f'każ ta' allegat ksur ta' protection order f'ċirkostanza ta' vjolenza domestika, kull ksur ta’ tali ordni jiġi nvestigat mill-Pulizija, u wara li jsiru l-investigazzjonijiet relatati mill-aktar fis possibbli, il-persuni responsabbli jitressqu l-Qorti taħt arrest.

Sptar Mater Dei — Vittmi li resqu għas-servizz tad-DVU

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-vittmi ta' vjolenza domestika li ġew rappurtati fid-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei, resqu għas-servizz tad-Domestic Violence Unit (DVU) fl-2023 u minn Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub qed jinġabar.

Sptar Mater Dei — Vittmi li resqu biex jagħmlu risk assessment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-vittmi ta' vjolenza domestika li ġew rappurtati fid-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei, resqu biex jagħmlu risk assessment fl-2023 u minn Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub qed jinġabar.

Akkomodazzjoni soċjali – Persuni taħt it-18-il sena

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni taħt it-18 il-sena li qed jistennew akkomodazzjoni soċjali mal-ġenituri tagħhom li huma l-applikanti?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar għandha 1262 persuna taħt it-18 il-sena li qed jistennew akkomodazzjoni soċjali mal-ġenituri tagħhom li huma l-applikanti.

Vjolenza domestika — Risk assessment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid wara kemm żmien jista’ jerġa’ jiġi ripetut risk assessment minn meta jsir lill-vittma ta’ vjolenza domestika?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li, r-risk assessment huwa “ritratt” taċ-ċirkostanzi li tkun tinsab fihom il-vittma fil-mument li fih isir it-tali risk assesment. Għaldaqstant, ma jeżistix żmien stipulat fejn vittma jista’ jsirilha it-tieni risk assessment , jew iktar. Dan isir meta s-sitwazzjoni tinbidel, jiġifieri meta l-vittma tħoss li l-affarijiet sejrin jew marru għall-agħar.

Vjolenza domestika — Vittmi li għamlu risk assessment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm vittmi ta’ vjolenza domestika li għamlu r-risk assessment fl-2023 u minn Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? X'kien il-ġeneru, l-età u l-lokalità ta' dawn il-vittmi?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li, t-tagħrif mitlub minnha jinsab fit-tabelli statistiċi mehmużin ma’ din it-tweġiba. Is-sors għal għal dan it-tagħrif huwa r-rapporti statistiċi tal-FSWS li jinsabu pubblikati fuq is-sit elettroniku tal-istess FSWS. Tabella Nru 1: Risk Assessments Jannar – Diċembru 2023 (Bl-età u s-sess) Risk: Number of Individuals who had at least one risk assessment by age category and gender January - December 2023 Male Female X Unborn Not Specified Total ≤17 0 1 0 0 0 1 18-19 4 15 0 0 0 19 20-24 11 66 0 0 0 77 25-29 20 95 0 0 0 115 30-34 28 137 0 0 0 165 35-39 42 147 0 0 0 189 40-44 35 113 0 0 1 149 45-49 28 67 0 0 0 95 50-54 21 65 0 0 0 86 55-59 19 26 0 0 0 45 ≥60 57 106 0 0 0 163 Not Specified 0 0 0 0 0 0 Total 265 838 0 0 1 1104 Figure 77: the figure above classifies the age and gender of the service user in the reporting year bases on the specified date of birth and gender. in 2023, 838 individuals were female and 265 were male whilst the majority of individuals who received a risk assessment were aged 35 to 39 years (189) Tabella nru. 2: Risk Assessments Jannar – Ġunju 2024 (Bl-età u s-sess) Risk: Number of Individuals who had at least one risk assessment by age category and gender January - December 2024 Male Female X Unborn Not Specified Total ≤17 0 0 0 - 0 0 18-19 0 10 0 - 0 10 20-24 5 50 0 - 0 55 25-29 10 62 0 - 0 72 30-34 14 77 0 - 0 91 35-39 27 91 0 - 0 118 40-44 20 83 0 - 0 103 45-49 11 43 0 - 0 54 50-54 12 40 0 - 0 52 55-59 12 23 0 - 0 35 ≥60 32 49 0 - 0 81 Not Specified 0 0 0 - 0 0 Total 143 528 0 - 0 671 Figure 94: The figure above classifies the age and gender of the service user in the reporting year based on the specified date of birth and gender. in Jan-Jun 2024, 528 individuals were female and 143 were male whilst the majority of the individuals who received a risk assessment were aged 35 to 39 years (118) Tabella Nru 3; Reġjuni fejn jgħixu dawk li għamlu Risk Assessments N.B. mhux qed jingħataw il-lokalitajiet speċifiċi għal raġunijie ta’ sigurtà ta’ min imur jagħmel ir- risk assessment . District of residence January to December 2023 January to June 2024 Northern Harbour District 320 187 Southern Harbour District 240 150 South Eastern District 191 129 Northern District 191 120 Western District 126 53 Gozo District 6 15 Foreign residence 1 0 Homeless 0 1 shelter/institution 4 3 Not specified 25 13 Grand Total 1104 671 The figure above classifies the district of residence as reported by the service user within the reporting year. Some service users reside within “shelter/institution” (e.g., residential homes, centre of residential restorative services, or shelters). Some service users are in Malta temporarily and so normally have a foreign residence whilst others are homeless and do not have a fixed residence. Shelter/institution, foreign residence and homeless are reported as separate categories to avoid biasing the data on district.

Vjolenza domestika — Vittmi li rrifjutaw li jagħmlu risk assessment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm vittmi ta’ vjolenza domestika li rrifjutaw li jagħmlu r-risk assessment fl-2023 u minn Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? X'kien il-ġeneru, l-età u l-lokalità ta' dawn il-vittmi?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li l-FSWS żżomm u tiġbor biss tagħrif u data statistiċi ta’ nies li jagħmlu użu mis-servizzi tagħha. Għaldaqstant, it-tagħrif li qed titlob l-Onor. Interpellanta ma jistax jingħata għax, by definition , dawn irrifjutaw s-servizz u, allura, tagħrif dwarhom ma jinġabarx u ma jinżammx fil- Case Management System tal-FSWS.

Vjolenza domestika — Vittmi li rrifjutaw li jagħmlu risk assessment - Raġunijiet

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi elenku tar-raġunijiet li taw il-vittmi ta' vjolenza domestika biex jirrifjutaw li jagħmlu r-risk assessment fl-2023 u minn Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li, r-raġunijiet li jagħtu l-vittmi ta’ vjolenza domestika għala ma jkunux iridu jagħmlu r-risk assessment huma: · li ħafna mill-vittmi, irrispondew li ma jħossux il-bżonn li jagħmluh għax ma jarawx lilhom infushom li jinsabu f’riskju, · li jkunu mgħaġġlin biex jiġbru t-tfal u jmorru lura d-dar, · iħossuhom għajjenin u li ma jkunx il-ħin adattat u, b’hekk, isir f’ jum u ħin ieħor, · kien sar qabel fuq sitwazzjonijiet simili u, għaldaqstant, ma jħossux il-ħtieġa li jerġgħu jagħmluh, · Ikun hemm min imur fil Gender Based Domestic Violence Unit (GBDV hub) biss sabiex jagħtu aġġornamenti lill-pulizija, dwar rapporti preċedenti.

Tfal li għamlu użu mill-helpline 179

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal li għandhom bejn l-14 u s-17-il sena u talbu l-għajnuna fuq il-Helpline 179 minn Jannar sa Diċembru 2023 u minn Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm minn dawn kellhom 14, 15, 16 u 17-il sena minn Jannar sa Diċembru 2023 u minn Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? X’kienet it-tip t’għajnuna li talbu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, s-servizz tan-National Supportline 179 huwa wieħed ibbażat fuq l-anonimità u li, għaldaqstant, hija fid-diskrezzjoni ta’ min iċempel jekk jagħtix dettalji personali jew le, inkluż l-età. F’ dan il-kuntest, nista’ ngħarraf li fis-sena 2023 kien hemm biss sejħa waħda fejn min ċempel ta d-dettalji tiegħu / tagħha u żvela li l-età kienet bejn l-14 u s-17-il sena. Bejn Jannar u Ġunju, 2024 kien hemm 3 każijiet ta’ persuni li ċemplu fejn żvelaw li kellhom bejn 14 u 17-il sena. Fl-erba’ każijiet is-suġġett tas-sejħa kien dwar għajnuna għal dak li prima faciae kien jidher bħala abbuż fuq tfal.

Skejjel – Servizzi ta' counselling

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfal li użaw is-servizzi ta’ counselling fl-iskejjel pubbliċi fis-sena skolastika 2023-2024? Jista’ jgħid ukoll x’kienet l-età tagħhom u għal liema raġuni ħtieġu din l-għajnuna?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Studenti li ma komplewx L-Ikola obbligatorja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal li ma komplewx l-iskola obbligatorja fis-sena skolastika 2023-2024?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li kien hemm 10 studenti li ma komplewx l-iskola obbligatorja matul is-sena skolastika msemmija. L-istudenti msemmija kollha kellhom rekord ta’ assenteiżmu. Konsegwentement, ġew riferuti għal diversi servizzi biex jgħinuhom jintegraw ruħhom bis-saħħa ta’ strateġiji varji bħal pereżempju time-table ridotta. Għaldaqstant, il-professjonisti involuti, flimkien mat-tim maniġerjali tal-iskola, qablu li l-aħjar strateġija għall-ġid tal-istudent tkun li jintegra ruħu fid-dinja tax-xogħol. Infurmat li t-talbiet kollha għall-eżenzjonijiet jintbagħtu u jiġu approvati mid-DIER. Hekk kif toħroġ l-eżenzjoni jkunu mmarkati bħala eżentati fuq l-MIS. F’każ li l-istudent ikollu diffikultajiet soċjali jsir kuntatt ma’ servizzi jew professjonisti oħra involuti. L-eżenzjonijiet jinħarġu biss għal dawk l-istudenti li jkunu għalqu 15-il sena.

Educational Psychologists — Lista ta' stennija għall-assessjar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal li għadhom qed jistennew l-assessment tal-educational psychologist? Jista’ jgħid ukoll x’inhi d-data tal-iktar referral antika bħalissa?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li dan il-proċess hu wieħed kontinwu u rigoruż.

Statementing board –lista ta’ stennija għall-assessjar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal li għadhom qed jistennew l-assessment tal-Istatementing Board? Jista’ jgħid ukoll x’inhi d-data tal-iktar applikazzjoni antika bħalissa?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li dan il-proċess hu wieħed kontinwu u rigoruż.

Minuri li qed jirreġistraw għax-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm minuri ta’ 16 u 17-il sena li qed jirreġistraw għax-xogħol?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li l-persuni ta’ 16 u 17-il sena li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol sal-aħħar t’Awwissu 2024 kien biss ta` 37 persuna. Filwaqt li t-total ta' persuni kontinwament ikun baxx f'dawn l-etajiet, juri li żgħażagħ idumu żmien qasir ifittxu impjieg sew jekk hux l-ewwel impjieg jew bdiel ta' impjieg.

GU Clinic – Persuni taħt l-età ta’ 18-il sena

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni taħt it-18 il-sena li avviċinaw il-GU Clinic din is-sena, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll x’etajiet kellhom dawn il-persuni?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li din is-sena, 54 persuna taħt it-18-il sena avviċinaw il-GU Clinic. F’din iċ-ċifra, jista’ jkun li hemm min mar aktar minn darba.