Strateġija Nazzjonali għas-Saħħa Mentali — Proposti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew implimentati proposti mill-Istrateġija Nazzjonali għas-Saħħa Mentali? Jista’ jgħid ukoll liema huma l-proposti mwettqa u liema għadhom pendenti?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 10849 u 14919 li kienu dwar rati ta’ suwiċidji mill-2013 ’il quddiem, jista’ l-Ministru jispjega d-diskrepanza fiċ-ċifri li ngħataw fl-istess tweġibiet? Jista’ l-Ministru jagħti ċ-ċifri korretti u definittivi?
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 11994 u 12721 li kienu dwar attentati ta’ suwiċidji, jista’ l-Ministru jispjega d-diskrepanza fiċ-ċifri li ngħataw fl-istess tweġibiet? Jista’ l-Ministru jagħti ċ-ċifri korretti u definittivi?
Korp tal-Pulizija — Riżenji ta’ spetturi u membri fi gradi ogħla
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm irriżenjaw spetturi jew membri fi gradi ogħla mill-Korp tal-Pulizija minn Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ uffiċjali fir-rank ta’ Spettur u ogħla li rriżenjaw mill-Korp tal-Pulizija kien ta’ tlieta.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-età medja tal-membri tal-Korp tal-Pulizija u jagħti l-età f’termini ta’ mean, median u mode, u skont il-ġeneru?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni kif mitluba mill-Onor. Membru fil-mistoqsija tagħha tinsab fit-tabella hawn taħt.
Police Officers including recruitsMales & FemalesMalesFemales
Average / Mean36.0736.335.4
Median35.003535
Mode35.002837
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 11994 u 12721 dwar attentati ta’ suwiċidji, jista’ l-Ministru jispjega d-diskrepanza fiċ-ċifri bejn iż-żewġ tweġibiet? Jista’ jgħid x’inhi r-raġuni li ċ-ċifri ma jaqblux u jagħti ċifri definittivi?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi ċ-cifri li jirrigwardaw attentati ta’ suwiċidji kif indikati mill-Pulizija, huma dawk li jitniżżlu fis-sistema elettronika tal-Korp, sussegwentament għar-rapporti li jsiru fuq dawn l-inċidenti, meta jiġi rrapurtat jew il-Pulizija tiġi għal konjizzjoni tal-każ.
Santa Luċija — Gender-based u domestic violence hub tal-Pulizija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni li l-Gender-Based and Domestic Violence Hub tal-Pulizija sar f’Santa Luċija, post li mhux ċentrali u li għalih il-vittmi jkollhom jaqbdu żewġ karozzi tal-linja jekk ma jkunux isuqu? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ trasport jiġi pprovdut lill-vittmi u jekk il-vittmi jkunux infurmati li jistgħu jitwasslu bil-vetturi tal-pulizija? Huwa sigur li l-vittmi ta’ vjolenza jkollhom jistennew tal-linja wara li jlestu mill-assessment?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Il-Gender-Based and Domestic Violence hub li l-Korp tal-Pulizija issa għandu f’Santa Luċija huwa l-ewwel hub tax-xorta tiegħu f'Malta li fetaħ il-bibien tiegħu fis-sena 2024, wara li għall-ewwel darba l-Korp tal-Pulizija ħatar skwadra specjali il-Gender based and domestic violence unit għall-ewwel darba lura fis-sena 2020 sabiex jagħti servizz aħjar u aktar speċjalizzat lil vittmi ta' vjolenza domestika.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif intqal kemm il-darba kemm f'dan il-Parlament u anke fil-media, l-Gender-Based and Domestic Violence hub li l-Korp tal-Pulizija issa għandu f’Santa Luċija mhux se tkun l-uniku waħda.
Fil-fatt, filwaqt li bħalissa apparti dawk ta’ Santa Luċija, hemm timijiet minn din it-taqsima, li ma kinitx teżisti qabel introduċiha l-Korp tal-Pulizija taħt din l-amministrazzjoni, jaħdmu mid-depot tal-pulizija fil-Floriana, fiż-żmien li ġej se tinfetaħ hub oħra fl-Imtarfa.
Dawn huma postijiet f’żoni relattivament kwieti, b’binjiet li sar xogħol fihom biex ikollhom il-faċilitajiet kollha meħtieġa biex ikunu jistgħu jagħtu appoġġ u l-privatezza meħtieġa lill-vittmi tal-vjolenza domestika.
Jien infurmat ukoll li jekk vittma ma jkolliex mezz ta’ trasport din tiġi akkumpanjata lejn il-hub, kif isir ukoll wara l-evalwazzjoni tal-każ, meta u jekk is-severità titlob hekk.
Meta l-vittma tagħżel li tmur ġo xelter, din dejjem tiġi akkumpanjata minn uffiċjali li jservu fl-istess hub. Dan barra li kif inhu rifless b’mod ċar fil-proċeduri standard tal-operat, il-pulizija fid-distrett ukoll huma obbligati jakkumpanjaw u jipprovdu trasport lill-vittmi, għal hubs ta’ vjolenza domestika.
Santa Luċija – Trasport pubbliku li jgħaddi minn quddiem il-Gender-based and Domestic Violence Hub tal-Pulizija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma r-rotot tal-karozzi tal-linja li jgħaddu minn Santa Luċija, eżattament minn quddiem il-Gender-Based and Domestic Violence Hub tal-Pulizija u kemm huma frekwenti dawn ir-rotot? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx servizz tat-trasport pubbliku 24 siegħa kuljum u jekk hemmx night service?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Gender-Based and Domestic Violence Hub tal-Pulizija ġewwa Santa Luċija huwa servut permezz tas-servizz tat-trasport pubbliku:
· Rotta 83 li titlaq mill-Belt Valletta mill-ħamsa ta’ filgħodu bi frekwenza ta’ kull nofs siegħa bl-aħħar servizz minn din il-lokalità li jkun fl-għaxra nieqes ħames minuti ta’ fil-għaxija.
· Rotta 80 li l-ewwel servizz minn Birżebbuġa lejn il-Belt Valletta jkun fis-sitta nieqes għaxra ta’ filgħodu u l-aħħar servizz fid-disgħa ta’ filgħaxija. Din ir-rotta topera bi frekwenza ta’ kull siegħa.
· Rotta 226 li topera bejn il-Gudja u l-Isptar Mater Dei u li isservi wkoll il-lokalità ta’ Santa Luċija. Rotta li topera kull siegħa bejn il-ħamsa u nofs ta’ filgħodu u d-disgħa u nofs ta’ bil-lejl.
Għases tal-pulizija – Każijiet ta’ Vjolenza domestika — Linji gwida
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-linji gwida li l-pulizija fl-għases jużaw fuq każijiet ta’ vjolenza domestika?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2472. Qiegħed nerġa’ npoġġi wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra stqarrija li kienet ġiet ippubblikata mill-Korp tal-Pulizija dwar is-suġġett li tinkludi d-dettalji dwar il-Proċeduri Operattivi Standard li kienu ħarġu.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm persuni bis-servizz maqtugħ u li għandhom l-ammont pendenti mal-ARMS skont il-kategoriji t’hawn taħt:
i. Bejn €1 u €1,000;
ii. Bejn €1,001 u €2,000;
iii. Bejn €2,001 u €5,000;
iv. Bejn €5,001 u €10,000;
v. Bejn €10,001 u €20,000;
vi. Iktar minn €20,000?
Response (DALLI, MIRIAM)
Filwaqt li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra, ninforma lill-Onor. Iterpellanta li s-servizzi jiġu sospiżi meta konsumatur ma jkunx qed jonora l-obbligi tiegħu li jħallas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma.
Qabel ma jiġi sospiż xi servizz, il-kumpanija ARMS tibgħat ittra u anke tagħmel kuntatt mal-konsumatur permezz tat-telefon. F’każ li dan ma jkunx f’pożizzjoni li jissetilja l-pendenzi li jkollu f’daqqa, l-kumpanija toffrilu l-possibbiltà li jiffirma kuntratt biex iħallas l-arretrati b’rati mensili. Kemm-il darba mbagħad jibqa’ ma jħallasx il-kontijiet li jkunu pendenti, l-ARMS ma jkollhiex triq oħra għajr dik li jiġi sospiż is-servizz.
Barra minn hekk, il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal permezz tal-iskema Benefiċċju tal-Enerġija joffri għajnuna fil-ħlas tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma lill-familji bi dħul baxx jew li jkollhom każ soċjali.
Persuna li tikkwalifika għall-Benefiċċju tal-Enerġija awtomatikament jew permezz ta’ Test tal-Mezzi, tkun intitolata għal:
· Ammont li jikkumpensa 30% tal-konsum tal-elettriku qabel l-eko-reduzzjoni, sa massimu ta’ €75 fis-sena għal kull persuna fid-dar; u
· Jekk l-applikant jew il-konjuġi huma d-detentur tal-kont, ikunu intitolati għal sussidju ta’ €65 kull sena fuq il-kera tal-arloġġ tal-elettriku, u sussidju ta’ €59 kull sena fuq il-kera tal-arloġġ tal-ilma.
Barra minn hekk, applikant li għandu aktar minn 60 sena u li jirċievi Benefiċċju tal-Enerġija jingħata wkoll €40 fis-sena għal kull dar bħala Rifużjoni tal-Gass, pagabbli biss ma’ kontijiet attwali. Applikant li jkun taħt is-60 sena u li jirċievi l-Benefiċċju tal-Enerġija, jingħata €30 kull sena għal kull dar bħala Rifużjoni tal-Gass. Kemm il-Benefiċċju tal-Enerġija kif ukoll ir-Rifużjoni tal-Gass jitnaqqsu direttament mill-kont tad-Dawl u l-Ilma.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat għar-Riformi u l-Ugwaljanza - Assoċjazzjonijioet tal-kannabis
Question
Jista' l-Prim Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza jgħid kemm hawn assoċjazzjonijioet tal-kannabis bħalissa u kemm hemm membri f’kull waħda? Jista’ wkoll jagħti l-età (age groups) u l-ġeneru tal-membri?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat għar-Riformi u l-Ugwaljanza - Assoċjazzjonijiet tal-kannabis - Età medja tal-membri
Question
Jista' l-Prim Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza jgħid x’inhi l-età medja tal-membri fi ħdan l-assoċjazzjonijiet tal-kannabis?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba nbidlu l-local plans mill-2013 ’l hawn, u jagħti l-informazzjoni maqsuma għal kull sena, u jgħid ukoll liema kienu dawk il-local plans li nbidlu?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li bħalissa qed jinvestu f’pensjoni privata abbażi tat-tax credits li jingħataw?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għas-sena bażi 2023 kien hemm 26,983 persuna li kienu eliġibbli għal tax credits għax investew fi skema personali tal-irtirar jew skema ta’ pensjoni okkupazzjonali volontarja.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm irriżenjaw kuntistabbli mill-Korp tal-Pulizija minn Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ kuntistabbli li rriżenjaw mill-Korp tal-Pulizija bejn Jannar u Diċembru 2024, kien ta’ erbatax (14).
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li l-Gvern għadu qed jirrifjuta li jikkommemora l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia minkejja li dinjitarji minn pajjiżi oħra jagħmlu dan?
Response (ABELA, ROBERT)
Il-Gvern imexxi minni dejjem wera rispett lejn il-memorja tas-Sinjura Caruana Galizia u lejn l-familja tagħħa, mhux biss fl-anniversrju tal-mewt tagħħa imma tul is-sena kollha.
Attivitajiet pubbliċi, programmi fuq il-midja/midja soċjali — Uffiċjali pubbliċi - Regoli
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhi r-regola għall-uffiċjali pubbliċi biex jieħdu sehem f’attivitajiet pubbliċi, programmi fuq il-midja jew il-midja soċjali? Jista’ jgħid ukoll jekk dawn ir-regoli japplikawx għall-persuni kollha fis-servizz pubbliku jew japplikawx biss għal gradi li huma kkunsidrati bħala politikament sensittivi? Jista’ wkoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar regoli f’dan ir-rigward?
Response (ABELA, ROBERT)
Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.