Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-iskema tal-Community Work għadhiex taħdem u jekk le, meta waqfet? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm persuni f’din l-iskema meta waqfet u x’sar mill-persuni bla xogħol li kienu f’din l-iskema?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-implimentazzjoni tal-iskema tal-Community Work għadha għaddejja.
MRIs, Knee replacements u Katarretti — Stennija għall-interventi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qegħdin jistennew l-interventi mediċi tal-MRI, knee replacement u katarretti, u kemm ilhom fuq il-lista ta’ stennija? Jista’ jgħid ukoll kemm qed ikun ’il bogħod l-appuntament li qed jingħata?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li hemm 171 pazjent li ilhom jistennew aktar mill-perjodu stipulat fiċ-Charter tal-Pazjenti. Infakkar lill-Onor. Interpellanta li meta weġibt mistoqsija simili fit-18 ta’ Ġunju 2025, in-numru ta’ pazjenti li kienu qed jistennew kien ta’ 269. Ikun hemm bosta raġunijiet għala il-perjodu ta’ stennija ikun itwal minn dak stipulat. Imma nserraħ ras lill-Onor. Interpellanta li kull talba għall-MRI urġenti isir fl-iqsar żmien possibbli.
Il-Gvern illum joffri tliet MRIs fl-Isptar Mater Dei li qed jaħdmu 24 siegħa kuljum, 7 t'ijiem fil-ġimgħa. Introduċejna MRI fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex, servizz tal-MRI fiċ-Ċentru Ċensu Moran u ġiet installata magna fir-Residenza San Vinċenz.
Għar-rigward tal-lista ta’ stennija għall-knee replacement, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29038.
Għar-rigward tal-lista ta’ stennija għall-katarretti, nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25674.
Jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li l-Gvern idaħħal il-Building Codes?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont kif imħabbar fit-28 ta’ Frar 2025, hu ppjanat li l-Gvern idaħħal il-Building Codes b’mod gradwali fi żmien tliet snin.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti annwali tal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali abbażi tas-snin 2020, 2021, 2022, 2023 u 2024?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma l-Onor. Interpellant li r-rapporti annwali tal-Uffiċju tal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali għas-snin 2020, 2021 u 2022 diġà tpoġġew il-Mejda tal-Kamra. Ir-rapporti għas-snin 2023 u 2024 ser ikunu qed jiġu ppreżentati f’xi seduta oħra.
Fid-dawl li ftit tas-snin ilu l-gvern indika li ser isaħħaħ il-poteri eżekuttivi tat-tribunal li jittratta każijiet ta’ assenteiżmu, u peress li sal-lum il-ġenituri jistgħu jinjoraw in-notifiki minn dan it-tribunal, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-gvern biex dan it-tribunal jissaħħaħ?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li għaddejin id-diskussjonijiet neċessarji sabiex it-Tribunal ikun jista’ japplika l-artikoli relevanti tal-Kap 605 bl-aħjar mod fl-interess tal-istudenti kollha.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema fis-settur pubbliku f’Għawdex, fl-2012?
Jista’ jgħid ukoll:
i. kemm hemm ħaddiema fis-settur pubbliku fil-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari;
ii. ma’ liema ministeri jaħdmu; u
iii. f’liema gradi kien hemm l-ikbar żieda ta’ ħaddiema?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm minuri li nħarġilhom correctional order mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’ sena?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mis-sena 2020 sal-24 ta’ Lulju, 2025, kien hemm tliet minuri li nħarġilhom correctional order fl-2025.
CoRRS — adoloxxenti li għandhom problema severa ta’ mġiba
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux pjan biex jiftaħ homes adattati għal adoloxxenti li għandhom problema severa fl-imġiba sabiex ma jitqiegħdux fis-Centre of Residential Restorative Services (CoRRS)?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk persuna li tibbenefika mill-equity sharing scheme tistax tibbenefika wkoll mill-iskema tal-ħlas għad-depożitu ta’ 10% għax-xiri ta’ proprjetà? Jekk le, jista’ jgħid jekk huwiex realistiku li persuna waħedha (bejn it-30 u l-34 sena) b’paga sa massimu ta’ €25,000 fis-sena u li sadanittant tkun qed tikri (forsi anke bis-sussidju tal-Awtorità ta’ mhux aktar minn €4,200) jirnexxilha ġġemma’ sa massimu ta’ €25,000 għal depożitu fuq proprjetà?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull persuna li tixtieq taċċessa l-Iskema tal-Equity Sharing trid tkun fil-pussess ta' mill-inqas 10% tal-valur tal-proprjetà li tkun se takkwista. Din hija kundizzjoni essenzjali stipulata mill-istess skema. Min-naħa l-oħra, dawk li jagħmlu użu mill-iskema għall-ħlas tad-depożitu ta’ 10% għal xiri ta’ proprjetà jagħmlu dan għax m’għandhomx dak il-10% meħtieġ biex isiru sidien ta’ darhom. Għalhekk, ma jkunx possibbli li persuna tagħmel użu minn dawn iż-żewġ skemi fl-istess ħin, peress li jservu għal sitwazzjonijiet differenti. L-Awtorità tad-Djar toffri diversi skemi biex tgħin lill-individwi jsiru sidien ta’ darhom. F’każ fejn persuna għandha bejn 30 u 34 sena, b’dħul annwali li ma jaqbiżx is-€25,000, u ma jkollhiex il-10% rikjest fuq konvenju, tkun tista’ taċċessa l-iskema għall-ħlas tad-depożitu ta’ 10% biex takkwista proprjetà.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-proċedura stabbilita ta’ kif jintgħażlu l-membri tal-ġurija u x’mekkaniżmu kompjuterizzat jintuża skont l-Artiklu 606(1) tal-Kodiċi Kriminali?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kull xahar tiġi pubblikata lista fil-gazzetta tal-Gvern ta’ ġurati prospettivi. Sussegwentement il-persuni indikati fil-lista tal-ġurati jiġu mħarrka sabiex iservu bħala ġurati għal dak ix-xahar partikolari. Dakinhar li jibda jiġi ċċelebrat il-ġuri, il-ġurati prospettivi jiġu magħżula b’ sistema ta’ polza kompjuteriżżata.
Jista’ l-Ministru jgħid x’tista’ tagħmel persuna li tkun kwalifikata biex tkun membru tal-ġurija skont l-Artiklu 603 tal-Kodiċi Kriminali u saħansitra turi x-xewqa li tkun membru tal-ġurija?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sabiex persuna, li tkun kwalifikata biex tkun membru tal-ġurija skont l-Artikolu 603 tal-Kodiċi Kriminali, turi x-xewqa li tkun membru tal-ġurija, trid tippreżenta rikors fir-Reġistru tal-Qorti Kriminali.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-rata ta’ assenteiżmu tas-sena skolastika 2024-2025?
Jista’ jgħid ukoll:
i. X’inhi r-rata ta’ assenteiżmu tas-sena skolastika 2024 – 2025, skont il-ġeneru?;
ii. Kif inhi meta mqabbla mas-sentejn skolastiċi ta’ qabel (2022-2023 u 2023-2024)?; u
iii. Kif inhi meta mqabbla mal-iskejjel tal-Knisja?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rata ta’ assenteiżmu tas-sena skolastika 2024-2025, skont il-ġeneru u mqabbla mas-sentejn skolastiċi ta’ qabel, 2022-2023 u 2023-2024, hija skont kif jidher hawn taħt:
Sena Skolastika
Ġeneru
Assentei
ż
mu (%)
2022/23
Femminil
5.69%
Maskil
5.46%
2023/24
Femminil
5.86%
Maskil
5.70%
2024/25
Femminil
5.40%
Maskil
5.10%
Id-Dipartiment m’għandux informazzjoni dwar l-assenteizmu fi ħdan l-Iskejjel tal-Knisja.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27348 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika u jgħid x’jiġri meta l-kuntrattur ma jkunx qed jiġbor l-iskart kif u meta suppost?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li fir-Reġjun tat-Tramuntana / Northern, meta jinqalgħu mankanzi fil-ġbir tal-iskart, is-Segretarju Eżekuttiv tar-Reġjun Tramuntana flimkien mal-Manager responsabbli mill-immaniġġjar tal-iskart iżommu komunikazzjoni kontinwa mal-Kuntrattur sabiex jiġu indirizzati kwalunkwe nuqqasijiet. Numru sinifikanti ta’ ilmenti u rapporti qed isiru b’mod informali bejn il-Kunsilli Lokali u l-Kuntrattur biex l-ilmenti jiġu indirizzati b’mod aktar effiċjenti u f’qasir żmien. Meta n-nuqqasijiet ikunu persistent u l-problema ma tiġix solvuta jiġu imposti penali skont il-proċeduri stabbiliti fil-kuntratt.
Fir-rigward tar-Reġjun tal-Lvant / Eastern, meta jinqabeż xi skart, il-Kunsill Lokali jew Kunsill Reġjonali ikkonċernat jinfurmaw lil kuntrattur bil-kas, fejn ġeneralment dan l-iskart jinġabar aktar tard mal-jum. Jekk ir-rapport jidħol l-għada li jkun inqabeż l-iskart, l-kuntrattur xorta waħda jiġi infurmat u ġeneralment l-skart jinġabar (anka jekk ma jkunx l-skart skedat). Jekk ir-Reġjun iħoss li mhux qed jingħata s-servizz skont il-kuntratt, ir-Reġjun flimkien mal-Kunsilli Lokali jistgħu jiddeċidu li jiħdu aktar passi bħall pereżempju twissijiet formali u anka multi abbażi tal-kuntratt, bl-intenzjoni li l-kuntrattur ikkonċernat jirregola ruħu u jittejjeb is-servizz provdut.
Ninsab infurmat ukoll li fir-Reġjun tal-Punent / Western, meta skart jinqabeż jew ma jinġabarx, jew ikun hemm ilmenti oħra relatati mal-ġbir tal-iskart, resident jista’ jibghat email jew iċempel lill- Kunsill Lokali rispettiv jew direttament lill-Kunsill Reġjonali. L-ilmenti jintbgħatu b’mod informali fejn il-kuntrattur jigi infurmat direttament. Jekk l-ilment ma jissolvix kif hu neċessarju, ir-Reġjun jieħu l-passi neċessarji skond it-tender reġjonali. Il-kuntrattur għandu Customer Care email kif ukoll Contact number kemm landline kif ukoll mobile number. Ġeneralment ninkoraġixxu lir-residenti sabiex jagħmlu kuntatt mal-Kunsill Lokali rispettiv jew Kunsill Reġjonali sabiex ikun hemm monitoraġġ fuq l-ilment.
Fir-rigward ta’ Reġjun tal-Punent / Western, meta skart jinqabeż jew ma jinġabarx, jew ikun hemm ilmenti oħra relatati mal-ġbir tal-iskart, resident jista’ jibghat email jew iċempel lill- Kunsill Lokali rispettiv jew direttament lill- Kunsill Reġjonali. L-ilmenti jintbgħatu b’mod informali lill-kuntrattur biex jiġi infurmat direttament. Jekk l-ilment ma jissolvix kif hu neċessarju, ir-Reġjun jieħu l-passi neċessarji skond it-tender reġjonali. Il-kuntrattur għandu Customer Care email kif ukoll Contact number kemm landline kif ukoll mobile number. Ġeneralment ninkoraġixxu lir-residenti sabiex jagħmlu kuntatt mal-Kunsill Lokali rispettiv jew Kunsill Reġjonali sabiex ikun hemm monitoraġġ fuq l-ilment.
Infurmawni wkoll li fir-Reġjun tal-Port / Port, il-kuntrattur dejjem jiġbor l-iskart skond l-iskeda. Ir-Reġjun kif ukoll il-kunsilli għandhom aċċess għal data ta' DVRs u tracking kif ukoll kemm ir-Reġjun kif ukoll il-Contracts managers tal-Kunsilli Lokali rispettivi jaraw li dan is-servizz qed jingħata. Meta tinqala din iċ-ċirkustanza wieħed japplika t-termini tal-kuntratt. Ir- Reġjun tan-Nofsinhar / Southern, jikkuntatja l-Customer care tal-Kuntrattur f'kaz ta' lmenti u jitlob ukoll feedback necessarja u r-Regjun Ghawdex / Gozo meta l-kuntrattur jonqos milli jiġbor l-iskart kif suppost, jintbagħat lura fuq il-post biex isolvi s-sitwazzjoni, kif ukoll jiġi mmultat minn Wasteserv meta jarmi l-iskart fil-Waste Transfer Station.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27349 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika u jgħid kemm kien hemm ilmenti mal-kunsilli lokali dwar nuqqasijiet fil-ġbir tal-iskart fir-Reġjun Port fis-sena 2024? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni għal kull lokalità tal-istess reġjun?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba, hekk kif inġabret u mgħoddija lili mill-Kunsilli Lokali fi ħdan ir-Reġjun Port.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27350 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika u jgħid kemm kien hemm ilmenti mal-kunsilli lokali dwar nuqqasijiet fil-ġbir tal-iskart fir-Reġjun Majjistral fis-sena 2024? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni għal kull lokalità tal-istess reġjun?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li m’hemmx Kunsill Reġjonali bl-isem Reġjun Majjistral għaldaqstant mhux possibbli li tingħata tweġiba għal din il-mistoqsija.