Legislature:
Category:
Reset
Active:

San Ġwann — Permessi pendenti għall-iżvilupp

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm permessi pendenti għall-iżvilupp f’San Ġwann?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fil-5 ta’ Mejju 2025, l-Awtorità tal-Ippjanar kellha quddiema 100 applikazzjoni għal żvilupp pendenti fil-lokalità ta’ San Ġwann. L-istess figuri jinkludu l-permessi għal kull tip ta’ applikazzjoni, sew għal-binjiet ġodda kif ukoll applikazzjonijiet għal tibdil jew tnaqqis jew żidiet għal binjiet eżistenti jew bdil fl-użu ta’ strutturi eżistenti; u jinkludu applikazzjonijiet għal permessi sħaħ ( Full ), permessi dwar il-mertu ( Outline ), li permezz tagħhom ma jista’ jsir ebda żvilupp, kif ukoll permessi għal tiġdid ( Renewal ).

San Ġiljan — Permessi għall-iżvilupp

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġu permessi għall-iżvilupp f’San Ġiljan mill-2013 sal-2024, maqsuma sena b’sena?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nitlob lill-Onor. Intepellenta biex tirreferi għat-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn il-figuri ma jinkludux dawk il-permessi li, wara li nħarġu, ġew revokati mill-Awtorità tal-Ippjanar jew mit-Tribunal ta’ Reviżjoni dwar Ambjent u Ippjanar, jew mill-Qorti; ċedut mill-applikant; jew fejn l-applikant ma ssottomettiex dak mitlub fid-deċiżjoni, l-applikazzjoni wara ġiet miċħuda(dismissed) mill-Awtorità tal-Ippjanar. L-istess figuri jinkludu l-permessi għal kull tip ta’ applikazzjoni, sew għal-binjiet ġodda kif ukoll applikazzjonijiet għal tibdil jew tnaqqis jew żidiet għal binjiet eżistenti jew bdil fl-użu ta’ strutturi eżistenti; u jinkludu applikazzjonijiet għal permessi sħaħ ( Full ), permessi dwar il-mertu ( Outline ), li permezz tagħhom ma jista’ jsir ebda żvilupp, kif ukoll permessi għal tiġdid ( Renewal ).

Il-Gżira — Permessi għall-iżvilupp

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġu permessi għall-iżvilupp fil-Gżira mill-2013 sal-2024, maqsuma sena b’sena?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn il- figuri ma jinkludux dawk il-permessi li, wara li nħarġu, ġew revokati mill-Awtorità tal-Ippjanar jew mit-Tribunal ta’ Reviżjoni dwar Ambjent u Ippjanar, jew mill-Qorti; ċedut mill-applikant; jew fejn l-applikant ma ssottomettiex dak mitlub fid-deċiżjoni, l-applikazzjoni wara ġiet miċħuda(dismissed) mill-Awtorità tal-Ippjanar. L-istess figuri jinkludu l-permessi għal kull tip ta’ applikazzjoni, sew għal-binjiet ġodda kif ukoll applikazzjonijiet għal tibdil jew tnaqqis jew żidiet għal binjiet eżistenti jew bdil fl-użu ta’ strutturi eżistenti; u jinkludu applikazzjonijiet għal permessi sħaħ ( Full ), permessi dwar il-mertu ( Outline ), li permezz tagħhom ma jista’ jsir ebda żvilupp, kif ukoll permessi għal tiġdid ( Renewal ).

L-Imsida — Permessi għall-iżvilupp

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġu permessi għall-iżvilupp fl-Imsida mill-2013 sal-2024, maqsuma sena b’sena?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn il- figuri ma jinkludux dawk il-permessi li, wara li nħarġu, ġew revokati mill-Awtorità tal-Ippjanar jew mit-Tribunal ta’ Reviżjoni dwar Ambjent u Ippjanar, jew mill-Qorti; ċedut mill-applikant; jew fejn l-applikant ma ssottomettiex dak mitlub fid-deċiżjoni, l-applikazzjoni wara ġiet miċħuda(dismissed) mill-Awtorità tal-Ippjanar. L-istess figuri jinkludu l-permessi għal kull tip ta’ applikazzjoni, sew għal-binjiet ġodda kif ukoll applikazzjonijiet għal tibdil jew tnaqqis jew żidiet għal binjiet eżistenti jew bdil fl-użu ta’ strutturi eżistenti; u jinkludu applikazzjonijiet għal permessi sħaħ ( Full ), permessi dwar il-mertu ( Outline ), li permezz tagħhom ma jista’ jsir ebda żvilupp, kif ukoll permessi għal tiġdid ( Renewal ).

San Ġwann — Permessi għall-iżvilupp

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġu permessi għall-iżvilupp f’San Ġwann mill-2013 sal-2024, maqsuma sena b’sena?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn il- figuri ma jinkludux dawk il-permessi li, wara li nħarġu, ġew revokati mill-Awtorità tal-Ippjanar jew mit-Tribunal ta’ Reviżjoni dwar Ambjent u Ippjanar, jew mill-Qorti; ċedut mill-applikant; jew fejn l-applikant ma ssottomettiex dak mitlub fid-deċiżjoni, l-applikazzjoni wara ġiet miċħuda (dismissed) mill-Awtorità tal-Ippjanar. L-istess figuri jinkludu l-permessi għal kull tip ta’ applikazzjoni, sew għal-binjiet ġodda kif ukoll applikazzjonijiet għal tibdil jew tnaqqis jew żidiet għal binjiet eżistenti jew bdil fl-użu ta’ strutturi eżistenti; u jinkludu applikazzjonijiet għal permessi sħaħ ( Full ), permessi dwar il-mertu ( Outline ), li permezz tagħhom ma jista’ jsir ebda żvilupp, kif ukoll permessi għal tiġdid ( Renewal ).

Tas-Sliema — Permessi pendenti għall-iżvilupp

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm permessi pendenti għall-iżvilupp f’Tas-Sliema?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fil-5 ta’ Mejju 2025, l-Awtorità tal-Ippjanar kellha quddiema 174 applikazzjoni għal żvilupp pendenti fil-lokalità ta’ Tas-Sliema. L-istess figuri jinkludu l-permessi għal kull tip ta’ applikazzjoni, sew għal-binjiet ġodda kif ukoll applikazzjonijiet għal tibdil jew tnaqqis jew żidiet għal binjiet eżistenti jew bdil fl-użu ta’ strutturi eżistenti; u jinkludu applikazzjonijiet għal permessi sħaħ ( Full ), permessi dwar il-mertu ( Outline ), li permezz tagħhom ma jista’ jsir ebda żvilupp, kif ukoll permessi għal tiġdid ( Renewal ).

San Ġiljan — Permessi pendenti għall-iżvilupp

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm permessi pendenti għall-iżvilupp f’San Ġiljan?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fil-5 ta’ Mejju 2025, l-Awtorità tal-Ippjanar kellha quddiema 165 applikazzjoni għal żvilupp pendenti fil-lokalità ta’ San Ġiljan. L-istess figuri jinkludu l-permessi għal kull tip ta’ applikazzjoni, sew għal-binjiet ġodda kif ukoll applikazzjonijiet għal tibdil jew tnaqqis jew żidiet għal binjiet eżistenti jew bdil fl-użu ta’ strutturi eżistenti; u jinkludu applikazzjonijiet għal permessi sħaħ (Full), permessi dwar il-mertu (Outline), li permezz tagħhom ma jista’ jsir ebda żvilupp, kif ukoll permessi għal tiġdid (Renewal).

Tas-Sliema — Permessi għall-iżvilupp

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġu permessi għall-iżvilupp f’Tas-Sliema mill-2013 sal-2024, maqsuma sena b’sena?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn il-figuri ma jinkludux dawk il-permessi li, wara li nħarġu, ġew revokati mill-Awtorità tal-Ippjanar jew mit-Tribunal ta’ Reviżjoni dwar Ambjent u Ippjanar, jew mill-Qorti; ċedut mill-applikant; jew, fejn l-applikant ma ssottomettiex dak mitlub fid-deċiżjoni, l-applikazzjoni wara ġiet miċħuda(dismissed) mill-Awtorità tal-Ippjanar. L-istess figuri jinkludu l-permessi għal kull tip ta’ applikazzjoni, sew għal-binjiet ġodda kif ukoll applikazzjonijiet għal tibdil jew tnaqqis jew żidiet għal binjiet eżistenti jew bdil fl-użu ta’ strutturi eżistenti; u jinkludu applikazzjonijiet għal permessi sħaħ (Full), permissi dwar il-mertu (Outline), li permezz tagħhom ma jista’ jsir ebda żvilupp, kif ukoll permessi għal tiġdid (Renewal).

ARUC — Harm reduction - Taħriġ lill-impjegati

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’tip ta’ taħriġ fuq harm reduction, jew ċertifikat maħruġ mill- Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC), jingħata lill-impjegati li jaħdmu mal-istess Awtorità?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-ħaddiema tal-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC) jingħataw taħriġ kontinwu rigward harm reduction waqt il-ħidma tagħhom. Barra minn hekk, l-ogħla uffiċjali jwettqu wkoll riċerka dwar dan il-qasam sabiex jibqgħu aġġornati dwar l-aħħar żviluppi.

ARUC — Taħriġ għall-ħaddiema - Nefqa

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti rendikont ta’ kemm kienet in-nefqa fuq taħriġ għall-ħaddiema li jaħdmu mal-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC) fl-2022, fl-2023 u fl-2024 rispettivament?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-ħaddiema konsistentament jingħataw taħriġ intern kif ukoll jiġu aġġornati bl-aħħar żviluppi sabiex dejjem aktar jtejbu l-għarfien tagħhom fis-settur. B'żieda ma' dan, bħala parti mix-xogħol tagħhom, tliet ħaddiema tal-Awtorità jirċievu Continuous Professional Development allowance sabiex ikunu jistgħu jagħmlu riċerka fil-qasam. In oltre, l-ħaddiema tal-Awtorità jipparteċipaw b’mod dirett u attiv f’kull sessjoni ta’ taħriġ u informazzjoni li tingħata mill-Awtorità lill-Assoċjazzjonijiet liċenzjati mill-istess Awtorità.

ARUC — Taħriġ ippjanat għall-impjegati

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’tip ta’ taħriġ hemm ippjanat għall-impjegati tal-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC) matul is-sena 2025?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-ħaddiema tal-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis jingħataw taħriġ kontinwu waqt il-ħidma tagħhom. Oltre dan, il-ħaddiema huma obbligati jiddedikaw numru ta’ sigħat għal riċerka sabiex itejbu l-għarfien tagħhom dwar il-qasam u jżommu ruħhom aġġornati mal-aħħar żviluppi.

ARUC — Assoċjazzjonijiet li wettqu reati

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hawn assoċjazzjonijiet li jikkultivaw il-kannabis irreġistrati mal-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC) li wettqu reati skont t-tieni Skeda ta’ Leġiżlazzjoni Sussidjarja 628.01 fl-2023 u fl-2024, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll x’kienu r-reati?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi s’issa ma ġie nnutat l-ebda nuqqas serju li jimmerita proċeduri legali skond kif indikat fl-Avviż Legali.