Legislature:
Category:
Reset
Active:

2024 — Korrimenti fuq il-post tax-xogħol – Benefiċċju – Persuni li bbenefikaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li bbenefikaw minn benefiċċji għax weġġgħu fuq il-post tax-xogħol fis-sena 2024?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – priġunieri fuq arrest preventiv

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm priġunieri (f’numru u persentaġġ meta mqabbel mal-popolazzjoni kollha fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin) fuq arrest preventiv?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li sa’ 8 ta’ Ġunju kien hemm 744 persuna fil-ħabs fejn 283 kienu taħt arrest preventiv.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – Priġunieri li huma missirijiet ta’ minorenni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm priġunieri (f’numru u persentaġġ meta mqabbel mal-popolazzjoni tal-irġiel kollha fil-faċilità) li huma missirijiet ta’ tfal minorenni?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li din l-informazzjoni ma tistax tinġabar għaliex mhux kull persuna jkun provdiha.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – Priġunieri li huma ommijiet ta’ minorenni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm priġunieri (f’numru u persentaġġ meta mqabbel mal-popolazzjoni tan-nisa kollha fil-faċilità) li huma ommijiet ta’ tfal minorenni?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li din l-informazzjoni ma tistax tinġabar għaliex mhux kull persuna jkun provdiha.

Żjarat bejn il-priġunieri u wliedhom

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’faċilitajiet jeżistu li jiżguraw esperjenza pożittiva waqt il-visti bejn il-priġunieri u wliedhom? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra sett ta’ ritratti ta’ dawn il-faċilitajiet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28956 ta’ din il-leġiżlatura. Fejn minbarra ż-żona fejn il-ġenituri jiltaqgħu mal-ulied minuri flimkien ma' mid-Dlam għad-Dawl, ninsab infurmat ukoll li fl-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi hemm seba’ postijiet fejn isiru żjarat lill-priġunieri. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra PR220705 u ritratti ta’ dawn iż-żoni.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — Bord ta’ Monitoraġġ - Laqgħat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa’ l-Bord ta’ Monitoraġġ fi ħdan il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fis-sena 2024?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li fis-sena 2024, il-Bord ta’ Moniteraġġ fi ħdan il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin iltaqa’ għaxar (10) darbiet.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — Bord ta’ Monitoraġġ - Visti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il vista wettaq il-Bord ta’ Monitoraġġ fi ħdan il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fis-sena 2024?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li l-laqgħat tal-Bord ta’ Moniteraġġ dejjem isiru fil-Faċilità ta’ Kordin. Ninsab infurmat ukoll li fost id-diversi żjarat li saru mill-membri, waħda minnhom kienet f’diversi diviżjonijiet f’Kordin stess. Saret ukoll żjara fi Centre of Residential Restorative Services (CoRRs) u saret żjara oħra fit-taqsima tal-Forensika f’Ħ’Attard.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — Bord ta’ Monitoraġġ – Rapport Annwali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk isirx xi forma ta’ rapport annwali mill-Bord ta’ Monitoraġġ fi ħdan il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin? Jekk iva, jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar rapport annwali?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-informazzjoni qed tinġabar.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — Kummissarju għall-Ħarsien tal-Priġunieri u l-Bord ta’ Monitoraġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-iskop tal-Bord ta’ Monitoraġġ fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin meta issa hemm il-Kummissarju għall-Ħarsien tal-Priġunieri?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-funzjoni ta' kull entità tirriżulta mil-liġi li tirregolahom. F’dan il-każ mil-leġislazzjoni sussidjarja 260.03.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — Żjarat minn imħallfin u maġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru żjarat minn imħallfin u maġistrati fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li mill-2013 sal-lum, saru tmien (8) żjarat minn Maġistrati. Dawn kienu kif ġej: tlieta fl-2019, tnejn fl-2020, tnejn fl-2021, u waħda fl-2024.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — priġunieri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin bħalissa? Jista’ jagħti rendikont skont il-ġeneru, l-età u n-nazzjonalità?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li fil-ħabsijiet ta' pajjiżna hemm 745 persuna li minnhom 685 huma rġiel u 60 huma nisa. Infurmat li kważi nofshom huma Maltin (362) filwaqt li persuni oħra ġejjin minn diversi pajjiżi fosthom mill-Afghanistan, Albania, Alġeria, Belgium, Bosnia, Brażil, Renju Unit, Bulgaria, Burkina Faso, Kanada, Cape Verde, Chad, Chile, Ċina, Colombia, Kroazja, Repubblika Ċeka, Denmark, Repubblika Domenikana, L-Olanda, Ekwador, Eġittu, Eritrea, Etjopia, Filippini, Franza, Gambia, Georgia, Ġermanja, Ghana, Greċja, Guinea-Bissau, Guinea, Ungerija, Indja, Irlanda, Italja, Kosta tal-Avorju, Kuwajt, Liberia, Libya, Macedonia, Madagaskar, Malasja, Mali, Moldova, Marokk, Nepal, Nigeria, Niger, Norweġja, Pakistan, Palestina, Panama, Peru, Polonja, Portugal, Romania, Senegal, Serbia, Seychelle, Slovakia, Slovenia, Somalia, Spanja, Sudan, Syria, Togo, Tunisia, Turkija, Uganda, l-Ukrajna, l-Użbekistan,Venezwela.

L-Imsida — Popolazzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27276 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u jgħid kemm hija l-popolazzjoni tal-Imsida? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma Maltin u kemm minnhom huma barranin?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

San Ġwann — Popolazzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27277 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u jgħid kemm hija l-popolazzjoni ta’ San Ġwann? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma Maltin u kemm minnhom huma barranin?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Fond għall-Kawżi Soċjali — Entitajiet li bbenefikaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inġabru fondi mill-Fond għall-Kawżi Soċjali? Jista’ jgħid ukoll kif intużaw dawn il-fondi; kemm ibbenefikaw entitajiet u l-ammont li rċevew fl-2024?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Aġenzija tal-Għajnuna Legali – Servizzi għal persuni bi dħul baxx

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk jikkunsidrax li l-Aġenzija tal-Għajnuna Legali tibda wkoll toffri servizzi ta’ nutar bla ħlas għal persuni bi dħul baxx?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Sex Offenders Register

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni mniżżla fuq ir-reġistru ta’ Delinkwenti Sesswali (Sex Offenders Register)? Jista’ jgħid ukoll: i. kemm minnhom huma rġiel, nisa jew ġeneru ieħor; ii. x’inhi l-età medja tal-persuni fuq ir-reġistru; u iii. kemm idum il-proċess biex aġenzija li tħaddem persuni li jaħdmu mat-tfal tikseb l-informazzjoni dwar jekk persuna hix fuq ir-reġistru jew le?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ammont ta’ persuni mniżżla fuq ir-reġistru ta’ Delinkwenti Sesswali huwa dak ta’ mija wieħed u erbgħin (141) persuna li minnhom tnejn (2) huma nisa u mija disgħa u tletin (139) huma rġiel. L-età medja tal-persuni fuq ir-reġistru hija ta’ wieħed u erbgħin sena (l-iżgħar persuna għandha 20 sena u l-akbar persuna għandha 78 sena). Il-proċess sabiex aġenzija li tħaddem persuni li jaħdmu mat-tfal tikseb informazzjoni dwar jekk persuna hijiex fuq ir-reġistru jew le jieħu madwar xahar. Il-proċess jinkludi l-ipproċessar tal-applikazzjoni, notifiki ta’ digrieti, it-termini legali għall-preżentata tar-risposta u r-riċerka fir-reġistru.

NATO – Assemblea Parlamentari

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid jekk il-gvern Malti għandux pjanijiet biex jissieħeb mal-Assemblea Parlamentari tan-NATO? Jekk iva, jista’ jagħti iktar dettalji?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 26922.

Malta Community Chest Fund

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24319 u jgħid kemm ta flus il-Gvern lil Malta Community Chest Fund mill-2013 sal-2024, maqsuma għal kull sena?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.