Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-mediċina Peginterferon alfa 2a (pre-filled injection) hijiex out of stock? Jista’ jgħid ukoll għal liema kundizzjonijiet tintuża; kemm hawn pazjenti li huma preskritti dan il-vaċċin permezz tal-POYC u x’inhu jagħmel il-gvern biex jakkwista dan il-vaċċin importanti?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Il-mediċina Pegintereron alfa-2a tintuża biex titratta pazjenti bil-Hepatitis B & C u bil-kanċer.
Ninsab infurmat li stock ta’ din il-medicina tingħata lill-ispiżeriji ta’ l-isptar Mater Dei, Sptar Generali ta’ Għawdex u r-residenza tal-SVPR. Din it-tip ta’ mediċina ilha tkun nieqsa internazzjonalment snin u nfatti d-dipartiment flimkien mal-kliniċi biddlu l-ispeċifikazzjoni kliniċi mhux darba biex jinxtara l-prodott li jkun qiegħed jintuża barra minn Malta. F’dawn l-aħħar snin, CPSU xtara kemm mill-Kanada kif ukoll mill-Ġappun barra mill-pajjiżi fl-UE.
Bħalissa il-kuntratt li hemm fis-seħħ ilu attiv mis-sena 2023, pero fil-2024 il-pajjiżi kienu qed jerġgħu jesperjenzaw nuqqas ta’ allokazzjoni ta’ stock minħabba restrizzjonijiet mil-kumpanija li timmanifattura din il-mediċina. Bhala kontinġenza, CPSU jippublika b’mod regolari lista ta’ mediċini imsejħa ‘’Problematic to Source’’ u ġew ippublikati sejħiet urġenti għal dan l-istock biex il-pazjenti ma jibqgħux mingħajr trattament. Kien hemm numru ta’ seħjiet li ġew ikkanċellati minħabba li anke kuntratturi alternattivi esperjenzaw l-istess problema ta’ aċċessibilita’ minn pajjiżi barranin. CPSU ordna kwantitajiet mingħand min beda joffri. Kien qiegħed jintbagħat biss stock ta’ massimu tlett ġimgħat fix-xahar biex kull pajjiż ikollu ftit stokk.
Infurmat li fl-10 ta’ Lulju, CPSU irċieva l-aħħar konsenja mis-sejħa urġenti – kwantità ta’ 88 injections li ġew supplixxiti l-ispiżeriji konċernati.
Iktar stock mistenni jiġi supplixxit mil-kuntratt li hemm fis-seħħ wara li l-kuntrattur ewlieni infurmana li l-mediċina għandha terġa tkun aċċessibli minn pajjiżi barranin mit-18 ta Lulju 2025 ’il quddiem. CPSU bħalissa qiegħed f’kuntatt kontinwu mal-kuntrattur ewlieni u qiegħed jistenna detallji dwar id-data ta’ meta se terġa ssir id-delivery.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin hemmx infestazzjoni ta’ wirdien? Jista’ jgħid ukoll x’miżuri effettivi qed jittieħdu mill-amministrazzjoni biex tiġi indirizzata din il-problema?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li dak li ma jirriżultax infestazzjoni filwaqt li b’mod regolari, isir trattament bil-pestiċidi meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-iġjene fil-faċilità.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk persuni li jġibu l-PhD jibbenfikawx minn sentejn tax credits kif kien tħabbar fil-Baġit tal-2018? Jekk din il-miżura għadha fis-seħħ, jista’ jgħid jekk hux minnu li l-benefiċċjarji jrid ikollhom inqas minn 40 sena?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskema msemmija daħlet fis-seħħ permezz tal-Avviż Legali 114 tal-2018 "Regoli dwar il-Kreditu tat-Taxxa (Kwalifiki ta' Edukazzjoni Ogħla)" u għadha fis-seħħ.
Skont id-definizzjoni li tinsab fir-regola 2 ta' dan l-Avviż Legali, fost kundizzjonijiet oħra, "kwalifika rilevanti" hija kwalifika li "tingħata lil individwu li għadu ma laħaqx l-età ta' erbgħin sena fid-data li fiha beda l-kors jew il-programm ta' studju inkwistjoni".
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27340 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni u jgħid minn min hi preseduta l-Qorti Marzjali?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li l-Qorti Marzjali tkun ippreseduta hekk kif previst fl-Att dwar il-Forzi Armati ta’ Malta, Kap. 220. Infurmat li bħalissa ma hemm ebda kawża pendenti quddiem il-Qorti Marzjali. Infurmat ukoll li mill-2020 sal-lum il-ġurnata, ma kienx hemm ċirkostanzi li waslu għall-kawżi quddiem il-Qorti Marzjali.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27341 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni u jgħid kemm hemm kawżi pendenti quddiem il-Qorti Marzjali bħalissa?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27342 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni u jgħid kemm kien hemm kawżi quddiem il-qorti marzjali mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27343 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni u jgħid kemm inqatgħu każijiet quddiem il-Qorti Marzjali mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27344 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni u jgħid b’mod ġenerali fuq xiex kienu l-akkużi fil-Qorti Marzjali mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27345 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni u jgħid kemm hawn persuni f’Malta li ma jaħdmux full-time imma għandhom iktar minn impjieg wieħed part-time? Jista’ jagħti t-total skont il-ġeneru?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li skont informazzjoni ta’ Jobsplus fl-aħħar ta’ Jannar 2025, kien hemm 4,355 li m'għandhomx impjieg full time imma kellhom iktar minn impjieg part-time wieħed. Minnhom, 2,135 kienu rġiel u 2,220 kienu nisa.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pulizija fis-sezzjoni tat-traffiku bħalissa? Jista’ jgħid ukoll kif inhu mqassam ix-shift tagħhom bħalissa u kemm ikun hemm uffiċċjali f’kull shift (medja)?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li hemm 40 uffiċjal tal-pulizija fit-taqsima tat-traffiku, permezz ta’ xiftijiet differenti matul il-ġurnata.
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 14940 u 21271, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi dwar Bord tal-Etika fl-Isptar Mater Dei?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta jkun hemm aktar żviluppi dawn jitħabbru.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-gvern dwar l-imħażen enormi li hemm fejn l-Università Amerikana ta’ Malta (AUM) f’Bormla li jinsabu fi stat mitluq u ta’ abbandun?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-gvern dwar l-imħażen enormi li hemm fejn l-Università Amerikana ta’ Malta (AUM) f’Bormla li jinsabu fi stat mitluq u ta’ abbandun?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministeru kkonċernat.
Tfal imwielda Malta minn ġenituri ta’ pajjiżi terzi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-msitoqsija parlamentari 27303 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u jgħid kemm hawn tfal minn ġenituri ta’ pajjiżi terzi li twieldu f’Malta? Jista’ jgħid ukoll minn liema pajjiżi terzi ġejjin dawn it-tfal u li bħalissa qegħdin hawn Malta u jaqsam din l-informazzjoni b’numri u persentaġġi?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm trabi (sa 12-il xahar) li kienu residenti mal-omm f’dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li f’dawn l-aħħar ħames snin kien hemm żewġ ommijiet li żammew lit-trabi (sa 12-il xahar) magħhom ġewwa l-Faċilità Korrettiva. Dawn seħħu fl-2021 u fl-2023.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – Priġunieri li huma taħt kura psikjatrika
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm priġunieri li qed jieħdu kura psikjatrika?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li l-priġunieri kollha jsirilhom assessjar psikoloġiku u numru minnhom ikomplu jieħdu għajnuna psikoloġika. Fil-ġurnata meta l-informazzjoni ġiet miġbura (24/06/2025), in-numru ta’ persuni fil-ħabs taħt kura psikjatrika huwa ta’ 166.
Dan huwa possibbli wara li fl-aħħar snin ġew impjegati diversi professjonisti fl-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi. Infurmat li n-numru ta' persuni bi trawma u issues oħra inkluż mediċi, huma ferm aktar komuni fost il-persuni li jidħlu l-ħabs meta mqabbel mas-soċjetà.
Qabel il-ħabs, individwi jistgħu jesperjenzaw forom differenti ta' trawma li tista' taffettwa b'mod sinifikanti s-saħħa mentali tagħhom. Ħafna jidħlu fis-sistema tal-ħabs wara esperjenzi avversi fit-tfulija, bħal abbuż, traskuraġni, jew espożizzjoni għall-vjolenza. Dawn it-trawmi jistgħu jwasslu għal problemi Post Traumatic Stress Disorder (PTSD), ansjetà, u dipressjoni, li ħafna drabi ma jkunux ġew indirizzati qabel jidħlu l-ħabs.
Barra minn hekk, problemi sistemiċi bħal nuqqas ta’ riżorsi finanzjarji, diskriminazzjoni, u kundizzjonijiet ta’ għajxien instabbli jistgħu jkomplu jaggravaw dawn l-isfidi psikoloġiċi. In-nuqqas ta' aċċess għar-riżorsi u s-sostenn għas-saħħa mentali fil-komunitajiet tagħhom jista' jħalli lil dawn l-individwi vulnerabbli, spiss jikkontribwixxu għal imġieba li twassal għall-inkarċerazzjoni.
Sistemi ta’ appoġġ komprensivi kemm qabel, waqt, u anke wara li l-persuna tkun il-ħabs huma kruċjali għar-riabilitazzjoni u għat-tnaqqis ta’ reċidivismu.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — Priġunieri fuq Schedule V
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm priġunieri (f’numru u persentaġġ meta mqabbel mal-popolazzjoni kollha tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin) li għandhom kundizzjonijiet kroniċi li huma inklużi fl-Iskeda V (Schedule V)?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li fid-data ta’ meta ġiet miġbura l-informazzjoni (25/06/2025) kien hemm 47 priġunieri b’kundizzjonijiet kroniċi illi qiegħdin jieħdu kura inklużi fl-Iskeda V (Schedule V), waqt li fl-istess data il-popolazzjoni kollha tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin kienet ta 739.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – Priġunieri b’mard terminali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm priġunieri li għandhom marda terminali (f’numru u persentaġġ meta mqabbel mal-popolazzjoni kollha tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin)?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin hemm tliet (3) priġunieri li għandhom mard terminali.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – Priġunieri li m’għandhomx sapport mill-familja
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm priġunieri (f’numru u persentaġġ meta mqabbel mal-popolazzjoni kollha tal-faċilità) li m’għandhomx sapport mill-familja tagħhom (ġenituri, ulied adulti u/jew aħwa adulti)?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li mhux kull priġunier jipprovdi din l-informazzjoni u għaldaqstant tista' ma tkunx korretta. Infurmat li fir-realtajiet tal-persuni l-ħabs, id-dinamiċi familjari xi drabi wkoll jinbidlu u għalhekk tajjeb jingħad li s-sapport li l-istess priġunieri jirċievi u n-numru ta’ minn għandu bżonn assistenza jvarja skont iċ-ċirkostanzi.