Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-proċeduri li jirregolaw il-Bord tal-Awtorità tal-Artijiet u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dawn il-proċeduri?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Att 563 tal-liġi ta’ Malta li jirregola l-proċeduri l-Bord tal-Awtorità tal-Artijiet.
Jista l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa’ l-Bord tal-Awtorità tal-Artijiet matul l-2024 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti tal-laqgħat li saru matul is-sena?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ninsab infurmat li matul l-2024 il-l-Bord tal-Awtorità tal-Artijiet iltaqa’ 33 darba. Rigward il-minuti tal-laqgħat, ninforma lill-Onor. Intepellanta li dawn huma ta’ natura kunfidenzjali.
Jista l-Ministru jgħid f’numru u persentaġġ, kemm wettaq proposti mill-programm elettorali dan il-Gvern?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li minbarra l-proposti li jħabbar ta’ kuljum li qed jiġu implimentati, il-Gvern, minn żmien għal żmien, jaġġorna lill-elettorat bix-xogħol imwettaq fl-implimentazzjoni tal-programm elettorali li bih ġie elett. Għall-kuntrarju ta’ amministrazzjonijiet Nazzjonalista, illum il-Gvern jidher quddiem l-elettorat b’wiċċu minn quddiem u jagħtih rendikont ta’ ħidmietu. Aktar minn hekk, fit-tlett leġiżlaturi ta’ Gvern Laburista dejjem kien hemm Ministru li kien politikament responsabbli mill-implimentazzjoni tal-programm elettorali, konferma ta’ kemm il-Gvern huwa kontabbli għal xogħlu u impenjat fl-implimentazzjoni tal-programm elettorali.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kwalifiki tas-social welfare professionals kollha li bħalissa huma impjegati mal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS) u l-kwantità maqsuma skont il-kwalifiki?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub minnha huwa kif jidher fit-tabella t’hawn taħt:
Kwalifika
B.A. Criminology
B.A. Early Childhood Education and Care
B.A. English and Psychology
B.A. in Health and Social Care (Management)
B.A. Maltese & Psychology
B.A. Management with Psychology
B.A. Social Administration
B.A. Social Wellbeing
B.A. Sociology
B.A. (Youth and Community Studies)
B.A. French; MA in Teaching and Learning
B.A. Management with Psychology
B.A. Philosophy and Psychology & Higher Diploma in Psychology
B.A. Sociology and Psychology
B.A. Youth Work
B.Psy (Hons)
B.Psy. & MA Psychology
B.Psy. & MA Forensic Psychology
B.A. Psychology and Social Studies & Higher Diploma in Psychology
Diploma in Health and Social Care Management (Level 7)
Masters in Spirituality
Jista’ l-Ministru jgħid kemm irriżenjaw social workers mill-Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS) fl-2024?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li n-numru ta’ Social Workers li irriżenjaw fi ħdan il-Fondazzjoni ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) matul l-2024 kien ta’ 14, filwaqt li persuna oħra irtirat bl-età.
FSWS — Social Workers jistudjaw biex isiru terapisti/counsellors
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm social workers fil-Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS) li bħalissa qed jistudjaw biex isiru terapisti jew counsellors?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li bħalissa hemm 22 qed jistudjaw biex isiru terapisti jew counsellors.
Persuni taħt it-18-il sena– Kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali (NI) li jitħallsu minn persuni ta’ 16 u 17-il sena jgħoddux għall-pensjoni tagħhom stess? Jekk fin-negattiv, x’inhi r-raġuni u jekk hemmx il-pjan li din il-policy tinbidel?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li skont il-Ħdax-il Skeda, Artiklu 17 (2) tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, kontribuzzjonijiet mħallsa qabel l-età ta’ 18-il sena, ma jgħoddux għall-finijiet ta’ pensjoni.
Inżid ngħid li b’miżura tal-budget 2021, min ma jkunx jikkwalifika għal pensjoni minħabba li ma jkollux aktar minn 10 snin kontribuzzjoniet imħallsin, u jekk bin-numru ta’ kontribuzzjonijiet taħt l-età ta’ 18-il sena, dik il-persuna tikkwalifika għall-pensjoni, allura, f’dan il-każ, tali kontribuzzjonijiet imħallsa jkunu magħduda, biex il-persuna tkun tista’ tikkwalifika għall-pensjoni.
Tajjeb li nirrimarka wkoll, li kontribuzzjonijiet imħallsa taħt it-18-il sena jagħmlu parti mill-kundizzjonijiet tat-test tal-kontribuzzjonijiet imħallsa jew akkreditati għall-benefiċċji short term, bħalma huma l-benefiċċji tal-mard, tal-qgħad u korriment.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jitlesta r-rapport li jsir kull ħames snin dwar is-sostenibbiltà tal-pensjonijiet?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta lir-Rapport ta’ Reviżjoni tal-Grupp tal-Istrateġija tal-Pensjoni ta’ kull 5 snin u li jmiss dis-sena qed jitħejja u dan irid jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra sal-aħħar tal-2025.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux qed jippjana li jgħolli l-età tal-irtirar?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, dan il-Gvern kemm-il darba għamilha ċara li mhux se jgħolli l-età statutorja tal-irtirar iżjed minn 65 sena. Infakkar li l-aħħar Gvern li kien għolla l-età tal-irtirar kien fl-2006 bir-riforma tal-pensjonijiet illi kien għamel u skont kif inhu pprovudt fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, l-età tal-irtirar għoliet minn 60 sena għan-nisa u 61 sena għall-irġiel għal 65 sena għal kulħadd.
Direttorat għall-Ħarsien tal-Minuri – Konsultazzjoni ma’ professjonisti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm sessjonijiet ta’ konsultazzjoni ma’ professjonisti fid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Minuri qabel ma jiġi deċiż jekk każ jiġix riferut lid-Direttortat jew le, mill-bidu tas-sena 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li d-Direttorat għall-Ħarsien tal-Minuri jagħmel medja ta’ 75 konsultazzjoni fix-xahar permezz ta’ rwol ġdid ta’ Konsultazzjoni mwaqqaf fi ħdan id-Direttorat.
Minn dawn medja ta’ 10 każijiet biss ġew riferuti lid-Direttorat.
Apparti minn dawn il-konsultazzjonijiet, il-persuna responsabbli mill-Public Relations and Consultations tattendi madwar 36 laqgħa fis-sena, sabiex jiġu diskussi numru ta’ każijiet bħalma huma MARAM, laqgħat fil-kulleġġi u kif ukoll Tim Multidixxiplinarju li jaħdmu ma’ pregnant users. Isiru wkoll konsultazzjonijiet oħra kif ikun hemm bżonn partikolarment f’ċirkustanzi t’emerġenza u fejn ir-riskju fuq il-minuri jkun imminenti u serju.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-każijiet il-ġodda rriferuti lid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Minuri ngħalqu wara investigazzjoni inizjali?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li, fil-perjodu ta’ bejn Jannar u Ġunju 2024 kien hemm 945 referral lid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Minuri li minnhom 720 kienu każijiet ġodda li qatt ma daħlu qabel.
Minn dawn il-każijiet ġodda, 40 inagħlqu wara l-investigazzjoni inizjali u 82 irrifjutaw is-servizz u allura ġew magħluqa wkoll.
Infakkar li, kif diġa nġibdet l-attenzjoni fi tweġibiet oħra, l-FSWS tippubblika l-istatistika uffiċċjali tagħha darbtejn fis-sena. F’April / Mejju għax-xhur Jannar – Diċembru tas-sena preċedenti u f’ Settembru / Ottubru għax-xhur Jannar – Ġunju tas-sena kurrenti. Għaldaqstant, għall-finijiet ta’ din il-mistoqsija nistgħu nagħtu biss kif kienet il-pożizzjoni sal-aħħar ta’ Ġunju, 2024.
Jista’ l-Ministru jgħid:
i. Kemm hemm residenzi mmexxija mill-Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS)?
ii. Kemm minn dawn ir-residenzi huma għall-minorenni biss?
iii. Kemm minn dawn ir-residenzi jilqgħu fihom adulti?
iv. Kemm minn dawn ir-residenzi jilqgħu fihom familji?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li l-FSWS tmexxi 19-il residenza.
Dawn huma mqassmin kif ġej:
1. 4 residenzi għall-adulti;
2. 2 residenzi għal żgħażagħ (after-care);
3. 3 residenzi għal familji; u
4. 10 residenzi għal minuri.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ordni ta’ ħarsien inħarġet din is-sena u jgħid x’tip ta’ ordni ta’ protezzjoni nħarġet?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li l-FSWS tippubblika l-istatistika uffiċċjali tagħha darbtejn fis-sena. F’April / Mejju għax-xhur Jannar – Diċembru tas-sena preċedenti u f’Settemrbu / Ottubru għax-xhur ta’ Jannar – Ġunju tas-sena kurrenti.
Għaldaqstant, l-informazzjoni mitluba tiġi ppubblikata skont din l-iskeda.
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema unit/dipartiment jaħdmu s-Social Welfare Professionals impjegati mill-Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS) u kemm hemm f’kull unit/dipartiment?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li din is-sena skolastika li għadha kemm bdiet qegħdin jibbenefikaw minn Skema 9? X’inhu l-persentaġġ ta’ dawn l-istudenti meta tqabblu man-numru tal-istudenti kollha?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li għal din is-sena skolastika hemm 2,877 student li jfisser 8.24% tal-istudenti li qed jibbenefikaw minn din l-iskema.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni prinċipali li żdiedu l-każijiet riferuti lid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Minuri?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li minkejja li mal-introduzzjoni tal-“mandatory reporting” kien hemm żieda fir-rapporti, llum jidher illi tul dawn l-aħħar snin in-numru ta’ rapporti dwar tfal li qed jesperjenzaw abbuż kien pjuttost stabbli.
Minkejja dan, jidher biċ-ċar illi l-każijiet qed ikunu aktar kumplessi u ħafna drabi jkun hemm bżonn ta’ riżorsi u interventi speċjaliżżati u multidimensjonali.
Fost ir-rapporti li jirċievi d-Direttorat għall-Ħarsien tal-Minuri qed jiġi nnutattat li qed jiżdiedu r-rapporti fejn hemm:
i. diżgwid relazzjonali bejn il-ġenituri,
ii. sitwazzjonijiet multikulturali li jġibu magħhom sfidi varji u anke
iii. diffikultajiet fir-relazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal, partikolarment meta jaslu fl-età tal-addolexxenza.