Legislature:
Category:
Reset
Active:

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – Diretturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kienu d-diretturi tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin mill-2012 ’il quddiem? Jista’ jipprovdi l-ismijiet kif ukoll id-data tal-bidu u t-tmiem tal-kariga tagħhom?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi d-Diretturi tal-Faċilita Korrettiva ta’ Kordin u/jew l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi kienu kif ġej; Abraham Zammit: Direttur – Ġunju 2011- April 2013, Raymond Zammit: Aġent Direttur – April 2013- Aġent Direttur – Ottubru 2013 – Mejju 2015 - Amministratur – Mejju 2015-Novembru 2015, Emanuel Camilleri: Aġent Direttur – Mejju 2013-Ottubru 2013, Paul DeBattista: Direttur – Jannar 2016 – Settembru 2017, Mariella Cassar Camilleri: Amministratur – Settembru 2017- Ġunju 2018, Alexander Dalli: Direttur /Direttur Ġenerali/Uffiċjal Kap Eżekuttiv – Ġunju 2018 -Novembru 2021, Mr Robert Brincau: Uffiċjal Kap Eżekuttiv – Diċembru 2021 – Jannar 2023, Mr Christopher Siegersma: Uffiċjal Kap Eżekuttiv – Jannar 2023 - kurrenti

Airmalta u KM Malta – Kapijiet eżekuttivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-kapijiet eżekuttivi tal-Airmalta jew KM Malta mill-2012 ’il quddiem? Jista’ jipprovdi l-ismijiet kif ukoll id-data tal-bidu u t-tmiem tal-kariga tagħhom?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi rigward l-informazzjoni tal-Airmalta, l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Rigward KM Malta Airlines Ltd., din twaqqfet fl-1 ta’ Novembru 2023 u għandha Chairman Ezekuttiv.

L-Isptar Mount Carmel – Kapijiet eżekuttivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-kapijiet eżekuttivi tal-Isptar Mount Carmel mill-2012 ’il quddiem? Jista’ jipprovdi l-ismijiet kif ukoll id-data tal-bidu u t-tmiem tal-kariga tagħhom?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21495.

L-Isptar Mater Dei – Kapijiet eżekuttivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-kapijiet eżekuttivi tal-Isptar Mater Dei mill-2012 ’il quddiem? Jista’ jipprovdi l-ismijiet kif ukoll id-data tal-bidu u t-tmiem tal-kariga tagħhom?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21494.

L-Isptar Karin Grech – Kapijiet eżekuttivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-kapijiet eżekuttivi tal-Isptar Karin Grech mill-2012 ’il quddiem? Jista’ jipprovdi l-ismijiet kif ukoll id-data tal-bidu u t-tmiem tal-kariga tagħhom?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li fil-preżent hemm is-Sur Stephen Zammit li ilu jokkupa l-kariga ta’ CEO fl-Isptar Karin Grech mill-2014.

Residenza San Vinċenz de Paul – Kapijiet eżekuttivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-kapijiet eżekuttivi tal-Isptar San Vinċenz de Paul mill-2012 ’il quddiem? Jista’ jipprovdi l-ismijiet kif ukoll id-data tal-bidu u t-tmiem tal-kariga tagħhom?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat, li l-kapijiet eżekuttivi tal-Isptar San Vinċenz de Paul kienu dawn: Isem u Kunjom Data tal-bidu Data tat-tmiem Dr Josianne Cutajar Ġunju 2013 4 ta’ Ottubru 2023 Is-Sur Jorgen Souness 5 ta’ Ottubru 2023 Sal-lum

Transport Malta – Kapijiet eżekuttivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-kapijiet eżekuttivi ta’ Transport Malta mill-2012 ’il quddiem? Jista’ jipprovdi l-ismijiet kif ukoll id-data tal-bidu u t-tmiem tal-kariga tagħhom?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tiġi provduta permezz ta’ din it-tabella: 2010 – 2012 Dr Stanley Portelli 2013 – 2018 Is-Sur James Piscopo (Chairman & CEO) 2018 – 2022 Is-Sur Joseph Bugeja (Chairman & CEO) 2022 – 2023 Brigadier Jeffrey Curmi 2023 – 2024 Is-Sur Jonathan Borg 2024 – 2024 Col Dr Mark Mallia 2024 sa llum Is-Sur Kurt Farrugia

Identity Malta u Identità – Kapijiet eżekuttivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-kapijiet eżekuttivi ta’ Identità jew Identity Malta mill-2012 ’il quddiem? Jista’ jipprovdi l-ismijiet kif ukoll id-data tal-bidu u t-tmiem tal-kariga tagħhom?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li mat-twaqqif tagħha l-Aġenzija Identità, fl-2013, li dak iż-żmien kienet magħrufa bħala l-Aġenzija Identità Malta, kienet immexxija minn Chairman Eżekuttiv u mhux minn Uffiċjal Kap Eżekuttiv. Iċ-Chairman Eżekuttiv kien Dr Joe Vella Bonnici, li kien fil-kariga bejn l-1 ta’ Lulju 2013 sal-1 ta’ Diċembru 2017. Infurmat li l-ewwel Uffiċjal Kap Eżekuttiv fl-Aġenzija Identità nħatar fl-2017, u sal-lum inħatru tlieta, kif ġej: Is-Sur Anton Sevasta – 9 ta’ Novembru 2017 – 24 ta’ Jannar 2022, Il-Kurunell Mark Mallia – 25 ta’ Jannar 2022 – 16 ta’ Frar 2024, Is-Sur Steve Agius – 17 ta’ Frar 2024 – għadu fil-kariga.

Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il kampanja ta' edukazzjoni u għarfien saret mill-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC) matul is-snin 2023 u 2024?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li l-Awtorità għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC) għaddejja b’kampanja kontinwa ta’ għarfien u edukazzjoni, mhux biss mal-membri tal-assoċjazzjonijiet liċenzjati mill-ARUC iżda wkoll mal-pubbliku ġenerali. Barra minn hekk, ġew organizzati żewġ kampanji ta’ prevenzjoni li kienu ffinanzjati mill-ARUC fis-snin imsemmija. Dawn il-kampanji kienu immirati mhux biss lejn membri tal-assoċjazzjonijiet iżda wkoll lejn il-pubbliku. F’dan il-perjodu, sar ukoll taħriġ lill-amministraturi tal-assoċjazzjonijiet bħala parti mill-kampanja kontinwa ta’ edukazzjoni dwar l-għanijiet tal-liġi dwar l-użu responsabbli tal-kannabis. L-assoċjazzjonijiet huma obbligati li jipprovdu tagħrif li jiġi stampat fuq il-kontenituri tal-kannabis, bil-għan li titqajjem kuxjenza dwar l-użu responsabbli tal-kannabis fost il-membri. Dawn l-isforzi jkomplu jgħinu biex titqajjem kuxjenza u jitwasslu messaġġi ta’ edukazzjoni għal firxa wiesgħa ta’ individwi, mhux biss dawk affiljati mal-assoċjazzjonijiet liċenzjati.

Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis — nefqa fuq kampanji edukattivi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm intefqu flus fuq kampanji ta' edukazzjoni u għarfien mill-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC) matul l-2023 u l-2024?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat illi l-Awtorità għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis nefqet €748,688.23 fuq kampanji edukattivi matul is-snin 2023 u 2024.

Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’miżuri jew kampanji saru mill-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC) matul l-2023 u l-2024: i. kontra t-teħid tal-Kannabis u/jew id-droga; ii. kontra t-traffikar tad-droga?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li l-Awtorità għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis talloka l-maġġoranza tan-nefqa tagħha għal kampanji ta’ prevenzjoni kontra t-teħid tad-droga u l-ksib tal-kannabis minn sorsi illegali, jiġifieri t-traffikar. F’dawn l-aħħar tliet snin, l-Awtorità nvestiet aktar minn miljun ewro biex setgħu jiġu implimentati programmi bħal T.F.A.L., Teen Outside the Box, S.A.F.E., u programm ġdid intiż għal żgħażagħ li jinqabdu bid-doping. L-Awtorità twettaq ukoll kampanji biex tispjega r-riskji u l-perikli assoċjati mal-ksib tal-kannabis minn sorsi illegali, jiġifieri permezz ta’ traffikar. Dawn jinkludu; Kampanji fuq il-midja soċjali, preżenza permezz ta’ stands f’attivitajiet immirati għaż-żgħażagħ, parteċipazzjoni f’programmi fuq ix-xandir u messaġġi ta’ informazzjoni f’postijiet frekwentati ta’ spiss, bħalma huma xelters fejn il-pubbliku jistenna l-karozza tal-linja. Barra minn hekk, l-Awtorità responsabbli tobbliga lill-Cannabis Harm Reduction Associations biex iwettqu kampanji ta’ edukazzjoni mmirati lejn il-membri tagħhom.

Bridge Holidays

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’qed isir biex il-Bridge Holidays (il-gap li jkun hemm bejn is-sena skolastika u Skolasajf) jiġu indirizzati sabiex il-ġenituri jkollhom fejn iħallu lit-tfal waqt li jkunu qed jaħdmu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi toffri s-servizz tal-Klabb 3-16 b’ħinijiet estiżi mis-7:00 ta’ filgħodu sal-5.30 ta’ filgħaxija f’37 ċentru madwar Malta u Għawdex. L-applikazzjonijiet sabiex il-ġenituri juru x-xewqa tagħhom għal dan is-servizz estiż jiftħu għal ħabta ta’ nofs ix-xahar ta’ Mejju sal-aħħar tal-istess xahar sabiex il-ġenituri jilħqu japplikaw għas-servizz u jagħmlu l-arranġamenti neċessarji. Dan is-servizz estiż tal-Klabb 3-16 jiġi offrut ukoll bejn it-tmiem ta’ Skolasajf u il-ftuħ tas-sena skolastika f’Settembru, kif ukoll fil-vaganzi li jkollhom l-iskejjel matul is-sena skolastika.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – Ġnien Vertikali

Question

Tista' l-Ministru tgħid x’sar minnu l-ġnien vertikali li kien twaħħal mal-ħajt tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin? Tista’ tgħid ukoll kemm kien ġie jiswa dan il-ġnien?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru konċernat.

CDAU – Tlestija tal-Assessment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn tfal li laħqu l-età li jibdew skola kinder, iżda minħabba li għadhom qegħdin jistennew li l-assessment ikun komplut miċ-Child Development and Assessment Unit (CDAU), għadhom fic-Child Care u jkollhom iħallsu?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li d-deċiżjoni jekk it-tfal jibdewx skola jew le mhix deċiżjoni ta’ CDAU. Għalhekk, tali informazzjoni li qed tintagħlab ma tinżamx mis- CDAU. Għaldaqstant, nissuġerixxi li l-Onor. Interpellant tirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

CDAU – Tlestija tal-Assessment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn tfal li laħqu l-età li jibdew skola kinder, iżda minħabba li għadhom qegħdin jistennew li l-assessment ikun komplut miċ-Child Development and Assessment Unit (CDAU), għadhom fiċ-Child Care u jkollhom iħallsu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Applikazzjonijiet għal LSEs pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal jistennew is-servizz ta' LSE? Jista’ jgħid ukoll liema hija l-iktar applikazzjoni antika?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li sa l-aħħar tas-sena 2024, l-iStatementing Board evalwa total ta’ 929 każ.

Assenteiżmu fl-iskejjel statali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm assenteiżmu (truancy) fl-iskejjel tal-Gvern matul is-snin skolastiċi 2021-2022, 2022-2023 u 2023-2024? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni skont l-iskejjel u skont l-età tat-tfal?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Għalliema li rriżenjaw – Exit Interviews

Question

Fid-dawl tan-numru ta' riżenji ta' diversi għalliema, jista' l-Ministru jgħid jekk sarux exit interviews? Jekk le, għaliex u jekk iva, x'kienu r-raġunijiet imsemmija?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-exit interviews huma parti mill-proċedura li jsiru kull darba li jkun hemm riżenji. Matul dawn l-interviews ir-raġuni jkunu varji li jinkludu dawk li jridu jbidlu l-karriera, biex jgħalmu fi skejjel tal-knisja jew indipendenti, u raġunijiet ta’ saħħa.