Legislature:
Category:
Reset
Active:

Professjoni tal-hypnotherapy

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-professjoni tal-hypnotherapy hijiex regolata f’Malta? Jekk le, jista’ jgħid għaliex le, u xi pjanijiet għandu l-Gvern biex jirregola din il-professjoni li titratta persuni vulnerabbli fi stat ta’ terapija fejn ikunu vulnerabbli ħafna?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-hypnotherapy mhix regolata b’liġi adhoc f’pajjiżna. Madankollu hemm parir tekniku li din għandha tiġi studjata dwar jekk għandhiex tkun regolata taħt il-Psychotherapy Profession Act (Kapitlu 587) fejn diġà hemm referenza għal hypno-psychotherapy.

Kunsill Mediku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Mediku hux qiegħed jiffunzjona? Jekk le, jista’ jgħid kemm ilu ma jiffunzjona? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ilmenti pendenti u x’inhu jagħmel il-Gvern biex dan il-kunsill jibda jiffunzjona?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-Kunsill Mediku qiegħed jiffunzjona u jiltaqa’ regolarment kull ġimagħtejn. Infurmat ukoll li n-numru ta’ lmenti pendenti huwa ta’ 84.

GU Clinic — Stennija għal appuntamenti

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20433, fir-rigward ta’ persuni li qed jużaw is-servizz tal-GU Clinic, fejn ingħad li "Pazjenti oħra jingħataw follow-up appointments skont il-każ, ġeneralment bejn xahar u 6 xhur, dejjem skont il-parir tal-professjonisti.", jista’ l-Ministru jagħti xi eżempju fejn persuna tingħata appuntament sitt xhur wara?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li persuni li jingħataw appuntament għall-testijiet kull sitt xhur huma dawk li jiġu meqjusa li huma ta’ riskju sostanzjali. Il-professjonisti li jaħdmu f’dan il-qasam jikkunsidraw f’din il-kategorija għal testijiet regolari dawk li huma: MSM (men who have sex with men); sex workers; persuni magħrufa li jabbużaw mid-droga; persuni b’diżabilità; persuni li diġà ġew ittestjati pożittivi għal STIs; persuni fuq PrEP u PEP; persuni li diġà għandhom HIV (PLWH) b’riskju għal STIs (sess mingħajr użu ta’ condom ma’ partners differenti); persuni li ġew ittestjati pożittivi għal syphilis indipendenti mill-orjentazzjoni sesswali tagħhom; vittmi ta’ vjolenza, inklużi SGBV u vittmi ta’ traffikar uman; immigranti li ġejjin minn pajjiżi fejn hemm riskju għoli; eċċ.

MCAST — Wellness Hub - Servizz ta' social work

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-servizz tal-Wellness Hub fl-MCAST joffrix servizz ta' social work? Jekk iva, x'inhi r-raġuni li s-servizz tas-social work ma jidhirx fuq il-website tal-Wellness Hub (il-websajt l-aħħar aċċessata fl-4 ta’ Diċembru 2024) u jekk le, għaliex le?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li għaddej il-proċess sabiex jiġu ngaġġati żewġ ħaddiema fil-kariga msemmija.

MCAST — Wellness Hub - Lista ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi l-lista ta’ stennija tas-servizzi msemmija hawn taħt fi ħdan il-Wellness Hub fl-MCAST: a) Therapy; b) Addiction-related issues; ċ) Mental Health Services; d) Educational Psychology; e) Nutrition; f) Sexual Health Clinic; u g) Tobacco Cessation Support?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

MCAST — Wellness Hub - Referrals

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi l-iktar data antika ta' referral jew self-referral li għadhom pendenti għas-servizzi msemmija hawn taħt fi ħdan il-Wellness Hub fl-MCAST: a) Therapy b) Addiction-related issues; ċ) Mental Health Services; d) Educational Psychology; e) Nutrition; f) Sexual Health Clinic; u g) Tobacco Cessation Support?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

MCAST — Wellness Hub

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti fl-2024 li talbu l-għajnuna tal-Wellness Hub (MCAST) u kellhom ħsibijiet ta' suwiċidju? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm professjonisti jaħdmu fil-Wellness Hub - MCAST?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li kien hemm 19-il student li fl-2024 talbu l-għajnuna tal-Wellbeing Hub tal-MCAST. Infurmat ukoll li hemm 12-il professjonist li jaħdmu fil-Wellbeing Hub tal-MCAST.

MCAST — Wellness Hub - Professjonisti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-professjonisti li jaħdmu fil-Wellness Hub fl-MCAST? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm minn kull professjoni u jekk humiex full-time jew part-time?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; · 3 full-time Counsellors · 2 full-time Psychotherapists · 1 full-time Educational Psychologist · 1 part-time Counsellor għall-Gozo Centre · 1 visiting Psychiatrist · 1 visiting Nutritionist · 1 visiting Sexual Health Nurse · 1 visiting Prevention Coordinator · 1 visiting Smoking Cessation Nurse

L-Università ta' Malta — Health and Wellness Centre - Lista ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi l-lista ta’ stennija tas-servizzi msemmija hawn taħt fi ħdan il-Health and Wellness Centre fl-Università ta' Malta: a) Social Work; b) Counselling Services; ċ) Drug-related issues; d) Mental Health Services; e) Nutrition; f) Sexual Health Clinic; g) Tobacco Cessation Support; h) Traditional Chinese medicine; i) Student Solidarity Fund?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-uniku servizz li hemm bi stennija huwa ta’ 18-il student fil-Counselling Services.

L-Università ta' Malta — Health and Wellness Centre - Referrals

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi l-iktar data antika ta' referral jew self-referral li għadhom pendenti għas-servizzi msemmija hawn taħt fi ħdan il-Health and Wellness Centre fl-Università ta' Malta: a) Social Work; b) Counselling Services; ċ) Drug-related issues; d) Mental Health Services; e) Nutrition; f) Sexual Health Clinic; g) Tobacco Cessation Support; u h) Traditional Chinese medicine?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24280, ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-iktar referral antik huwa datat 6 ta’ Frar 2025.

L-Università ta' Malta — Health and Wellness Centre

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-istudenti hux qed ikollhom jistennew ix-xhur qabel jarahom counsellor għall-ewwel darba fil-Health and Wellness Centre fl-Università ta' Malta?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 24281.

L-Università ta' Malta — Health and Wellness Centre - Studenti li talbu l-għajnuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti fl-2024 li talbu l-għajnuna tal-Health and Wellness Centre fl-Università ta' Malta u kellhom ħsibijiet ta' suwiċidju?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fl-2024 kien hemm total ta’ 44 student li talbu għall-għajnuna tal-Health and Wellness Centre fl-Universita ta’ Malta.

L-Università ta' Malta — Health and Wellness Centre - Professjonisti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm professjonisti jaħdmu fil-Health and Wellness Centre fl-Università ta' Malta u liema huma dawn il-professjonisti? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm minn kull professjoni u jekk humiex full-time jew part-time?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; Full Timers: · 2 Social Workers · 2 Psychotherapists · 2 Psychologists Part Timers: · 5 Psychologists · 5 Psychotherapists · 5 Counsellors

MCAST — Wellness Hub

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li użaw is-servizzi tal-Wellness Hub (MCAST) mill-2020, maqsuma għal kull sena, skont il-ġeneru?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-2020 s’issa, t-total ta’ studenti li użaw il-Wellness Hub s’issa hu ta’ 878 student.

Domestic Violence Hub

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-ewwel ħaġa li l-pulizija tad-Domestic Violence Hub tgħid lill-vittma hi li jekk ħa jsir rapport, il-każ ser jispiċċa l-Qorti u jekk l-allegat aggressur jagħmel l-istess allegazzjonijiet, il-pulzija tipproċedi kontriha wkoll?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li kull vittma ta’ vjolenza domestika mhux biss tkun infurmata bid-drittijiet kollha tagħha, iżda fil-hubs li twaqqfu għal dan il-għan illum jsibu mhux biss il-protezzjoni u l-għajnuna ta’ taqsima speċjalizzata tal-Korp tal-Pulizija, iżda wkoll minn professjonisti esterni għall-Korp li jaħdmu fis-settur kif kien diġa’ spjegat fid-dettall għal numru ta’ domandi parlamentari li saru u twieġbu f’din il-Kamra.

Domestic Violence Shelter — Irġiel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk jeżistix domestic violence shelter għall-irġiel? X’arranġamenti hemm biex persuna maskili jkollha xelter sikur f’każ ta’ periklu għalih innifsu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

L-Università ta' Malta — Health and Wellness Centre

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li użaw is-servizz tal-Health and Wellness Centre fl-Università ta' Malta mill-2020, maqsuma għal kull sena u skont il-ġeneru?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li mill-2020 s’issa kien hemm total ta’ 4,165 student li użaw is-servizz tal-Health and Wellness Centre fl-Università ta’ Malta.