Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn tfal li jibbenefikaw minn LSE bħalissa u jaqsam din l-informazzjoni skont l-etajiet, il-ġeneru u l-livelli differenti ta’ għajnuna (bħal 1:1, shared, eċċ.)?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt;
1-1 Full time
Shared Same Class
Shared
1,590
1,509
972
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm każijiet ta’ vjolenza domestika li qed jinstemgħu fil-qrati Maltin bħalissa?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ammont ta’ każijiet ta’ vjolenza domestika li qed jinstemgħu bħalissa huwa dak ta’ elfejn ħames mija sitta u disgħin (2596) quddiem il-Qrati ta’ Malta u ħamsa u ħamsin (55) quddiem il-Qorti ta’ Għawdex.
Strateġija Nazzjonali għas-Saħħa Mentali — Proposti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23073 u jgħid kemm ġew implimentati proposti mill-Istrateġija Nazzjonali għas-Saħħa Mentali? Jista’ jgħid ukoll liema huma l-proposti mwettqa u liema għadhom pendenti?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li fejn tidħol strateġija Nazzjonali tas-Saħħa Mentali, ix-xogħol miexi kif ippjanat. Diġa sar u qed isir ħafna, għax għal dan il-Gvern, is-Saħħa Mentali hi waħda fuq quddiem fil-prioritajiet.
F'Monte Carmeli baqgħu jitnaqqsu n-numru ta' pazjenti. L-enfażi hi, li fejn hu possibbli, l-kura tingħata fil-komunità. Il-ġimgħa l-oħra, tneida l-'Community Outreach Team' ġewwa Għawdex. Wieħed irid ifakkar li f’Novembru li għadda, il-Gvern ta bidu għall-investiment ta’ €4.5 miljun għall-servizzi fil-komunità bis-sehem tal-Kunsilli Lokali. It-target hi li nilħqu 90,000 persuna li għandha bżonn din l-għajnuna u tibqa’ attiva fil-komunità.
Minbarra dan, irid jingħad li żdiedu l-mediċini b’xejn fil-formularju tal-mediċini għall-użu kemm ġewwa kif ukoll barra l-isptar. Ġie żviluppat Crisis Resolution Home Treatment Team biex jagħti servizz ta’ kriżi bikri tul il-gimgħa kollha, anke ġewwa d-djar. Dan minbarra s-servizz telefoniku tal-1579 erbgħa u għoxrin siegħa kuljum biex jingħata sapport u direzzjoni lil min ikollu bżonn.
Billi dan hu Ministeru li jaħseb anke fl-anzjani, ġew imsaħħa s-servizzi psikjatriċi għall-anzjani fil-kommunità.
Biex dawn is-servizzi ikunu tal-ogħa kwalità, ma jonqos it-taħriġ lill-professjonisti. Għalhekk, ġiet żviluppat Recovery Academy biex jiżdied it-taħrig speċifiku għall-professjonisti, inkluż lit-tobba tal-familja, kemm ġewwa l-isptar kif ukoll fil-kommunità. Fl-istess waqt, it-tobba specializzati fil-mediċina tal-familja fis-settur pubbliku u fis-settur privat ingħataw id-drittijiet li jiktbu riċetti mediċi għal numru konsiderevoli ta’ mediċini psikjatriċi li jinġħataw b’xejn fuq l-Iskeda V lil min hu intitolat għal mediċini b’xejn sabiex jiżdied it-trattament f’waqtu.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23083, jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-listi ta’ stennija għall-kirurġija ta’ tfal pazjenti taċ-Children’s Outpatients? Jista’ jagħti wkoll rendikont tal-listi ta’ stennija għal appuntament fiċ-Children’s Outpatients?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-lista ta’ stennija għall-kirurġija ta’ tfal pazjenti hi ta’ 457. Nassigura lill-Onor. Interpellanta li każijiet urġenti jiġu trattati fl-iqsar żmien possibbli.
Infurmat ukoll li l-appuntamenti għaċ-Children’s Outpatients ivarjaw skont il-konsulent u l-urġenza. Hemm konsulent illi ‘first new case appointment’ hu dan ix-xahar stess.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23089 u jgħid meta l-mediċini PEP u PREP ser jibdew jingħataw bla ħlas mill-GU Clinic?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li t-tqassim tal-mediċini PrEP u PEP jibda wara li jsir l-procurement neċessarju. Sadanittant, biex ma jintilifx ħin bla bżonn, bdew meetings mal-ECDC biex jiġi stabbilit programm effettiv.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ vjolenza domestika tul l-2024 u jaqsam din l-informazzjoni skont:
i. il-ġeneru;
ii. l-età (18-35) (36-59) (60-60+); u
iii. l-lokalità/lokalitajiet tal-persuna li għamel/għamlet ir-rapport?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni dwar każi ta’ vjolenza domestika għas-sena 2024, kif mitluba mill-Onor. Membru ġiet miġbura mis-sistema elettronika tal-Pulizija, kienet kif jidher fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ vjolenza domestika kull sena mill-2014 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ rapporti ta’ vjolenza domestika rreġistrati mal-Pulizija, mis-sena 2014 sa l-aħħar ta’ Marzu 2025, kienu kif indikati fit-tabella hawn taħt. L-għan tal-Pulizija u tal-Professjonisti kollha li jaħdmu fil-Gender Based and Domestic Violence Unit fi ħdan il-Korp tal-Pulizija li twaqqaf fis-sena 2020 u Domestic Violence hub f'Santa Luċija li l-pajjiż għandu għall-ewwel darba u fetaħ fis-sena 2024 huwa li jassistu bl-aħjar mod lil dawk li għandhom bżonn l-assistenza u dan huwa ċarament rifless fin-numri akbar ta' rapporti.
Sena
Numru ta’ rapporti
2014
1048
2015
1205
2016
1272
2017
1257
2018
1341
2019
1325
2020
1645
2021
1741
2022
1828
2023
2071
2024
2225
2025*
502
*sal-31/03/2025
Uffiċjali pubbliċi – Policy dwar attivitajiet politiċi
Question
Jista’ l-Prim Ministru jiċċara x’inhi l-policy dwar uffiċjali pubbliċi li jkunu jixtiequ jieħdu sehem f’attività politika; sehem attiv fi strutturi ta’ partiti politiċi jew iridu jieħdu sehem f’dibattiti politiċi anke fuq il-midja? Jista’ jgħid ukoll x’inhuma r-restrizzjonijiet?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22396 u jgħid kemm hi l-lista ta' stennija għas-servizz ta' psikologu fi ħdan iċ-Child Development and Assessment Unit (CDAU)?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-lista ta' stennija għas-servizz ta' psikologu fi ħdan iċ-Child Development and Assessment Unit (CDAU), hi ta’ 351.
Inserraħ ras l-Onor. Interpellant li każijiet urġenti jiġu deċiżi ‘on a case-by-case basis’. Ġeneralment nitrattaw mill-ewwel każijiet soċjali jew umanitarji. Dan jiġi deċiż fl-istadju tar-referral.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22399 u jgħid kemm hawn tfal li laħqu l-età li jibdew skola kinder, iżda minħabba li għadhom qegħdin jistennew li l-assessment ikun komplut miċ-Child Development and Assessment Unit (CDAU), għadhom fiċ-Child Care u jkollhom iħallsu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 22407 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u li issa ġiet riferuta lilu u tgħid x’sar mil-liġi proposta dwar Vulnerable Adult Protection’?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Abbozz ġie ffinalizzat u ser jinħareġ għall-konsultazzjoni pubblika fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22409 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x’sar minnu l-ġnien vertikali li kien twaħħal mal-ħajt tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin? Jista’ jgħid ukoll kemm kien ġie jiswa dan il-ġnien?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li dan il-ġnien ma sarx mill-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22398 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hawn tfal li laħqu l-età li jibdew skola kinder, iżda minħabba li għadhom qegħdin jistennew li l-assessment ikun komplut miċ-Child Development and Assessment Unit (CDAU), għadhom fiċ-Child Care u jkollhom iħallsu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ studenti li għamlu l-eżami tal-'O' Level tar-Reliġjon, matul dawn l-aħħar għaxar snin, maqsuma għal kull sena?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ studenti li għamlu l-eżami tal-'A' Level tar-Reliġjon, matul dawn l-aħħar għaxar snin, maqsuma għal kull sena?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Traffikar ta' Bnedmin — Restituzzjoni u Kumpens lill-vittmi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21055 li saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u l-mistoqsija parlamentari 22349 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u issa ġew riferuti lilu u ċjoè: F’Lulju 2024, waqt it-tnedija tal-istrateġija nazzjonali kontra t-traffikar tal-bnedmin, il-Gvern ħabbar li “fl-aħħar ħames snin, ġew identifikati mal-50 vittma ta’ traffikar uman f’pajjiżna”. Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn il-vittmi ngħataw restituzzjoni u kumpens mill-Gvern? Jista’ jgħid ukoll x’kien l-ammont tar-restituzzjoni u kemm kien il-kumpens f’kull każ?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tagħmel din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Strateġija Nazzjonali kontra t-Traffikar tal-Bnedmin 2024-2030
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22254 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol, u l-mistoqsija parlamentari 21050 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u li issa ġew riferuta lilu u ċjoè: Fid-dawl li f’Lulju 2024, il-Gvern ħabbar strateġija nazzjonali kontra t-traffikar tal-bnedmin 2024-2030, kofinanzjata minn fondi Ewropej, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm flus allokati għal din l-istrateġija, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kif se jintefqu l-flus skont il-ħames prioritajiet li hija mibnija fuqhom din l-istrateġija?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li kif indikat fid-dokument tal-Istrateġija u l-Pjan ta’ Azzjoni, il-Ministeri mmarkati bħala ‘Lead’ huma responsabbli għall-implimentazzjoni tal-miżuri rispettivi kif elenkati b’mod ċar fil-pjan ta’ azzjoni. Il pjan ta’ azzjoni jservi bħala mezz sabiex id-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem jkun jista’ jsegwi l-progress tal-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija, kif ukoll jiżgura li r-riżultati mistennija jiġu milħuqa.
Id-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem, li qed jikkordina din il-ħidma, għamel użu ta’ fondi Ewropej għat-tfassil tal-istrateġija u l-implimentazzjoni inizjali tal-Pjan ta’ Azzjoni, liema baġit kien jammonta għal €400,000. Il-baġit għas-sena 2024 kien ta’ €170,000, filwaqt li għal 2025 huwa ta’ €210,000. Id-Direttorat, flimkien ma’ msieħba oħra, qed jaħdmu sabiex jintużaw ukoll fondi Ewropej kif hemm indikat fil-Pjan ta’ Azzjoni.