L-Isptar Mater Dei — Infermiera minn pajjiżi terzi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn infermiera minn pajjiżi terzi li qed jaħdmu f-Isptar Mater Dei, f’numru u persentaġġ meta mqabbel ma’ infermiera Maltin jew mill-Unjoni Ewropea?
Is-settur pubbliku — Infermiera minn pajjiżi terzi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn infermiera minn pajjiżi terzi li qed jaħdmu fis-settur pubbliku, f’numru u persentaġġ mill-pajjiż li ġejjin minnu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li id-Dipartiment tas-Saħħa jista’ jagħti informazzjoni dwar infermiera li jaħdmu fis-servizz pubbliku u ingaġġati mad-dipartimenti tas-saħħa u tal-anzjani.
Jista’ l-Ministru jagħti breakdown ta’ kif tqassmu u ntefqu s-€16-il miljun fuq il-proġett taż-żona l-ġdida għall-kunċerti f’Ta’ Qali? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-invoices u l-irċevuti?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn għases tal-pulizija f’Malta u liema huma?
Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma miftuħin 24/7 u liema huma?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 21530, ninsab infurmat li fl-istorja riċenti tal-Korp, illum hija l-aktar darba li għandu premises mifuħa madwar il-pajjiż. F’Malta u Għawdex għandu 28 għassa tal-Pulizija miftuħa 24/7. Filwaqt li għaddej xogħol ta’ rinnovar f’numru ta’ għases li għal snin twal tħallew fi stat ħażin kif ġie spjegjat f’mistoqsija parlamentari 21625, għases sekondarji li tradizzjonalment kienu jkunu magħluqa jew miftuħin darba kultant, ikkonvertejna numru sabiħ minnhom bħala uffiċini tal-community policing fosthom f’Santa Venera, is-Swieqi, il-Floriana, Marsaxlokk u San Ġwann ma’ diversi oħrajn. Kif rifless fl-istħarriġ tal-NSO, fl-aħħar snin permezz tal-Pulizija tad-Distrett u tal-community policing saħħaħna r-relazzjoni tagħna maċ-ċittadini u għalhekk mhux biss intlaqa’ tajjeb mill-komunitajiet tagħna iżda ħalla wkoll impatt pożittiv fuq is-soċjetà tagħna. Illum għandna 130 uffiċjal tal-community policing, minn erba’ pulizija fil-Mellieħa fl-2019, li juri l-impenn li l-Pulizija jkunu eqreb lejn il-komunitajiet dan filwaqt li issa qegħdin nintroduċu wkoll il-Police Patrol and Community Support Officers li huwa in linja ma’ dak li jridu n-nies, hekk kif l-istħarriġ tal-NSO juri li 80% tal-poplu Malti u Għawdxi jippreferi jara aktar Pulizija fit-toroq. Ħidma bl-għan li naraw li nibqgħu nżommu lil pajjiżna fost l-aktar pajjiżi siguri fid-dinja.
Jista’ l-Ministru jgħid x’qed jagħmel biex jassigura li l-Kunsill Mediku jiffunzjona filwaqt li tkun irrispettata d-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali li ngħatat fit-13 ta’ Ġunju 2023?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Memberu li l-Kunsill Mediku għandu l-poter u d-dmir li jiffunzjona u jieħu deċiżjonijiet b’mod independenti skont il-liġi (Kap 464).
Pero ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-sentenza li qegħda ssir referenza għaliha ġiet studjata bir-reqqa u mill-ewwel beda’ proċess ta’ evalwazzjoni tal-provedimenti legali li hemm bżonn sabiex tiġi emendata l-liġi li tirregola l-proċess ta’ passi dixxiplinarji li l-Kunsill Mediku u bordijiet oħra jsegwu.
Il-ħidma tal-Kunsill għal dak li huwa reġistrazzjoni ta’ tobba u dentisti u funzjonijiet oħra ma ġietx effetwata bid-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali u għadha għaddejja normali.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ilu bla psikjatra l-Gender Clinic? Jista’ jgħid ukoll għal liema raġuni s-sejħa għall-applikazzjonijiet għal servizz ta’ psikjatra damet ix-xhur biex ħarġet?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li saret sejħa pubblika imma ħadd ma nstab eleġibbli. Komplew jsiru tentattivi li ma kellhomx riżultat pożittiv.
Għaddejin diskussjonijiet biex naraw x’mudelli oħra ta’ kuntratti ma’ professjonisti huma possibli biex ikun jista’ jingħata dan is-servizz.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm households li għandhom is-servizz tal-elettriku mwaqqaf mill-ARMS u x’kienu r-raġunijiet?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Iterpellanta li s-servizzi jiġu sospiżi meta konsumatur ma jkunx qed jonora l-obbligi tiegħu li jħallas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Qabel ma jiġi sospiż xi servizz, il-kumpanija ARMS tibgħat ittra u anke tagħmel kuntatt mal-konsumatur permezz tat-telefon. F’każ li dan ma jkunx f’pożizzjoni li jissetilja l-pendenzi li jkollu f’daqqa, l-kumpanija toffrilu l-possibbiltà li jiffirma kuntratt biex iħallas l-arretrati b’rati mensili. Kemm-il darba mbagħad jibqa’ ma jħallasx il-kontijiet li jkunu pendenti, l-ARMS ma jkollhiex triq oħra għajr dik li jiġi sospiż is-servizz. Ninsab infurmata li f’ċirkostanzi partikolari jista jagħti l-każ li jitnaqqas il-vultaġġ tad-dawl. Iżda fir-rigward tal-ilma, mhux teknikament possibbli li sempliċiment titnaqqas il-provvista tal-ilma.
Barra minn hekk, il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal permezz tal-iskema Benefiċċju tal-Enerġija joffri għajnuna fil-ħlas tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma lill-familji bi dħul baxx jew li jkollhom każ soċjali.
Fid-dawl ta’ dak li għadni kif spjegajt, infurmata li bħalissa hemm 327 post residenzjali u 1,199 postijiet domestiċi li għandhom is-servizz tal-elettriku sospiż minħabba li baqgħu ma tħallsux kontijiet pendenti. Postijiet residenzjali jfisser li hemm persuni reġistrati fuq il-kont, waqt li dawk li għandhom it-tariffa domestika jkun ifisser li m’hemm ħadd reġistrat fuq il-kont.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm households li għandhom is-servizz tal-ilma mwaqqaf mill-ARMS?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Iterpellanta li s-servizzi jiġu sospiżi meta konsumatur ma jkunx qed jonora l-obbligi tiegħu li jħallas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Qabel ma jiġi sospiż xi servizz, il-kumpanija ARMS tibgħat ittra u anke tagħmel kuntatt mal-konsumatur permezz tat-telefon. F’każ li dan ma jkunx f’pożizzjoni li jissetilja l-pendenzi li jkollu f’daqqa, l-kumpanija toffrilu l-possibbiltà li jiffirma kuntratt biex iħallas l-arretrati b’rati mensili. Kemm-il darba mbagħad jibqa’ ma jħallasx il-kontijiet li jkunu pendenti, l-ARMS ma jkollhiex triq oħra għajr dik li jiġi sospiż is-servizz. Ninsab infurmata li f’ċirkostanzi partikolari jista jagħti l-każ li jitnaqqas il-vultaġġ tad-dawl. Iżda fir-rigward tal-ilma, mhux teknikament possibbli li sempliċiment titnaqqas il-provvista tal-ilma.
Barra minn hekk, il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal permezz tal-iskema Benefiċċju tal-Enerġija joffri għajnuna fil-ħlas tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma lill-familji bi dħul baxx jew li jkollhom każ soċjali.
Fid-dawl ta’ dak li għadni kif spjegajt, infurmata li bħalissa hemm 206 postijiet residenzjali u 657 post domestiċi li għandhom is-servizz tal-ilma sospiż minħabba li baqgħu ma tħallsux kontijiet pendenti. Postijiet residenzjali jfisser hemm persuni reġistrati fuq il-kont, waqt li dawk li għandhom it-tariffa domestika jkun ifisser li m’hemm ħadd reġistrat fuq il-kont.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk għadhiex il-prassi li s-servizz tad-dawl u l-ilma ma jinqatax kompletament imma għal inqas jitħalla vultaġġ baxx biex persuna tkun tista’ tħaddem friġġ u bozza? Huwa aċċettabbli li is-servizz tal-ilma jinqata’ kompletament u x’inhi l-proċedura stabbilita mill-ARMS f’dawn il-każijiet?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Iterpellanta għat-tweġibiet li tajtha għall-mistoqsijiet parlamentari 21297 u 21298.
Peress li skont il-World Press Freedom Index, Malta ġiet fit-73 post minn fost 180 pajjiż u ta’ qabel tal-aħħar fl-Unjoni Ewropea, jista' l-Prim Ministru jgħid x’inhu jagħmel il-Gvern biex itejjeb il-ħelsien tal-istampa u l-protezzjoni tal-ġurnalisti?
Response (ABELA, ROBERT)
Ir-rapport li qegħda tirreferi għaliħ l-Onor. Membru ġej minn organizzazzjoni tal-ġurnalisti, Reporters Sans Frontiers (RSF), illi l-Gvern jirrispetta bis-sħiħ i¿da fl-aħħar mill-aħħar, bħal kull rapport tax-xorta tiegħu, jirrappre¿enta l-fehma u jirrifletti l-motivazzjoni u l-perspettiva ta’ min kitbu.
Kif taf l-Onorevoli Membru hemm rapporti li taw evalwazzjoni mod ieħor ta’ Malta bħal ma hu r-rapport reċenti tal-World Justice Project Rule of Law Index li kien irrapportat ukoll fil-midja Maltija.
Meta wieħed je¿amina r-rapport tal-RSF li hemm referenza għaliħ fid-domanda wieħed jinnota li s-sitwazzjoni tal-midja f’ Malta tiġi kritikata għal raġunijiet li huma intrinsiċi fis-sitwazzjoni ta’ Malta bħala pajji¿ ¿għir u Mediterraneju. Dan bħal ma huma l-kuntest ekonomiku, l-kuntest socio-kulturali inklu¿a l-influwenza tal-partiti politiċi fil-midja u t-tendenza tal-ambjent politiku lejn il-polarizzazzjoni.
Ir-rapport fiħ ukoll numru ta’ stqarrijiet li huma pjuttost ¿vijanti li, apparti s-sens kritiku li wieħed dejjem jistenna mill-ġurnalisti, forsi jirriflettu ukoill l-kuntatti li l-RSF għandha f’ Malta ma setturi li qatt ma jaraw xejn tajjeb f’ dak li jagħmel il-Gvern.
Per eżempju, r-rapport jgħid li għad li f’ Malta l-liberta tal-espressjoni hija salvagwardata mill-Kostituzzjoni l-qafas legali u regolatorju ma jħallix lill-ġurnalisti je¿erċitaw id-drittijiet tagħhom – stqarrija ġenerika mitfugħa “għal saqajha” b’ dan il-mod- qiesu Malta ma hawnx ġurnaliżmu li jiffunzjona.
Ir-rapport jikklassifika l-appelli li f’ xi ka¿ijiet tagħmel l-amministrazzjoni pubblika kontra deċi¿jonijiet meħuda taħt l-Att dwar il-Liberta tal-Informazzjoni bħala “a new type of SLAPP”. Dan meta bi SLAPP wieħed jifhem sitwazzjoni fejn xi ħadd (ġeneralment xi ħadd finanzjarjament bsaħħtu ħafna) jibda proċeduri kontra ġurnalist jew pubblikatur biex isikktu billi jdaħħlu fi spejje¿ legali li ma jkunx jista jlaħħaq magħhom. Sitwazzjoni fejn l-amministrazzjoni pubblika tiddefendi l-po¿izzjoni legali tagħha kontra kwantita kbira ta’ talbiet għall-aċċess għal dokumenti li hija jkollha raguni biex topponi ma tinkwadrax bħala ‘Strategic Lawsuit Against Public Participation” għax l-amministrazzjoni f’ dawk il-ka¿ijiet tkun qegħda sempliċement tiddefendi l-po¿izzjoni tagħha u ma tkunx bdiet il-proċeduri hi. Apparti minn hekk pero, f’dan il-kuntest ir-rapport imkien ma japprezza l-kwantita kbira ta’ talbiet għal aċċess għal informazzjoni taħt l-Att dwar il-Liberta tal-Informazzjoni li jintlaqghu regolarment tista’ tgħid ta’ kuljum.
Stqarrija oħra fir-rapport hija fis-sens illi “the family of journalist Daphne Caruana Galizia murdered in 2017 have been subjected to posthumous defamation suits”. Kif magħmlula din l-istqarrija tagħti l-impressjoni li dawn il-kaw¿i infetħu wara l-mewt tal-ġurnalista i¿da dan mhuwiex il-kaz- huma intirtu mill-eredi mal-kumplament tal-wirt. Ir-rapport imkien ma jsemmi illi f’ wieħed mit-tlett abbozzi li l-Gvern kien ipprezenta fil-Parlament wara l-konklużjoni tal-Inkjesta Pubblika hemm rimedju ukoll għal din is-sitwazzjoni illi pero ma ġiex implimentat minħabba l-kruċjata politika li saret kontra dawn l-abbozzi minn ċerti setturi li wieħed jifhem illi huma ukoll viċin l-istess awturi tar-rapport.
Għall-inqas ir-rapport jirrikonoxxi li f’ Malta ma hawn ebda ġurnalist jew ħaddiem fil-midja li huwa miżmum arrestat pero imkien ma jirrikonoxxi li Malta neħħiet il-libell kriminali sa mill-2018. Ħafna pajjiżi li tpoġġew ferm qabel Malta fil-klassifika tar-rapport għandhom il-libell kriminali u ma għandhomx limitu bħal ta’ Malta għad-danni fil-libell ċivili. Donnu li għall-awturi tar-rtapport dan ma jiswa xejn f’ termini ta’ liberta tal-istampa.
Għalhekk filwaqt li l-Gvern jagħti konsiderazzjoni sħiħa lir-rapporti li jsiru dan lanqas ma jfisser illi dak kollu li jingħad fihom għandu jiġi aċċettat bla mistoqsijiet.
Dwar ix-xogħol li l-Gvern qiegħed jagħmel fil-qasam tal-liberta tal-midja u tal-protezzjoni tal-ġurnalisti nirreferi l-ewwerlnett għat-tlett abbozzi li hemm quddiem il-Parlament u li kieku mhux għall-kunsoltazzjoni ulterjuli fuq li kien sar diġa, dawn ilhom li ġew addottati fil-liġi. Il-Gvern jispera li fil-futur qarib tiġi konkluża d-diskussjoni wara konsultazzjoni pubblika.
Fil-qasam Ewropew Malta hija l-ewwel u s’ issa l-uniku pajjiż li mplimentat id-Direttiva tal-Unjoni Ewropeja kontra li SLAPP fil-liġi domestika tagħha.
Il-Gvern huwa impenjat ukoll fl-implimentazzjoni tar-regolament tal-Unjoni Ewropeja imsejjaħ il-European Media Freedom Act kif ukoll tar-regolament dwar it-trasparenza tar-reklamar politiku.
Dan kollu flimkien mal-liġijiet eżistenti jkompli jsaħħaħ is-sitwazzjoni tal-ġurnaliżmu u tal-midja f’ pajjiżna dejjem f’ kuntest ta’ bilanċ u raġjonevolezza li jikkunsidra d-drittijiet ta’ kulħadd.
Jista' l-Prim Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-Gvern biex itejjeb il-qagħda u l-protezzjoni tal-ġurnaliżmu f’Malta?
Response (ABELA, ROBERT)
Ngħarraf lill-Onor. Membru illi fis-sustanza din il-mistoqsija ġiet risposta fit-twegiba għall-interpellanza 21485 li l-punti minnha li jirrispondu għal din id-domanda huma għalhekk inklużi, għad li mhux neċessarjament riprodotti, hawn taħt.
Dwar ix-xogħol li l-Gvern qiegħed jagħmel u jipprospetta li jkompli jagħmel biex itejjeb il-qagħda u l-protezzjoni tal-ġurnalisti f’Malta nirreferi l-ewwerl nett għat-tlett abbozzi li hemm quddiem il-Parlament u li kieku mhux għall-kunsoltazzjoni ulterjuli fuq li kien sar diġa, dawn ilhom li ġew addottati fil-liġi u li tejjbu sostanzjalment il-qagħda tal-ġurnaliżmu. Il-Gvern jispera li fil-futur qarib tiġi konkluża d-diskussjoni wara konsultazzjoni pubblika.
Fil-qasam Ewropew Malta hija l-ewwel u s’ issa l-uniku pajjiż li implimentat id-Direttiva tal-Unjoni Ewropea kontra li SLAPP fil-liġi domestika tagħha.
Il-Gvern huwa impenjat ukoll fl-implimentazzjoni tar-regolament tal-Unjoni Ewropea imsejjaħ il-European Media Freedom Act kif ukoll tar-regolament dwar it-trasparenza tar-reklamar politiku li huma żewġ inizjattivi impenjanti.
In partikolari, l-European Media Freedom Act jagħti qafas ta’ regolamentazzjoni tal-midja, definit f’sens wiesgħa li jkopri ukoll aspetti oħra apparti x-xandir u l-gazzetti, fuq livell Ewropew u jirregola l-aspetti ewlenin kollha f’dan il-qasam.
Dan l-impenn, flimkien mal-liġijiet eżistenti, għandu jkompli jtejjeb il-qagħda tal-ġurnaliżmu f’pajjiżna f’kuntest ta’ bilanċ u raġjonevolezza li jikkunsidra d-drittijiet ta’ kulħadd u l-karatteristiċi u l-isfidi partikolari tas-suq Malti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm bugħaddasa li ddaħħlu l-isptar minħabba problema ta’ dekompressjoni kull sena matul dawn l-aħħar ħames snin?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li mill-2019 ’l hawn, daħlu 375 għaddas u kellhom bżonn jingħataw il-kura permezz tal Hyperbaric Unit kemm f’Mater Dei kif ukoll fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.
Dawn iċ-ċifri juru sena b’sena kemm iddaħħlu għaddasa fil-Hyperbaric Unit:
2019 = 45
2020 = 51
2021 = 74
2022 = 69
2023 = 66
2024 = 70
Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni — Każijiet pendenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet pendenti quddiem il-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni kull sena mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex tinġabar l-informazzjoni.
Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni — Investigazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tlestew investigazzjonijiet mill-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni kull sena mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex tinġabar l-informazzjoni.
Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni — Każijiet investigati mill-pulizija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-każijiet li ġew investigati mill-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni marru għall-investigazzjoni tal-pulizija?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi skond Artikolu 11(a) ta’ Kap. 326, “jekk fil-fehma tal-Kummissjoni, l-imġiba investigata hija korrotta jew tista’ tkun konnessa ma’, jew tista’ twassal għal atti ta’ korruzzjoni, ir-rapport tar-riżultati tal-investigazzjoni għandhom jiġu mgħoddija lill-Avukat Ġenerali.”
Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra b’mod grafiku l-livelli tal-emissjonijiet skont il-lokalitajiet u r-reġjuni f’Malta u f’Għawdex?
Response (DALLI, MIRIAM)
L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) tagħmel monitoraġġ tal-livelli tad-dijossidu tan-nitroġenu u l-benzin f’mitt sit f’Malta u Għawdex. Dan isir permezz ta’ ‘diffusion tubes’ li huma esposti għal 4 ġimgħat u analizzati f’laboratorju akkreditat. L-informazzjoni li toħroġ minn dan il-monitoraġġ tiġi proċessata biex jinħolqu mapep li juru l-livelli annwali ta’ tniġġiż (‘pollution maps’) fir-reġjuni u l-lokalitajiet rispettivi. Dawn il-mapep huma ukoll disponibbli għall-pubbliku fuq il-website tal-ERA, mis-sena 2014. Qiegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn il-mapep għas-snin 2018 sa 2023.