Ministeru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2024
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu fl-2024?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi fis-sena 2024 ma kien hemm ebda rapport ta’ fastidju sesswali fl-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta’ tal-Ministeru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni.
Ministeru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2024
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali fil-ministeru tiegħu fl-2024?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fis-sena 2024 ma kien hemm ebda rapport ta’ fastidju sesswali fil-Ministeru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni.
Ministeru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2025
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu fl-2025?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fis-sena 2025 ma kien hemm ebda rapport ta’ fastidju sesswali fl-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni.
Ministeru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2025
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali fil-ministeru tiegħu fl-2025?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fis-sena 2025 ma kien hemm ebda rapport ta’ fastidju sesswali fil-Ministeru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni.
Ministeru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Karozzi reġistrati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi rreġistrati mal-ministeru tiegħu u kemm hi l-ispiża annwali biex jinżammu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ karozzi reġistrati mal-Ministeru għall-Ġustizzja, Riċerka u Innovazzjoni huwa ta’ tmienja (8), li jinkludu l-vetturi tas-servizz pubbliku.
Ministeru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Karozzi – Spiza annwali
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi l-ispiża annwali ta’ kull karozza (GM) fil-ministeru tiegħu u jekk dawn huma mixtrija, jista’ jgħid kemm kienu jiswew meta nxtraw?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 6908, li ngħatat fis-seduta tal-15 ta’ Marzu fil-Leġislatura li għaddiet.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’miżuri qegħdin jittieħdu biex jiġi żgurat bilanċ bejn il-ġeneri fil-ħatriet pubbliċi?
Response (ABELA, ROBERT)
L-Amministrazzjoni tassigura li meta jsiru ħatriet pubbliċi dejjem isiru abażi tal-meritokrazija u abilita’ u qatt b’diskriminazzjoni fir-rigward tal-ġeneru. Infatti kull sejħa hija ndikattiva ta’dan u l-Kummissjoni għas-Servizzi Pubbliċi tassigura dan il-prinċipju.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ nisa meta mqabbla ma’ rġiel f’karigi ġudizzjarji, inklużi mħallfin u maġistrati?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi n-numru ta’ Mħallfin, inkluż il-Prim Imħallef, huwa ta’ tletin (30). Minn dawn, sbatax (17) huma nisa u tlettax (13) huma rġiel. In-numru ta’ Maġistrati huwa ta’ tletin (30), bi tmintax (18)-il mara u tnax (12)-il raġel.
Barra minn hekk ta’ min jinnota li ħarġet sejħa għal żewġ (2) maġistrati oħra.
Dan huwa l-aktar darba li qatt kellna ġudikanti u qed inkomplu naraw li nsaħħu l-bank tal-ġudikatura.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kif qed jiġi mmonitorjat il-progress lejn l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fis-settur pubbliku?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li d-Diviżjoni tan-Nies u l-Istandards (People and Standards Division) tfassal il-politiki tar-riżorsi umani u tal-ugwaljanza fl-Amministrazzjoni Pubblika sabiex tiżgura li l-postijiet tax-xogħol jibqgħu inklużivi u ġusti. Fil-fatt id- Diviżjoni ingħatat il-marka tal-Ugwaljanza tal-NCPE. Din tingħata lil organizzazzjonijiet pubbliċi u privati li jqisu l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-inklużjoni bħala valuri fundamentali. Id-Diviżjoni tan-Nies u l-Istandards, li topera taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, tiggwida l-implimentazzjoni tal-valuri tas-Servizz Pubbliku.
Id-Diviżjoni tan-Nies u l-Istandards tiżgura li l-operat tas-settur pubbliku jkun allinjat mal-prinċipji kostituzzjonali ta’ non-diskriminazzjoni, li jkopru s-sess, l-età, ir-razza, ir-reliġjon u d-diżabilità. Tippromwovi l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneru (gender mainstreaming) u standards ta’ ugwaljanza madwar l-entitajiet pubbliċi, flimkien ma’ oqfsa regolatorji bħall-Kodiċi ta’ Ġestjoni tas-Servizz Pubbliku (Public Service Management Code) kif ukoll permezz tal-Equality Policy.
L-Uffiċjali fi ħdan id-Diviżjoni jingħataw taħriġ mill-NCPE.
Tista’ l-Ministru tgħid x’miżuri qegħdin jittieħdu biex jiżdied in-numru ta’ nisa fil-politika apparti l-mekkaniżmu tal-ġeneru?
Response (CUTAJAR, ROSIANNE)
Ninforma lill-Onor Interpellanta illi, wieħed mit-tmien objettivi strateġiċi tal-Istrateġija u l-Pjan ta’ Azzjoni għall-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri u l-Mainstreaming tal-Ġeneru (GEMSAP 2022-2027) huwa li jinħoloq bilanċ bejn il-ġeneru fl-isfera politika u tat-teħid tad-deċiżjonijiet. Kull sena, id-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem jorganizza l-Gender Mainstreaming Conference, fejn nista nisa f’pożizzjonijiet ta’ tmexxija jaqsmu l-esperjenzi tagħhom u jiddiskutu l-ħtieġa ta’ aktar parteċipazzjoni tan-nisa fil-ħajja pubblika.
Min-naħa tagħha, l-NCPE taħdem biex tqajjem kuxjenza dwar ir-rappreżentanza tan-nisa fil-politika, permezz t'artikli fil-gazzetti u fil-mezzi soċjali.
Jista’ l-Ministru jgħid x’fondi ġew allokati biex jinkoraġġixxu l-intraprenditorija fost in-nisa?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-miżuri ta’ appoġġ għal intraprenditorija huma mfassla fuq bażi inklussiva u ma jiddiskriminawx fuq il-bażi tal-ġeneru jew l-orjentazzjoni sesswali. L-iskemi huma miftuħa għal kull intraprenditur eliġibbli, inklużi n-nisa, u jimmiraw li jiffaċilitaw aċċess ugwali għall-opportunitajiet ta’ finanzjament u tkabbir. Il-fondi disponibbli huma suffiċjenti biex jappoġġjaw kull proġett vijabbli, u huma allinjati mal-limiti massimi permessi skont ir-regoli tal-EU State Aid.
Il-Malta Enterprise tagħti appoġġ addizzjonali lill-intrapriżi immexxija min-nisa, permezz tal-iskema Micro Invest, li toffri inċentivi fiskali lil start-ups u SMEs sabiex jinvestu u jespandu l-operat tagħhom.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx differenza medja bejn il-pensjonijiet tan-nisa u tal-irġiel u jekk iva, kemm?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tali informazzjoni tiġi kkalkulata abbażi ta’ diversi fatturi mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika. Mill-aħħar statistika ppubblikata jirriżulta li l-Gender Pension Gap huwa ta’ kważi 37%. Madankollu, wieħed irid joqgħod attent kif jinterpreta din il-figura.
L-ewwelnett, parti sostanzjali minn dan hija l-fatt li fil-passat ħafna nisa kienu jieqfu mix-xogħol malli jiżżewġu, bir-riżultat li llum jew m’għandhomx pensjoni jew għandhom pensjoni baxxa meta mqabbla mal-irġiel. Għal dan il-għan, matul l-aħħar snin il-Gvern introduċa diversi skemi u daħħal diversi emendi fil-liġi tas-Sigurtà Soċjali sabiex jolqot b’mod pożittiv lil dawn it-tip ta’ nisa.
Dawn l-iskemi u l-emendi rnexxew, fejn illum il-ġurnata qegħdin nirreġistraw żieda fin-numru ta’ pensjonanti nisa. Barra minn hekk, fis-sena 2015, iddaħħal għall-ewwel darba mekkaniżmu sabiex dawk il-persuni li jekk ma jgħaqqdux għaxar snin kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali mħallsa, jitħallsu bonus ta’ darba fis-sena skont in-numru ta’ kontribuzzjonijiet imħallsa. Dan il-bonus ġie msaħħaħ permezz ta’ budgets suċċessivi.
Iżda, minħabba li dan il-bonus annwali jkun inkluż fil-kalkolu tad-distakk bejn in-nisa u l-irġiel, dan il-bonus, minkejja kull intenzjoni tajba tiegħu inkluż li jipprovdi dħul għan-nisa, qed ikompli jkabbar id-distakk għaliex ibaxxi l-medja tal-pensjoni tan-nisa, minkejja li mhux pensjoni. Li kieku l-Gvern ma jħallasx dan il-bonus, li jkun ifisser anqas dħul fil-bwiet tan-nisa, ironikament il-gender pension gap ikun ta’ anqas minn 29%.
Huwa għalhekk li wieħed irid joqgħod attent kif jinterpreta l-figura tal-gender pension gap għaliex ma tagħtix l-istampa sħiħa u reali tas-sitwazzjoni, apparti li parti minnu huwa riżultat ta’ fatturi u ċirkostanzi li seħħew saħansitra sa nofs seklu ilu u aktar.
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri qegħdin jittieħdu biex jiġi indirizzat il-faqar fost in-nisa anzjani?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor.Interpellanta li t-tnaqqis tal-faqar fost il-pensjonanti, inklużi l-pensjonanti nisa, qed jiġi indirizzat permezz tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Pensjonijiet 2021–2027, r-Rapport Strateġiku tal-Pensjonijiet 2025 u tal-Istrateġija Nazzjonali għal Aktar Tnaqqis tal-Faqar u l-Inklużjoni Soċjali 2025–2035.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ nisa fis-Servizzi Korrettivi u x’inhu l-perċentwal tagħhom skont il-grad?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi t-total ta’ perċentaġġ ta’ nisa li jservu fis-Servizzi Korrettivi huwa ta’ 17.8%.
Dawn iservu fil-gradi kollha minn Correctional Inspector Class II l-isfel
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ nisa fil-LESA u x’inhu l-perċentwal tagħhom skont il-grad?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi t-total ta’ perċentaġġ ta’ nisa li jservu fil-LESA huwa ta’ 35.8%.
Dawn iservu fil-gradi minn Senior Officer l-isfel.