Legislature:
Category:
Reset
Active:

Patient Charter – Rimedji privati

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk skont il-Patient Charter, wara kemm-il ġimgħa jew xahar, il-pazjent għall-MRI, bil-katarretti jew knee jew hip replacement għandu dritt ifittex rimedji privati bi spejjeż għall-Gvern?

Response (BORG, IAN)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Interventi - Listi ta’ stennija

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ilha tistenna l-persuna li ilha l-aktar fuq il-lista ta’ stennija għal dawn l-interventi: a. MRI; b. Katarretti; ċ. Knee replacement; u d. Hip replacement?

Response (BORG, IAN)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Ugwaljanza u d-Drittijiet Ċivili – Health and Safety Officers

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx health and safety officer fil-ministeru tagħha u jekk le, għaliex?

Response (CUTAJAR, ROSIANNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi Health and Safety Officer li impjegat full time mhuwiex rikwest mill-liġi. Mandanakollu, għarfien rigward is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol huwa kontinwu.

Ministeru għall-Ugwaljanza u d-Drittijiet Ċivili – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2024

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tagħha fl-2024?

Response (CUTAJAR, ROSIANNE)

Ninsab infurmata li ma kienx hemm rapporti ta’ fastidju sesswali fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ugwaljanza u d-Drittijiet Ċivili, fl-2024.

Ministeru għall-Ugwaljanza u d-Drittijiet Ċivili – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2025

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tagħha fl-2025?

Response (CUTAJAR, ROSIANNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda rapporti ta' fastidju sesswali fil-Ministeru għall-Ugwaljanza u d-Drittijiet Ċivili jew l-entitajiet li jaqgħu taħtu.

Ministeru għall-Ugwaljanza u d-Drittijiet Ċivili – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2025

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali fil-ministeru tagħha fl-2025?

Response (CUTAJAR, ROSIANNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2025 il-Ministeru għall-Ugwaljanza u d-Drittijiet Ċivili kif inhu kompost illum ma kienx iffurmat. Madanakollu ma jirriżultax li fis-sena msemmija kien hemm xi rapport ta’ fastidju sesswali fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu llum.

Tapering benefits – Benefiċjarji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li bbenefikaw mit-tapering benefits f’dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena? Minn dawk li bbenefikaw, jista’ jipprovdi numri u persentaġġi ta’ kemm kienu nisa u kemm irġiel?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lil Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba minnha hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt: UAT Irgiel Nisa Total 2021 246 15.13% 1,380 84.87% 1,626 2022 191 13.44% 1,230 86.56% 1,421 2023 141 11.62% 1,072 88.38% 1,213 2024 120 10.94% 977 89.06% 1,097 2025 98 10.84% 806 89.16% 904 2026* 76 11.00% 615 89.00% 691 *Ghas-sena 2026, l-istatistika tkopri sal-pagament ta’ Settembu.

Shelters għal persuni bi problema ta’ droga

Question

Fid-dawl li x-shelters għall-persuni homeless eżistenti ma jaċċettawx persuni bi problema tad-droga u li shelter ta’ emerġenza minnhom iżomm lil dawn il-persuni għal sitt ġimgħat, jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-Gvern sabiex ikun hemm shelters għall-persuni homeless bi problemi tad-droga, li mhumiex lesti li jagħmlu programm ta’ riabilitazzjoni?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li l-Gvern qed jikkunsidra diversi għażliet biex iwieġeb għal din l-isfida. Inżid ukoll li f’xi ħin jew ieħor dawn il-persuni jmissu mas-servizzi tagħna, primarjament id-DETOX   jew l-Addictions Community Team (ACT) fi ħdan l-Aġenzija Sedqa , jew servizzi offruti minn NGOs fis-settur u tingħata għajnuna skont il-bżonn.

Benefiċċji soċjali – Xogħol part-time

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsija 35104 tal-Erbatax-il Leġiżlatura u tal-mistoqsija parlamentari 38 ta’ din il-leġiżlatura, jista’ l-Ministru jgħid hux qed jiġu kkunsidrati miżuri sabiex persuni li ma jistgħux jaħdmu full-time, b’mod partikolari single parents jew persuni bi problemi ta’ saħħa mentali li jirċievu benefiċċji soċjali, ikunu jistgħu jaħdmu għal ftit sigħat fil-ġimgħa biex itejbu ftit il-qagħda finanzjarja tagħhom u jkunu jistgħu jagħmlu dan b’mod regolat?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lil Onorevoli Interpellanta li, permezz ta’ miżura tal-Baġit għas-sena 2026 ġie introdott il-kunċett ta’ Pensjoni għal Invalidita’ Parzjali b’impenn kontinwu fuq is-saħħa mentali.  Dan il-benefiċċju se jagħmel possibbli li persuni jkunu jistgħu ikunu f’impjieg part-time jew iwettqu xi siegħat ta’ xogħol waqt li jkomplu jieħdu il-Pensjoni tal-Invalidita’ parzjali, dejjem fuq ordni ta’ speċjalist’  li jkun qed isegwihom.

Pensjonijiet – Kontribuzzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jassigura li mhux ser tiżdied sena oħra ta’ kontribuzzjonijiet, minflok ma togħla l-età tal-irtirar, bħalma ġara fil-Baġit 2025 fejn il-minimu ta’ kontribuzzjonijiet tela’ minn 41 sena għal 42 sena?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, wara li ntemm il-proċess ta' konsultazzjoni pubblika dwar ir-Rapport Strateġiku tal-Pensjonijiet għall-2025, li kien tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Diċembru li għadda, il-Gvern, kif anke hemm imwiegħed fil-Manifest Elettorali, qiegħed jiggarantixxi li mhu se jkun hemm ebda żieda, la fl-età tal-irtirar u lanqas fir-rata tal-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali. Fil-fatt l-istess rapport strateġiku tal-pensjonijiet msemmi, ma jpoġġi l-ebda proposta sabiex in-numru ta’ snin ta’ kontribuzzjonijiet jiżdied.

Pensjonijiet – Rapport

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar rapport dwar il-pensjonijiet?

Response (FALZON, MICHAEL)

Infakkar lill-Onor. Interpellanta li kif diġà kont weġibt għall-Mistoqsija Parlamentari tagħha stess numru 34518 tal-leġislatura preċedenti, ir-rapport imsemmi poġġejtu fuq il-Mejda tal-Kamra fis-16 ta’ Diċembru 2025 waqt Seduta Numru 442.

Postijiet tax-xogħol – Promozzjonijiet tal-ugwaljanza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew iffinanzjati inizjattivi biex tiġi promossa l-ugwaljanza fil-postijiet tax-xogħol?

Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)

Ninforma lil l-Onorevoli Interpellanta li taħt il-Programm Operattiv tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) għal Malta 2014–2020 u l-Programm tal-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) għal Malta 2021–202, ġew iffinanzjati sittax-il inizjattiva li kkontribwew għall-promozzjoni tal-ugwaljanza fuq il-post tax-xogħol.

Ministeru għall-Ugwaljanza u d-Drittijiet Ċivili – Karozzi – Spiża annwali

Question

Tista’ l-Ministru tipprovdi l-ispiża annwali ta’ kull karozza (GM) fil-ministeru tagħha u jekk dawn huma mixtrija, tista’ tgħid kemm kienu jiswew meta nxtraw?

Response (CUTAJAR, ROSIANNE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li fil-Ministeru għall-Ugwaljanza u d-Drittijiet Ċivili hemm karozza waħda GM li hija mikrija f’konformità mal proċeduri ta’ akkwist pubbliku.

Tallinja card

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 53 u jgħid meta ġiet introdotta Tallinja Card? Jista’ jgħid ukoll kemm hi l-ispiża biex tagħmel Tallinja Card ġdida u kemm kienet tiswa Tallinja Card ġdida meta ġiet introdotta?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 53

Trasport pubbliku - Miżuri

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 52 u jgħid x’miżuri konkreti qegħdin jittieħdu biex is-sistema tat-trasport pubbliku f’pajjiżna titjieb u jkun żgurat li t-trasport ikun iktar puntwali, ta’ min joqgħod fuqu (reliable) u komdu (mhux iffullati bin-nies)?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, minn April tas-sena li għaddiet, saru aktar minn sittin intervent fuq in-network tat-trasport pubbliku, bil-għan ewlieni li jissaħħaħ u jitjieb is-servizz offrut lill-pubbliku. Fost dawn l-interventi wieħed isib sbatax ir-rotta ġdida, dsatax li esperjenzaw żidiet fil vjaġġi jew żieda fil-frekwenza tas-servizz u għoxrin rotta li kienu estiżi għal inħawi ġodda jew inkella ġew modifikati. Dawn l-interventi inkludew it-tisħiħ tas-servizz lejn żoni industrijali u edukattivi, it-tnedija ta’ rotot ġodda, estensjonijiet u modifiki f’rotot eżistenti, żidiet fil-frekwenzi, kif ukoll it-tnedija ta’ żewġ faċilitajiet ġodda ta’ Park and Ride. Dan it-tibdil fin-network wassal ukoll għal żieda fin-numru ta’ karozzi tal-linja li qed joperaw is-servizz. Iż-żieda fil-flotta operattiva fissret ukoll żieda fin-numru ta’ seats available, u għaldaqstant ikkontribwiet sabiex jitnaqqas l-iffullar f’ċerti ħinijiet tal-ġurnata u fuq ċerti rotot fejn id-domanda tkun ogħla. Ta’ min ifakkar ukoll fl-introduzzjoni tas-servizz tat-trasport pubbliku permezz tal-Fast Ferry, li daħal fis-seħħ f’Mejju li għadda. Dan il-mezz ta’ trasport qiegħed joffri alternattiva oħra ta’ trasport pubbliku, b’mod aktar effiċjenti u sostenibbli, filwaqt li jkompli jikkumplimenta n-network eżistenti tat-trasport pubbliku.

L-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inhuma l-aħħar pjanijiet tal-Gvern dwar l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Gvern huwa kommess li jkompli jsaħħaħ l-infrastruttura u jikkonsolida s-servizzi offruti fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, bil-għan li l-pazjenti jibbenefikaw minn kura tas-saħħa moderna, sigura u xierqa. Fejn dan ikun fattibbli, il-Gvern qiegħed ikompli jintroduċi servizzi addizzjonali lokalment sabiex inaqqas il-ħtieġa li residenti Għawdxin ikollhom jivvjaġġaw lejn Malta għall-kura. Fl-istess waqt, il-pjanijiet għall-isptar il-ġdid qegħdin jipproċedu wara l-finalizzazzjoni tal-masterplan, bl-enfasi f’dan l-istadju tkun fuq ir-rilokazzjoni tas-servizzi mill-parti tat-Tramuntana tal-kampus, li tifforma ż-żona maħsuba għall-bini tal-isptar il-ġdid.

Sptar Karin Grech – Binja

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inhuma l-aħħar pjanijiet tal-Gvern dwar il-binja u s-servizzi li jingħataw fl-Isptar Karin Grech?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-pjan huwa li s-servizzi tar-Rijabilitazzjoni jiġu temporarjament rilokati sakemm titlesta l-binja definita ġewwa San Luqa, skond il-Master plan. Il-pjan għas-servizzi ġerjatrici huwa li dawn jiġu rilokati fl-Intermediate Care Hospital li ser jinbena ġewwa San Vinċenz.

Sptar Mater Dei – Sptar tas-saħħa mentali – Binja

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inhuma l-aħħar pjanijiet tal-Gvern dwar l-isptar tas-saħħa mentali l-ġdid, fl-Isptar Mater Dei? Jista’ jgħid ukoll meta ser jibda jinbena u meta ser jitlesta?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ninsab infurmat li l-pjan dwar l-espansjoni tad-Dipartiment tal-Emerġenza u Sptar Akut tas-Saħħa mentali diġà ġew imħabbra. Ix-xogħol beda matul ix-xahar t'Awwissu u mistenni jdum tliet snin biex jitlesta.