Legislature:
Category:
Reset
Active:

Akkomodazzjoni soċjali – Binjiet li m’għandhomx lifts jew stair lifts

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm blokok tal-akkomodazzjoni soċjali li mhumiex mgħammra b’lifts jew stairlifts u f’liema lokalitajiet jinsabu?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba se tkun qiegħda tingħata f’seduta oħra.

Binjiet tal-akkomodazzjoni soċjali – Applikazzjonijiet pendenti għal lifts

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal-lifts fi blokok tal-akkomodazzjoni soċjali?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 135 applikazzjonijiet pendenti taħt l-iskema tal-lifts ġo blokki tal-akkomodazzjoni soċjali.

Community Working Scheme

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-community working scheme li kienet immexxija mill-General Workers’ Union twaqqfitx? Jekk le, jista’ jgħid hiex qiegħda tilqa’ klijenti ġodda?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-implimentazzjoni tal-Community Work Scheme għadha għaddejja. Klijenti ġodda jiġu rreferuti minn Jobsplus skont il-kriterji stabbiliti.

Temping Agencies – Applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ temping agency ġiet rifjutata jew għadha fil-proċess għar-reġistrazzjoni?

Response (CAMILLERI, BYRON)

L-Onor. Interpellant hija mitluba tressaq din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Talba għal status ta’ whistleblower – Talbiet milqugħa

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba ġiet milqugħa t-talba għal status ta’ whistleblower minn meta daħlet il-liġi s’issa, maqsuma għal kull sena?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20438.

Servizz.gov – Ħaddiema li rriżenjaw

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm irriżenjaw persuni minn servizz.gov mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li mill-2020 sal-llum irriżenjaw 16 il-persuna mis-servizz.gov.

Akkomodazzjoni Soċjali – Units allokati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew allokati units tal-akkomodazzjoni soċjali minn Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Vittmi ta’ vjolenza domestika — Għajnuna mill-Awtorità tad-Djar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'tip ta' għajnuna jingħataw vittmi ta’ vjolenza domestika li jkollhom jitilqu mid-dar tagħhom, mill-Awtorità tad-Djar, minbarra sussidju fuq kera privata?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li vittmi ta’ vjolenza domestika li preżentament qegħdin jgħixu fix-xelters jistgħu japplikaw għall-akkomodazzjoni soċjali. Għal fini t’eliġibilità, l-Awtorità tad-Djar ma tagħmilx distinzzjoni mil-liema indirizz qegħdin japplikaw, għaldaqstant, jistgħu japplikaw vittmi li preżentament qegħdin jgħixu f’postijiet oħra. F’każijiet urġenti, l-Awtorità tad-Djar għandha l-faċilità li tassisti lil dawn il-persuni b’għotja tal-ewwel depożitu u l-ewwel kirja, meta l-persuna ssib post mill-privat biex titlaq mis-sitwazzjoni li tkun ta’ periklu.

Vittmi ta’ vjolenza domestika — Skemi tal-Awtorità tad-Djar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi skema tal-Awtorità tad-Djar, jew proċess, li jeġavola l-vittmi ta’ vjolenza domestika li jkollhom jitilqu minn darhom?

Response (GALDES, RODERICK)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 21219.

Applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza bir-reġistrazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza bir-reġistrazzjoni (citizenship by registration)? X’inhi d-data tal-iktar applikazzjoni li ilha pendenti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li mill-ewwel (1) ta’ Jannar 2024 sa l-ewwel (1) ta’ Novembru 2024, l-Aġenzija Komunità Malta rċeviet 2,598 applikazzjoni għaċ-ċittadinanza bir-reġistrazzjoni.

Applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza naturalizzata

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza naturalizzata (citizenship by naturalisation)? X’inhi d-data tal-iktar applikazzjoni li ilha pendenti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li mill-ewwel (1) ta’ Jannar 2024 sa l-ewwel (1) ta’ Novembru 2024, l-Aġenzija Komunità Malta rċeviet 421 applikazzjoni għaċ-ċittadinanza naturalizzata.

Ċittadinanza bir-reġistrazzjoni u ċittadinanza naturalizzata — Applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa ż-żmien medju li tieħu applikazzjoni biex tiġi pproċessata applikazzjoni ta' ċittadinanza bir-reġistrazzjoni u applikazzjoni ta' ċittadinanza naturalizzata?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li dan jiddependi minn diversi fatturi, fosthom stakeholders oħra u l-każ innifsu.