Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali pubbliċi li bħalissa huma sospiżi minħabba li għaddejjin proċeduri kontrihom fil-Qorti? Jista’ jgħid ukoll fuq liema bażi dawn l-uffiċjali jitħallew jirritornaw għax-xogħol jekk il-proċeduri jkunu għandhom pendenti? X’rikors għandhom disponibbli uffiċjali pubbliċi fid-dawl li l-proċeduri jistgħu jieħdu s-snin? Jista’ jqiegħed dawn il-proċeduri fuq il-Mejda tal-Kamra?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li bħalissa qed jiskontaw sentenzi f’faċilitajiet bħal YOURS, RISE, PIP (Caritas)?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-31 ta’ Diċembru 2024, kien hemm 9 persuni fil-CORRS, 12 fir-RISE, 8 fil-Caritas, 3 is-Sedqa u 3 f’Dar Bla Ħitan li qegħdin jiskontaw sentenza.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm mill-persuni li għandhom ftehim mal-ARMS biex iħallsu kont pendenti għandhom l-ammont pendenti skont il-kategoriji t’hawn taħt:
i. Bejn €1 u €1,000;
ii. Bejn €1,001 u €2,000;
iii. Bejn €2,001 u €5,000;
iv. Bejn €5,001 u €10,000;
v. Bejn €10,001 u €20,000;
vi. Iktar minn €20,000?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Statementing Board – Applikazzjonijiet ta’ tfal – Lista ta’ stennija
Question
Fid-dawl li l-proċess tal-assessment tal-Istatementing Board huwa wieħed kontinwu u rigoruż, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal li għadhom qed jistennew biex isirilhom dan l-assessment? Jista' l-Ministru jgħid ukoll x'inhi d-data tal-iktar referral antika bħalissa?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 22400.
Sptar Mater Dei — Vittmi li resqu għas-servizz tad-DVU
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21217 u jgħid kemm mill-vittmi ta' vjolenza domestika li ġew rappurtati fid-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei, resqu għas-servizz tad-Domestic Violence Unit (DVU) fl-2023 u minn Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li meta vittma tal-Vjolenza Domestika tkun marret id-Dipartiment tal-Emerġenza, il-proċedura stabbilita hija, li minn l-isptar Mater Dei, huma l-professjonisti mediċi li jridu jikkuntattjaw lill-Pulizija biex jinformawhom bil-każ. Dan jinkludi ukoll, jekk il-vittma tkun tixtieq tagħmel Risk assessment.
Sptar Mater Dei — Vittmi li resqu biex jagħmlu risk assessment
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21218 u jgħid kemm mill-vittmi ta' vjolenza domestika li ġew rappurtati fid-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei, resqu biex jagħmlu risk assessment fl-2023 u minn Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li meta vittma tal-Vjolenza Domestika tkun marret id-Dipartiment tal-Emerġenza, il-proċedura stabbilita hija li fl-isptar Mater Dei, huma l-professjonisti mediċi li jridu jikkuntattjaw lill-Pulizija biex jinformawhom bil-każ. Dan jinkludi ukoll jekk il-vittma tkun tixtieq tagħmel Risk Assessment.
Akkomodazzjoni soċjali – Binjiet li m’għandhomx lifts jew stair lifts
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21243 u jgħid kemm hemm blokok tal-akkomodazzjoni soċjali li mhumiex mgħammra b’lifts jew stairlifts u f’liema lokalitajiet jinsabu?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Binjiet tal-akkomodazzjoni soċjali – Applikazzjonijiet pendenti għal stair lifts
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21245 u jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal stairlifts fi blokok tal-akkomodazzjoni soċjali?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta saru l-aħħar kuntatti mal-familjari tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia dwar pjan biex isir mafkar iddedikat lilha?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li m’hemmx diskussjonijiet għaddejjin dwar din l-materja.
Awtorità tal-Ippjanar u MEPA – Kapijiet eżekuttivi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-kapijiet eżekuttivi tal-Awtorità tal-Ippjanar jew MEPA mill-2012 ’il quddiem? Jista’ jipprovdi l-ismijiet kif ukoll id-data tal-bidu u t-tmiem tal-kariga tagħhom?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tabella ta’ hawn taħt.
Isem
Kariga
Data tal-bidu tal-kariga
Data ta' tmiem il-kariga
Ian Stafrace
Chief Executive Officer
21/03/2011
24/04/2013
Johann Buttigieg
Chief Executive Officer
03/06/2013
03/04/2016
Johann Buttigieg
Executive Chairman
04/04/2016
29/11/2019
Martin Saliba
Executive Chairman
02/12/2019
01/12/2022
Oliver Magro
Executive Chairman
02/12/2022
12/01/2025
Johann Buttigieg
Executive Chairman
13/01/2025
Ħatra għadha fis-seħħ
Tista’ l-Ministru tgħid min kienu l-kapijiet eżekuttivi tal-WasteServ mill-2012 ’il quddiem? Jista’ jipprovdi l-ismijiet kif ukoll id-data tal-bidu u t-tmiem tal-kariga tagħhom?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Social Care Standards Authority – Kapijiet eżekuttivi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-kapijiet eżekuttivi tal-Awtorità ta' Standards ta' Ħarsien Soċjali mill-2012 ’il quddiem? Jista’ jipprovdi l-ismijiet kif ukoll id-data tal-bidu u t-tmiem tal-kariga tagħhom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt:
Name & Surname
Commencement date
Termination Date
Matthew Vella
30.05.2018
03.12.2020
Angele Ellul Fenech
05.07.2021
21.06.2022
Lisa Cassar Shaw
04.07.2022
26.07.2023
George Fenech
01.09.2023
01.01.2024
Ruth Rose Sciberras
02.01.2024
Kuntratt ghadu fis-seħħ
Tista' l-Ministru tgħid kemm ġie jiswa l-investiment għall-ewwel Reuse Centre li fetħet il-WasteServ f’Ħal Far? Peress li kellu jkun hemm fond apposta, tista’ tgħid kemm inġabru flus mid-donazzjonijiet jew miżati fuq dawn l-oġġetti u x’sar minn dan il-fond?
Response (DALLI, MIRIAM)
L-investiment għall-ewwel Reuse Centre li fetħet il-WasteServ f’Ħal Far kien ta’ €50,487 u minn dan iċ-ċentru biss inġabru total ta’ €25,322 permezz ta’ donazzjonijiet. Filwaqt li t-total ta’ donazzjonijiet li nġabru mill-erba’ Reuse Centers, biċ-ċentri l-oħrajn jinsabu Ħal Luqa, l-Imrieħel u Għawdex, jammontaw għal aktar minn €94,000.
Bis-saħħa ta’ dawn iċ-ċentri, aktar minn 32,000 oġġett li kien għadhom tajbin reġa’ nstabilhom użu mill-ġdid flok ma spiċċaw fil-miżbla. Id-donazzjonijiet imorru għall-iffinanzjar ta’ progetti ambjentali. Fil-fatt, minn dawn il-fondi, se jkun iffinanzjat proġett iddedikat biex jissalvagwardja n-naħla Maltija f’Wied Fulija.
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ chemotherapy tingħata barra minn Malta u li ma tingħatax f’Malta?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat illi l-kimoterapija u l-immunoterapija li huma meqjusa bħala ‘standard of care’ huma kollha disponibbli għall-kura tal-pazjenti
L-unika trattament li bħalissa mhux disponibbli hu trapjant tal-mudullun. Pazjenti li jinħtieġu dan it-trattament jiġu mibgħuta fi sptar f’Londra.
Educational psychologist assessment — Lista ta’ stennija
Question
Fid-dawl li l-proċess ta' assessment minn educational psychologist għat-tfal tal-iskola huwa wieħed kontinwu u rigoruż, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal li għadhom qed jistennew biex isirilhom dan l-assessment? Jista' jgħid ukoll x'inhi d-data tal-iktar referral antika bħalissa?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li bħalissa qed issir ħidma sabiex jintemm il-proċess tal-assessjar u b'hekk jiġu assessjati 108 student minn educational psychologist.
Jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-kapijiet eżekuttivi ta’ Malta Enterprise mill-2012 ’il quddiem? Jista’ jipprovdi l-ismijiet kif ukoll id-data tal-bidu u t-tmiem tal-kariga tagħhom?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-kapijiet eżekuttivi tal Malta Enterprise minn 2021 kienu kif inhuma elenkati hawn taħt:
Alan Camilleri: 01/02/2009 – 11/05/2012
Sue Vella: 12/05/2012 - 31/07/2013
Mario Vella: 01/08/2013 – 01/07/2016
Mario Galea: 01/08/2016 – 31/07/2019
Kurt Farrugia: 01/08/2019 – 09/08/2024
George Gregory: 09/09/2024 – Kurrenti
Jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-kapijiet eżekuttivi tal-ETC jew Jobsplus mill-2012 ’il quddiem? Jista’ jipprovdi l-ismijiet kif ukoll id-data tal-bidu u t-tmiem tal-kariga tagħhom?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-kapijiet eżekuttivi tal-Awtorità tad-Djar mill-2012 ’il quddiem? Jista’ jipprovdi l-ismijiet kif ukoll id-data tal-bidu u t-tmiem tal-kariga tagħhom?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid min kienu l-kapijiet eżekuttivi tal-Enemalta mill-2012 ’il quddiem? Tista’ tipprovdi l-ismijiet kif ukoll id-data tal-bidu u t-tmiem tal-kariga tagħhom?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.