Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-ħlas tat-test tal-VRT fl-2012 u kemm jiswa fl-2024?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ħlasijiet tal-VRT huma stabbiliti fit-Tmien Skeda tar-Regolamenti dwar Testijiet biex Jiċċertifikaw li Vetturi bil-Mutur huma Tajba għat-Triq (Leġislazzjoni Sussidjarja 65.15), li fiha hemm ippublikati l-ħlasijiet tal-VRT għall-kategoriji kollha ta’ vetturi bil-mutur. It-tabella segwenti tiġbor fiha l-ħlasijiet tal-VRT li kienu applikabbli fis-sena 2012 u dawk li huma applikabbli fis-sena 2024:
Kategorija tal-Vettura
Dritt Sħiħ
€
Dritt Sħiħ
€
2012
2024
M1:
Vetturi tal-Ġarr ta’ Passiġġieri li ma jġorrux aktar minn tmien persuni minbarra x-xufier
20.27
30.27
N1:
Vetturi tal-Ġarr ta’ Merkanzija li jkollhom l-ogħla massa permessibbli ta’ mhux iżjed minn 3.5 tunnellati
26.32
41.32
M2 u M3:
Vetturi tal-Ġarr ta’ Passiġġieri li jġorru aktar minn tmien persuni minbarra x-xufier
31.10
46.10
N2 u N3:
Vetturi tal-Ġarr ta’ Merkanzija li jkollhom l-ogħla massa permessibbli li tkun iżjed minn 3.5 tunnellati
31.10
46.10
Dawn il-ħlasijiet kienu ġew riveduti għall-ewwel darba wara għoxrin sena fl-2020 permezz tal-Avviż Legali 330 tal-2019, li permezz tiegħu il-ħlasijiet tal-VRT ġew miżjuda b’mod inkrimentali bejn is-sena 2020 u s-sena 2023. Din iż-żieda, li kienet diskussa u maqbula mal-Kamra tal-Intrapriżi Żgħar u Medji (Chamber of SMEs) li jirrappreżentaw lis-settur, kienet tifforma parti minn riforma usa’ tas-settur, li kienet tinkludi b’mod partikolari l-liberalizzazzjoni sħiħa tal-liċenzji biex jitħaddmu stazzjonijiet tal-VRT, li qabel kienu limitati għal 40. Fil-fatt, mis-sena 2020 in-numru ta’ liċenzji m’għadux wieħed fiss u kull applikant li jissodisfa r-rekwiżiti legali u tekniċi preskritti huwa mogħti dik il-liċenzja.
Units tal-akkommodazzjoni soċjali — Bord tal-allokazzjonijiet - Membri
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-bord li jalloka l-units tal-akkomodazzjoni soċjali? Jista’ jgħid ukoll kif jinħatru dawn il-membri u min jaħtarhom?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tkun qiegħda tingħata f’seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġie jiswa l-green space l-ġdid li ġie inawgurat f’Mejju 2024 f’San Ġwann? Tista’ tagħti d-dettalji tal-ispejjeż, is-suppliers u l-proċedura li ntużat biex intgħażlu s-suppliers?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li għall-proġett ta’ Ġnien id-Dakkara f’San Ġwann sar memorandum of understanding bejn Project Green u l-Kunsill Lokali. L-aġenzija allokat €350,000 għal dan il-ġnien waqt li l-proċess tal-akkwist tas-servizzi tmexxa mill-Kunsill Lokali.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn vetturi rreġistrati f’Malta bħalissa maqsuma skont il-kategoriji?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra l-ammont ta’ vetturi liċenzjati sal-aħħar ta’ Ġunju f’Malta maqsum skont il-kategoriji.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm irriżenjaw infermiera minn pajjiżi terzi kull sena mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed isir exit interview għall-infermiera kollha li qed jitilqu mis-settur pubbliku, inklużi infermiera minn pajjiżi terzi? Jekk qed isiru dawn l-exit interviews, jista’ l-Ministru jippreżenta sommarju tar-raġunijiet għalfejn dawn l-infermiera qed jitilqu mis-settur pubbliku?
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-ħin medju ta’ stennija fid-Dipartiment tal-Emerġenza ta’ Mater Dei?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-dipartiment tal-Emerġenza, dawk il-pazjenti li jippreżentaw inmweġgħin gravi, b’mard jew kundizzjonijiet akuti u nstabbli, jiġu ikkurati minnufih minn tim multiprofessjonali. Dan jfisser li ma jkun hemm ebda dewmien għal kura u d-deċiżjoni medika.
Il-każijiet l-oħra kollha jiġu eżaminati, investigati u ikkurati mill-membri tat-tim tal-emerġenza skond il-priorità medika tagħhom. Din tingħata b’għodda professjonali internazzjonali ta’ TRIAGE. Dan il-ħin jiddependi mill-kumplessità tal-kundizzjoni tal-pazjent li xi drabi jkun jeħtieġlu testijiet dettaljati ta’ demm jew ta’ radjoloġija – bħal x-rays jew CT Scan li jkunu parti mill-proċess ta’ dijanjosi u kura akuta li tingħata fid-Departiment tal-Emerġenza stess.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li qed tintuża l-helipad tal-Isptar San Luqa minflok il-helipad tal-Isptar Mater Dei li hi l-iktar viċin tal-isptar?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-helipad tal-Isptar Mater Dei bdiet tintuża.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa li mietu mat-twelid jew ftit wara li welldu mill-2012 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li bejn Jannar tas-sena 2012 u Diċembru tas-sena 2023 ma kien hemm l-ebda omm li mietet mat-twelid jew ftit wara li welldet.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jużaw is-servizz tal-Gender Clinic?
Jista’ jgħid ukoll kemm hemm persuni li huma fil-lista biex jagħmlu l-gender-affirming surgery?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-Gender Clinic rċeviet 505 referral. Sa issa hemm 377 pazjent li kellhom l-ewwel assessjar.
Għar-rigward il-gender-affirming surgery, nitlob lill-Onor. Interpellant biex tispeċfika għal-liema tip ta’ surgery qed tirreferi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm kapijiet eżekuttivi (CEOs) f’Mater Dei mill-2012 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll min kienu dawn il-kapijiet, id-data tal-bidu u t-tmiem tal-kariga u jekk intgħażlux wara sejħa pubblika jew le?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm kapijiet eżekuttivi (CEOs) fl-Isptar Mount Carmel (jew servizz tas-saħħa mentali) mill-2012 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll min kienu dawn il-kapijiet, id-data tal-bidu u t-tmiem tal-kariga u jekk intgħażlux wara sejħa pubblika jew le?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Sptarijiet pubbliċi – Infermiera minn pajjiżi terzi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn infermiera minn pajjiżi terzi li qed jaħdmu fl-isptarijiet pubbliċi, f’numru u persentaġġ (ratio) meta mqabbel ma’ infermiera Maltin jew mill-Unjoni Ewropea?