Legislature:
Category:
Reset
Active:

L-Isptar Karin Grech – Imġiba etika lejn il-pazjent

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14941 dwar il-Bord tal-Etika fl-Isptar Karin Grech fejn ġie mwieġeb “Ninforma lill-Onor. Interpellant, li Karin Grech Rehabilitation Hospital kellu bord ta’ etika li twaqqaf fl-2020, li ma baqax jiltaqa’ u għalhekk bħalissa jinsab fil-proċess li jerġa’ jiġi stabbilit.”, jista’ l-Ministru jgħid li jekk dan il-Bord reġax beda jiffunzjona minn Marzu li għadda ’l hawn. Jekk le, għaliex le? U meta ser jibda jaħdem?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta jkun hemm żviluppi dawn jitħabru.

Faċilità San Vinċenz de Paule — Imġiba etika lejn il-pazjent

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14944 li saret f’Marzu u jgħid hemmx kumitat/bord tal-etika dwar il-pazjent (mhux relatat ma’ riċerka) fil-Faċilità San Vinċenz de Paule li jassigura mġiba etika lejn il-pazjent? Jekk iva, jista’ jgħid: a. x’inhi l-funzjoni ta’ dan il-kumitat? b. minn min hu magħmul? ċ. min hu ċ-chairperson u s-segretarju? d. kull meta ltaqa’ fl-2023? e. jistax jilqa’ ilmenti mill-pazjenti jew qraba? f. jistax jirċievi preokkupazzjonijiet dwar etika minn staff b’dilemmi etiċi? ġ. xi proċeduri stabiliti hemm ma’ dan il-kumitat/bord? h. jekk hemm, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dawn il-proċeduri? i. jekk ma hemmx kumitat tal-etika, jikkunsidra l-Ministru li jwaqqaf wieħed, jekk iva, meta?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-Kumitat ta’ Etika huwa mwaqqaf fuq dawn is-sisien - edukazzjoni, konsultazzjoni, evalwazzjoni ta’ policies u proċeduri li jista’ jkollhom implikazzjoni ta’ etika u reviżjoni ta’ riċerki interni (jekk jinvolvu dirett lill-pazjent) u esterni (dment li ma jkunux diġà għaddew taħt bordijet oħrajn) Il-Kumitat huwa magħmul minn (11) ħdax-il membru. Bħala chairperson ġie maħtur il-Professur Joseph M. Cacciottolo u is-Segretarju tal-Kumitat huwa s-Sur Bernard Piscopo. Matul is-sena li għaddiet, il-kumitat iltaqa’ (9) disa’ darbiet u kellu laqgħat oħrajn ta’ sotto-kumitati. Huwa l-konsulent jew id-direzzjoni tal-entitá li jista’ jirreferi sitwazzjoni fejn jitlob opinjoni etika. L-aħħar kelma tkun dik tal-konsulent u t-tim tiegħu. Il-Konsulent jista' jitlob opinjoni biex jaċċerta li l-kura li se tingħata ma tmurx kontra l-valuri u l-moralità tal-entità u ma tmurx kontra d-drittijiet tal-pazjent. Tintalab opinjoni wkoll jekk ma jkunx hemm qbil dwar il-kura bejn il-konsulent, staff jew anke qraba jew il-pazjent stess. Il-kumitat m’għandux iservi ta' bord ta' dixxiplina. Il-kumitat għandu jservi biex f'każ ta' nuqqas ta' qbil bejn il-kuranti u l-qraba, jagħti s-suġġerimenti tiegħu biex iqarreb lill-partijiet kollha konċernati. Dmir ieħor huwa li tiġi salvagwardjata l-protezzjoni lill-pazjent.

L-Isptar Mater Dei — Bord tal-Etika

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14940 dwar il-Bord tal-Etika fl-Isptar Mater Dei fejn intqal: “Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa issa f’Mater Dei mhemmx dan il-board”, jista’ l-Ministru jgħid jekk jarax il-bżonn li jkun hemm bord tal-etika fl-Isptar Mater Dei bħalma kien hemm għal xi żmien fl-Isptar Karin Grech, peress li professjonisti f’kuntest kliniku jiltaqgħu ma’ diversi dilemmi etiċi li għandhom jiġu għall-attenzjoni ta’ bord bħal dan?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta jkun hemm żviluppi dawn jitħabru.

Università ta’ Malta — Studenti ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jagħti statistika grafika ta’ studenti ġodda fl-Università ta’ Malta mill-1986 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellanta li n-numru ta’ studenti għal din is-sena skolastika mhuwiex finali, dan mistenni jiżdied matul ix-xhur li ġejjin.

Long Term Care – Persuni allokati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif, kemm u min jiġi allokat għal-Long Term Care?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-proċess biex anzjan/a jiġi allokat għal-Long Term Care, jinvolvi eżami mediku / assessjar minn tim multi-dixxiplinarju. L-anzjani eleġibbli huma dawk li jiġu determinat li għandhom bżonn kura, attenzjoni u servizzi mediċi inter-dixxiplinarji iżjed regolari u allura jaqgħu f’kategorija 1. Anzjani li jaqgħu f’kategorija 2 fl-eżami mediku/assessjar jiġu ammessi ġewwa djar residenzjali skont il-livell ta’ kura li għandhom bżonn u d-disponibbiltà ta’ sodod f’dawn ir-residenzi. Anzjani li jaqgħu f’kategorija 3 jiġu provduti bis-servizzi ġewwa l-komunità skond il-bżonn individwali tagħhom.

Djar tal-anzjani – Allokazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fl-allokazzjoni għal dar tal-anzjani, jiġix ikkunsidrat il-post fejn ikunu joqogħdu l-persuna u l-qraba l-iktar viċin tagħha li normalment ikunu anzjani wkoll u mhux neċessarjament isuqu? Jista’ jgħid jagħmilx sens li l-anzjana titpoġġa l-Mellieħa u l-qarib tagħha jkun miż-Żejtun?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nitlob lil Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba mistoqsija parlamentari 20434.

L-Isptar Mater Dei – Linji gwida dwar kunfidenzjalità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif qed tiġi garantita kunfidenzjalità assoluta waqt il-ward round fl-Isptar Mater Dei, meta hemm biss purtiera bejn pazjent u ieħor u dettalji u informazzjoni sensittiva dwar il-pazjent ikunu qed jinstemgħu minn pazjenti oħra? Jista’ jgħid ukoll x’linji gwida qed jintużaw f’dan ir-rigward?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li waqt il-"ward rounds" ma jkunx hemm qraba. Għaldaqstant jinżamm volum baxx kemm jista’ jkun. Meta jkun hemm bżonn tintuża kamra privata, jekk il-pazjent ikun jista’ jiċċaqlaq. Meta jkun hemm bżonn issir laqgħa mal-pazjent u l-familjari, din issir f'kamra privata.

L-Isptar Mater Dei – Linji gwida dwar kunfidenzjalità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif qed tiġi garantita kunfidenzjalità assoluta u l-informazzjoni tingħata biss lil terzi persuni jekk ikun hemm il-kunsens tal-pazjent? Jista’ jgħid ukoll x’linji gwida qed jintużaw f’dan ir-rigward?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-linji gwida li qed jintużaw huma dejjem skont il-GDPR.

Tallinja App – Update

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-aħħar update ta’ tallinja app?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-Tallinja App ġiet żviluppata b’investiment dirett mill-operatur privat li jopera s-servizz tat-trasport pubbliku f’Malta u f’Għawdex, jiġifieri il-Malta Public Transport. Din is-sistema tiġi mantenuta u upgraded mill-istess kumpanija bi spejjeż tagħha. Għaldaqstant, l-informazzjoni mitluba hija ikkunsidrata bħala kummerċjalment sensittiva u li ma tistax tiġi provduta minn naħa tal-Awtorità.

Tallinja App – Karozzi ta-linja real time

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm suppost tallinja app qed turi fejn ikunu waslu l-karozzi tal-linja, real time?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-operatur tat-Trasport Pubbliku, Malta Public Transport, nieda funzjoni ġdida f’Tallinja App li biha l-klijent ikun jista’ jsegwi l-moviment tal-karozza tal-linja fuq il-mappa ta’ Tallinja App innifisha. Tali nformazzjoni hija disponibbli f’ħin reali. B’din il-funzjoni ġdida, apparti li passiġġier ikun jaf kemm għad fadal ħin sabiex tasal il-karozza tal-linja, ikun jista’ jara wkoll il-karozza miexja fuq il-mappa u fejn waslet. Aktar kmieni din is-sena tnediet ukoll funzjoni oħra li biha t-Tallinja App tkun aġġornata b’tibdil fir-rotot kawża ta’ għeluq ta’ toroq. Dawn u aktar titjieb fit-Tallinja App qed iwasslu sabiex aktar nies iniżżlu l-App fuq il-mobile tagħhom. Saħansitra fix-xahar t’Awwissu kien hemm 73,000 persuna li użaw din l-App.

Tibdil fil-bus shelters minħabba x-xemx

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn bus shelters f’Malta li għandhom soqfa tal-perspex trasparenti? Peress li dawn is-soqfa huma trasparenti, x’tip ta’ kenn jistgħu jagħtu lill-passiġġieri li jkunu qed jistennew fil-qilla tax-xemx? Hemm xi pjan biex is-soqfa ta’ dawn il-bus shelters jinbidlu?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Test tas-sewqan

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jistennew għat-test tas-sewqan u liema hi l-iktar data ’l bogħod għat-test tas-sewqan? Jista’ jgħid ukoll i. kemm kien hemm testijiet tas-sewqan fl-2023; ii. kemm minn dawn il-persuni għaddew mit-test; iii. kemm weħlu mit-test; iv. kemm kien hemm persuni li għaddew mit-tieni test; v. kemm kien hemm persuni li għaddew mit-tielet test u vi. kemm kien hemm li ppruvaw it-test iktar minn tliet darbiet?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sal-ġurnata ta’ llum hemm total ta’ 4,630 applikazzjoni pendenti. L-eqdem applikazzjoni hija datata 23 ta’ Ġunju 2024. i. kemm kien hemm testijiet tas-sewqan fl-2023; - 16,601 ii. kemm minn dawn il-persuni għaddew mit-test; - 8,137 iii. kemm weħlu mit-test; - 8,464 iv. kemm kien hemm persuni li għaddew mit-tieni test; - 1,833 v. kemm kien hemm persuni li għaddew mit-tielet test; - 613 vi. kemm kien hemm li ppruvaw it-test iktar minn tliet darbiet; - 351

Sena 2024 – Test tas-sewqan

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li għaddew mit-test tas-sewqan fl-2024, maqsuma għal kull xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm persuni li weħlu mit-test fl-2024, maqsuma għal kull xahar?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sal-aħħar ta’ Settembru 2024, total ta’ 6,858 persuna għaddew mit-test tas-sewqan, filwaqt li total ta’ 8,162 persuna fallew l-istess test. Xahar Għaddew Fallew Jannar 1,000 1,168 Frar 840 1074 Marzu 772 1072 April 795 1074 Mejju 931 1027 Ġunju 642 665 Lulju 686 747 Awwissu 677 672 Settembru 515 663 Totali: 6,858 8,162

Sena 2024 – Tranġar ta’ toroq residenzjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm toroq residenzjali ppjanati biex jiġu tranġati sal-aħħar tas-sena 2024 u f’liema lokalità qegħdin?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta qed tikkollabora mal-Enemalta f’xogħlijiet infrastrutturali f’numru ta’ lokalitajiet, b’impenn biex tissaħħaħ id-distribuzzjoni tal-enerġija. Fl-istess waqt, Infrastructure Malta qed taħdem fil-qrib mal-Kunsilli Lokali biex titkompla l-ħidma f’toroq residenzjali bix-xogħlijiet jikkonsistu f’bini mill-ġdid tat-triq, ir-rikostruzzjoni sħiħa tal-bankini, it-tisħiħ tas-sottobażi eżistenti u s-saffi tal-asfalt tul il-medda kollha tat-triq flimkien mas-sinjali tat-toroq u l-marki tal-linji meħtieġa. Ix-xogħol jibda skont l-esiġenzi tat-toroq li l-Kunsilli Lokali pproponew

Ħaddiema li nġabu minn Temping Agencies mhux liċenzjati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ser jiġri mill-ħaddiema li nġiebu minn temping agencies li għadhom mhux liċenzjati?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li kull ħaddiem li jitlef ix-xogħol f'pajjiżna, għandu perjodu sabiex ikun jista’ japplika għal xogħol ieħor.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – Persuni li qed jiskontaw sentenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li qegħdin jiskontaw sentenza ta’ ħabs għal raġuni ta’ użu personali tad-droga?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li sal-mument li nġabret din l-informazzjoni ma kien hemm ħadd li qed jiskonta sentenza għal raġuni t’użu personali tad-droga.

Diviżjoni tat-Tindif – Ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li ġew impjegati mad-Diviżjoni tat-Tindif minn Jannar sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Jannar sa Settembru 2024 ġew impjegati 88 ħaddiem.