Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22399 u 24896 u jgħid kemm hawn tfal li laħqu l-età li jibdew skola kinder, iżda minħabba li għadhom qegħdin jistennew li l-assessment ikun komplut miċ-Child Development and Assessment Unit (CDAU), għadhom fiċ-Child Care u jkollhom iħallsu?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24310, jista’ l-Ministru jgħid kemm ilu li nħatar il-Kummissarju għall-Ħarsien tal-Priġunieri u jagħti indikazzjoni ta’ meta se jiġi ffinalizzat l-aħħar rapport annwali maħruġ mill-Kummissarju għall-Ħarsien tal-Priġunieri? Jista’ wkoll iqiegħed dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li r-rapport għas-sena 2024 qed ikun finalizzat u ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27273 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u jgħid kemm hija l-popolazzjoni ta’ Tas-Sliema? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma Maltin u kemm minnhom huma barranin?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27274 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u jgħid kemm hija l-popolazzjoni tal-Gżira? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma Maltin u kemm minnhom huma barranin?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27275 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u jgħid kemm hija l-popolazzjoni ta’ San Ġiljan? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma Maltin u kemm minnhom huma barranin?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kif fil-campus tal-Università hemm kull tip ta’ ħanut iżda l-ebda wieħed minnhom ma hu ħanut tal-kotba? Jista’ jgħid ukoll jekk jikkunsidrax il-pjan li jiżviluppa Cafe’ mal-librerija ta’ Beltissebħ, jirrepetih fl-Università ħalli ninkoraġixxu lill-istudenti jaqraw iktar? Jista' jgħid ukoll jekk jikkunsidrax xi tip ta’ inċentiv biex ikun hemm għallinqas stabbiliment tal-kotba fl-inħawi tal-Università?
Response (GRIMA, CLIFTON)
L-Onor. Interpellanta tifhem li ħwienet huma intrapriżi privati. Inoltre fid-dominju pubbliku huma magħrufa d-diversi inizjattivi li saru mill-Aġenzija tal-Litteriżmu.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22398 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hawn tfal li laħqu l-età li jibdew skola kinder, iżda minħabba li għadhom qegħdin jistennew li l-assessment ikun komplut miċ-Child Development and Assessment Unit (CDAU), għadhom fiċ-Child Care u jkollhom iħallsu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li preżentament m’hemmx każijiet pendenti. Madanakollu, kif l-Onor. Interpellanta taf, dan il-proċess hu wieħed kontinwu u għalhekk jista’ jgħati l-każ li minn żmien għal żmien ikun hemm każijiet pendenti li jkun jeħtieġ li ssir evalwazzjoni bir-reqqa qabel ma tittieħed deċiżjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm investa l-Gvern fuq innovazzjoni u riċerka, mill-2012 sal-2024, maqsuma sena b’sena?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt;
Financial Year
Total Expenditure Research and Innovation
2024
€25,097,195
2023
€21,833,511
2022
€13,310,153
2017
€6,503,365
2016
€5,590,400
2015
€4,485,712
2014
€3,977,494
2013
€2,448,829
Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li fl-2012 u bejn l-2018 u l-2021 ir-riċerka u l-innovazzjoni ma kinitx parti mid-dekasteru ta’ dan il-Ministeru.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm familji bi dħul baxx ibbenefikaw mill-inizjattiva ta’ internet bla ħlas waqt il-COVID 19?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li b’kollox ibbenefikaw total ta’ 583 familja mill-inizjattiva ta’ internet bla ħlas. Tqassmu total ta’ 456 tablet, 130 laptops, u 240 apparat ta’ internet sabiex it-tfal ikunu jistgħu jkomplu bl-istudji tagħhom mid-dar waqt il-perjodu meta l-iskejjel kienu magħluqin.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-apparat li ngħata lil familji bi dħul baxx waqt il-COVID 19 għal servizz ta’ internet bla ħlas ittieħed lura, bir-riżultat li dawn it-tfal spiċċaw bla internet fid-dar?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi dan l-apparat li qed issir referenza għalih kien soluzzjoni temporanja li l-Gvern implimenta sabiex jassigura illi t-tfal ikunu jistgħu jkomplu bl-istudji tagħhom matul żmien li, minħabba ċ-ċirkostanzi bla preċedent tal-pandemija tal-Covid-19, kellha tittieħed id-deċiżjoni li l-iskejjel jingħalqu sabiex titħares is-saħħa tal-istudenti u tal-għalliema. Infurmat illi dan l-apparat ġie miġbur lura wara li ntemmet il-fażi kritika tal-pandemija u t-tagħlim irritorna b’mod fiżiku fl-iskejjel.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24316 u jgħid kemm kien in-numru ta’ studenti li għamlu l-eżami tal-'O' Level tar-Reliġjon, matul dawn l-aħħar għaxar snin, maqsuma għal kull sena?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-total ta’ reġistrazzjonijiet għall-eżami msemmi matul dawn l-aħħar għaxar snin jinsab hawn taħt;
SENAREĠISTRAZZJONIJIET
20163364
20172974
20182856
20193123
20202943
20212925
20222932
20232839
20242990
20252987
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24317 u jgħid kemm kien in-numru ta’ studenti li għamlu l-eżami tal-'A' Level tar-Reliġjon, matul dawn l-aħħar għaxar snin, maqsuma għal kull sena?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-total ta’ reġistrazzjonijiet għall-eżami msemmi matul dawn l-aħħar għaxar snin jinsab hawn taħt;
SENA
REĠISTRAZZJONIJIET
2016
124
2017
105
2018
74
2019
63
2020
58
2021
65
2022
50
2023
52
2024
56
2025
37
Tista’ l-Ministru tgħid min hu responsabbli miż-żamma u l-manutenzjoni tal-latrini pubbliċi?
Response (DALLI, MIRIAM)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li tajtha għall-mistoqsija parlamentari 27366, ninfurmaha li hemm ukoll latrini pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsilli Lokali u l-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm ilmenti quddiem l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) mis-sena 2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ ilmenti quddiem l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) mis-sena 2020 sal-aħħar ta’ Mejju 2025 jammonta għal 6,541 ilment, imqassma kif muri fit-tabella t’hawn taħt:
Sena
Nru. ta’ lmenti
2020
1,270
2021
1,100
2022
1,187
2023
1,189
2024
1,234
2025 (Jan – Mejju)
561
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm mill-ilmenti quddiem l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) ġew riżolti mingħajr il-ħtieġa li jmorru quddiem l-arbitru mis-sena 2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ ilmenti li ġew riżolti mingħajr ma tressqu quddiem it-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumatur mis-sena 2020 sal-aħħar ta’ Mejju 2025 jammonta għal 2,371, imqassma kif muri fit-tabella t’hawn taħt. Fl-istess tabella qed jiġi wkoll muri n-numru ta’ ilmenti li ġew riferuti quddiem l-imsemmi Tribunal. Nispjega wkoll li l-bqija tal-ilmenti li ma ngħalqux amikevolment jew lanqas ma ġew riferuti għat-Tribunal, ikunu jew ġew irtirati mill-konsumatur, jew ma setgħetx tittieħed azzjoni dwarhom peress li l-ilment ma jaqax fil-kompetenza tal-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur, jew inkella ingħalqu wara li l-konsumatur ikun ingħata l-informazzjoni meħtieġa.
Sena
Nru. ta’ lmenti
Nru. ta’ ilmenti b’soluzzjoni amikevoli
Riferuti quddiem it-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumatur
2020
1,270
499
306
2021
1,100
414
317
2022
1,187
468
311
2023
1,189
431
382
2024
1,234
422
346
2025 (Jan – Mejju)
561
137
112
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ilmenti li waslu quddiem it-tribunal tal-konsumatur mis-sena 2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inqatgħu kawżi quddiem it-tribunal tal-konsumatur mis-sena 2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid (f’numri u persentaġġi) kemm mill-kawżi li nqatgħu quddiem it-tribunal tal-konsumatur, nqatgħu favur / kontra l-klient mis-sena 2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.