Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptar Mount Carmel — Persuni bi problema ta’ sustanzi jew homeless

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11029 datata 31/10/2023, jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li huma homeless bi problema attiva ta’ sustanzi u li mhumiex lesti li jagħmlu xi tip ta’ programm ta’ riabilitazzjoni, u li ma jimmeritawx ammissjoni volontarja jew involontarja fl-Isptar Mount Carmel?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Ħaddiema b’iktar minn impjieg wieħed part-time — Kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-politika jew il-prassi dwar il-ħlasijiet tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali (National Insurance) għal dawk il-persuni li ma jaħdmux full-time imma għandhom iktar minn impjieg wieħed part-time u fil-fatt ikunu qed jaħdmu 40 siegħa fil-ġimgħa jew viċin? Jista’ jgħid ukoll x’alternattivi għandhom dawn il-persuni biex ma jispiċċawx b’pensjoni baxxa meta jirtiraw?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fost diversi miżuri li ġew imnedija fl-aħħar snin, sabiex ikomplu jissaħħu il-pensjonijiet kontributorji, permezz ta’ miżura tal-Budget 2022, iddaħħal qafas leġiżlattiv fejn persuna li ma jkollhiex impjieg full-time, ingħatat id-dritt li tħallas il-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali fuq l-impjiegi part-time, li jkollha sa massimu ta’ 40 siegħa xogħol fil-ġimgħa sabiex ma ssofrix tnaqqis fid-dritt għall-pensjoni kontributorja futura tagħha.

Kura tas-saħħa bla ħlas — Persuni minn pajjiżi terzi - Kontijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni minn pajjiżi terzi li għandhom kontijiet pendenti relatati mas-servizzi tas-saħħa, li huma dwar servizzi li ngħataw mill-Isptar Mater Dei, mis-SAMOC jew mill-Isptar Mount Carmel u jaqsam din l-istatistika skont l-isptarijiet imsemmija?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għar-rigward tal-Isptar Mater Dei u SAMOC jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27318. Għar-rigward tal-Isptar Monte Carmeli ninsab infurmat li hemm 30 kont pendenti.

Persuni minn pajjiżi terzi — Kura tas-saħħa ma’ assikurazzjoni privata

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’jiġri jekk persuna minn pajjiż terz irċeviet jew qed tirċievi kura tas-saħħa ma’ assikurazzjoni privata, u m’għandhiex mezzi biex tħallas għall-kura li qed tirċievi jew irċeviet?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li fl-ebda ħin l-Isptar Mater Dei ma jinnega trattament li huwa meqjus ta' emerġenza lil kwalunkwe pazjent. It-trattament jingħata sħiħ sakemm il-pazjent ikun meqjus medikament imfejjaq. Wara, jiġi rriservat id-dritt li l-ħlas tas-servizz jinġabar, għalkemm dan isir wara li tittieħed inkonsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi partikolari ta’ kull każ.

Persuni minn pajjiżi terzi — Kura tas-saħħa speċjalizzata barra minn Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’jiġri f’ċirkustanzi fejn persuni li ġejjin minn pajjiżi terzi li mhumiex koperti b’assikurazzjoni tas-saħħa u li m’humiex intitolati għal kura tas-saħħa bla ħlas, ikollhom bżonn kura speċjalizzata barra minn Malta?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat illi persuni li ġejjin minn pajjiżi terzi u li jgħixu legalment f’Malta huma intitolati għal kura tas-saħħa bla ħlas, kif wkoll għal kura speċjalizzata barra minn Malta.

Persuni minn pajjiżi terzi — Kura tas-saħħa speċjalizzata barra minn Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti minn pajjiżi terzi li kellhom bżonn kura speċjalizzata barra minn xtutna u li mhumiex koperti b’assikurazzjoni tas-saħħa u ma kenux intitolati għall-kura bla ħlas?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li sal-lum ma kellniex pazjenti minn pajjiżi terzi li kellhom bżonn kura speċjalizzata barra minn xtutna u ma kienux intitolati għal kura bla ħlas.

Persuni minn pajjiżi terzi — Kura tas-saħħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm ċirkustanzi fejn persuni li ġejjin minn pajjiżi terzi li mhumiex koperti b’assikurazzjoni tas-saħħa u li mhumiex intitolati għal kura tas-saħħa b’xejn, ingħataw inqas kura, kura inferjuri jew saħansitra ma ngħatawx il-kura meħtieġa?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27322.

Settur tas-Saħħa — Ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema rġiel, nisa jew ta’ ġeneru ieħor li qed jaħdmu fis-servizz tas-saħħa pubblika f’Malta u f’Għawdex?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li hemm 5971 mara u 3838 raġel li qed jaħdmu fis-servizz tas-saħħa pubblika f’Malta u f’Għawdex.

AFM — Għajnuna lill-Ukrajna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri tal-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) li taw is-sehem tagħhom b’mod dirett jew indirett lill-Ukrajna minn mindu bdiet l-invażjoni tar-Russja fi Frar tal-2022?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26701.

Persuni stateless — Konvenzjoni tal-1954

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid għal liema raġuni Malta rratifikat il-konvenzjoni tal-1954 relatata mal-istatus ta’ persuni stateless fil-11 ta’ Diċembru tal-2019, iżda għadha ma ffirmatx il-konvenzjoni tal-1961 dwar it-tnaqqis tal-istatelessness?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Gaza — Għajnuna umanitarja lill-poplu Palestinjan

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid x’għajnuna umanitarja tat jew qed tagħti Malta lill-poplu Palestinjan, speċjalment fil-medda ta’ Gaza?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif spjegajt fil-mistoqsijiet parlamentari 22858 u 24730, il-Gvern Malti – inkluż il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu – qed ikompli joffri għajnuna umanitarja konkreta għall-benefiċċju tal-poplu Palestinjan. Din tinkludi: • Fil-ġimgħat riċenti, Malta kompliet b’inizjattiva umanitarja ta’ evakwazzjoni ta’ tfal Palestinjani li qed ibatu minn mard serju, flimkien mal-ġenituri tagħhom, miż-żona ta’ Gaza. Sa issa, erbat itfal ġew evakwati u miġjuba Malta fejn qed jirċievu kura medika urġenti. • Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu approva donazzjoni ta’ €70,000 biex tindirizza l-ħtiġijiet urġenti fil-Palestina. Din l-għajnuna ser tingħata lil organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Maqgħuda li qed taħdem direttament f’Gaza, b’enfasi fuq is-sitwazzjoni umanitarja tal-popolazzjoni ċivili. • Il-Ministeru qed jippjana wkoll li jalloka fondi addizzjonali fil-ġimgħat li ġejjin biex isaħħaħ l-appoġġ lill-poplu Palestinjan. L-għajnuna se tiffoka fuq il-ħtiġijiet l-aktar essenzjali, inklużi l-appoġġ kontinwu lill-Aġenzija tan-Nazzjonijiet Maqgħuda għall-Għajnuna u x-Xogħol għall-Palestinjani (UNRWA), u organizzazzjonijiet oħra li jipprovdu ikel u kura tas-saħħa. • Malta ser tkompli tgħin ukoll fil-qasam edukattiv. Għas-sena akkademika 2025/2026, il-Ministeru se jiffinanzja żewġ boroż ta’ studju fil-livell ta’ Masters fl-Università ta’ Malta għal studenti Palestinjani, kif ukoll boroż għal diplomatiċi Palestinjani biex jistudjaw fl-Akkademja Mediterranja tal-Istudji Diplomatiċi (MEDAC). Fl-aħħar nett, nixtieq nerġa’ ntenni l-impenn sod tal-Gvern Malti favur il-kawża tal-paċi f’Gaża. Malta tkompli taħdem mill-qrib ma’ sħab internazzjonali biex tħeġġeġ għall-waqfien mill-ġlied bejn Iżrael u l-Hamas, filwaqt li tħares lejn il-ħtieġa urġenti li tiżdied b’mod sostanzjali l-għajnuna umanitarja li tkun tista’ tidħol mingħajr xkiel f’ Gaza, sabiex jiġu indirizzati l-bżonnijiet kruċjali tal-popolazzjoni ċivili.

Kura tas-saħħa bla ħlas — Persuni minn pajjiżi terzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta persuni minn pajjiżi terzi jkunu intitolati għall-kura tas-saħħa bla ħlas? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm persuni minn pajjiżi terzi li għandhom kontijiet pendenti relatati mas-servizzi tas-saħħa?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li persuni minn pajjiżi terzi jkunu intitolati għall-kura tas-saħħa bla ħlas wara l-ewwel sena ħlas ta' kontribuzzjonijiet. Infurmat li bejn Jannar 2025 u Mejju 2025, l-ammont ta' 958 persuna wżaw is-servizz tal-Isptar Mater Dei u għadhom ma ħallsux l-ammont dovut fl-intier tiegħu.

Kura tas-saħħa bla ħlas — Persuni minn pajjiżi terzi - Kontijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni minn pajjiżi terzi li għandhom kontijiet pendenti relatati mas-servizzi tas-saħħa, li mhumiex koperti minn assikurazzjoni tas-saħħa privata u mhux intitolati għall-kura bla ħlas f’Malta?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27320.

Kura tas-saħħa bla ħlas — Persuni minn pajjiżi terzi - Kontijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni minn pajjiżi terzi li għandhom kontijiet pendenti relatati mas-servizzi tas-saħħa, li mhumiex koperti b’assikurazzjoni tas-saħħa privata, mhumiex intitolati għas-saħħa bla ħlas u li għandhom kontijiet li jaqgħu fil-kategoriji ta’ bejn: i. €1 - €1,000; ii. €1,001 - €5,000; iii. €5,001 - €10,000; u iv. €10,001 + ?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li 796 persuna għandhom jagħtu sa elf ewro; 125 persuna bejn €1,001 u ħamest elef ewro; 23 persuna bejn €5,001 u għaxart elef ewro; u 14 persuna li għandhom iħallsu aktar minn għaxart elef ewro.

Persuni bla stat — Statelessness determination procedure

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu jagħmel il-Gvern biex iwaqqaf il-proċedura (statelessness determination procedure) fejn jiġu identifikati u rreġistrati persuni bla stat (stateless)?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li bħalissa qed isiru diskussjonijiet ta’ konsultazzjoni, inkluż mal-United Nations High Commissioner for Refugees (UNHCR), sabiex jiġi stabbilit mekkaniżmu għall-identifikazzjoni ta’ persuni mingħajr stat (statelessness determination mechanism).

AFM — Programmi ta’ finanzi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-programmi ta’ finanzi tal-Unjoni Ewropea li ġew allokati lill-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) mill-2013 sas-sena 2024, maqsuma sena b’sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27310.

AFM — Programmi ta’ finanzi tal-Unjoni Ewropea - Fondi allokati

Question

Jista’ l-Ministru jagħti figuri u persentaġġi ta’ kif kienu allokati l-fondi ta’ programmi ta’ finanzi tal-Unjoni Ewropea lill-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) mill-2013 sas-sena 2024, skont kif ġej: • Taħriġ; • armi/armamenti; • vetturi tal-art; • vetturi tal-baħar; u • vetturi tal-ajru?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27310.

AFM — Missjonijiet barra minn Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri tal-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) li taw kontribut f’missjonijiet barra minn Malta fl-2024, f’liema pajjiżi u taħt liema programmi kienu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li matul l-2024, 53 membru tal-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) taw il-kontribut tagħhom f’missjonijiet barra minn Malta, kif dettaljat fit-tabella hawn taħt. Deployment NameLocationNumber of AFM personnel EUEUNAVFOR OP ATALANTASpainX1 EUStaff Duties at CEUMCBrusselsX1 EUEUMAM Ukraine OP INTERFLEX, United KingdomUKX1 AFMMilitary Representative for EU and NATOBrusselsX1 EULiaison Officer MPCCBrusselsX1 AFMDeputy MILREP BrusselsX1 EUOHQ ASPIDES (Director)GreeceX1 EUOHQ ASPIDES (SNCO)GreeceX1 United NationsUNIFILLebanonX9 EUSeconded Malta National Expert (SMNE) Action Officer to the EUMSBrusselsX1 OSCEOSCE - head of Politico Military UnitViennaX1 AFMOp HYDRALibyaX 9 FRONTEXFRONTEX JO GREECE (Sea)GreeceX 10 FRONTEXFRONTEX JO GREECE (Land)GreeceX 6 FRONTEXFRONTEX JO BULGARIABulgariaX 6 FRONTEXFRONTEX Situational Centre (FSC) PolandX 3

AFM — Missjonijiet barra minn Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) li bħalissa qed jagħtu kontribut f’missjonijiet barra minn Malta, f’liema pajjiżi u taħt liema programmi huma?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li bħalissa, 55 membru tal-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) qed jagħtu l-kontribut tagħhom f’missjonijiet barra minn Malta, kif dettaljat fit-tabella hawn taħt. Deployment NameLocationNumber of AFM personnel EUEUNAVFOR OP ATALANTASpainX1 EUStaff Duties at CEUMCBrusselsX1 EUEUMAM Ukraine OP INTERFLEX, United KingdomUKX1 EUEUBAM LibyaLibyaX1 AFMMilitary Representative for EU and NATOBrusselsX1 EULiaison Officer MPCCBrusselsX1 EURecognised Maritime Picture Collator 5 – OPERATION EUNAVFORMED IRINIRomeX1 AFMDeputy MILREP BrusselsX1 EUOHQ ASPIDES (Director)GreeceX1 EUOHQ ASPIDES (SNCO)GreeceX1 United NationsUNIFILLebanonX9 EUSeconded Malta National Expert (SMNE) Action Officer to the EUMSBrusselsX1 OSCEOSCE -head of Politico Military UnitViennaX1 AFMOp HYDRALibyaX 9 FRONTEXFRONTEX JO GREECE (Sea)GreeceX 10 FRONTEXFRONTEX JO GREECE (Land)GreeceX 6 FRONTEXFRONTEX JO BULGARIABulgariaX 6 FRONTEXFRONTEX Situational Centre (FSC) PolandX 3