Faċilità Korrettiva ta’ Kordin - Bord ta’ Monitoraġġ — Rapport Annwali
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28859 u jgħid jekk isirx xi forma ta’ rapport annwali mill-Bord ta’ Monitoraġġ fi ħdan il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin? Jekk iva, jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar rapport annwali?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Bord ta’ Monitoraġġ fi ħdan il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin jagħmel rapport annwali u ser ikun qed jigi mqiegħed fuq il-mejda tal-kamra fiż-żmien li ġej.
Aġenzija tal-Għajnuna Legali — Servizzi għal persuni bi dħul baxx
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28854 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u jgħid jekk jikkunsidrax li l-Aġenzija tal-Għajnuna Legali tibda wkoll toffri servizzi ta’ nutar bla ħlas għal persuni bi dħul baxx?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-professjoni ta’ Nutar f’Malta hija minnha innifisha dik ta’ uffiċċjal pubbliku, għalkemm ġeneralment tali professjonist jopera fil-kapaċita tiegħu privata. Nonostante dan kollu, l-Gvern jista’ u għandu ingaġġati miegħu professjonisti Notarili li jipprovdu servizzi lill-pubbliku in ġenerali, iżda tali professjonisti jistgħu jagħmlu dan limitatament sabiex jwettqu tali xogħol fl-interess pubbliku jew dak l-iskemi amministrati mill-Istat. Dan ifisser illi Nutar ingaġġat mal-Istat iħares l-interessss tal-Istat; sabiex professjonist Notarili joffri l-aħjar servizz bl-aktar mod liberu, indipendenti u inparzjali għaldaqstant jeħtieġ illi ma jkunx ingaġġat direttament mill-Istat.
Fond għall-Kawżi Soċjali — Entitajiet li bbenefikaw
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28853 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u jgħid kemm inġabru fondi mill-Fond għall-Kawżi Soċjali? Jista’ jgħid ukoll kif intużaw dawn il-fondi; kemm ibbenefikaw entitajiet u l-ammont li rċevew fl-2024?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27277 u 28484 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u lill-Prim Ministru u jgħid kemm hija l-popolazzjoni ta’ San Ġwann? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma Maltin u kemm minnhom huma barranin?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella hawn taħt:
Lokalità
2024
Total
Maltin
Barranin
San Ġwann
16,075
10,950
5,125
Dawn il-figuri jirreferu għall-aħħar figuri ppubblikati mill-NSO fl-aħħar tas-sena 2024.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27276 u 28483 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u lill-Prim Ministru u jgħid kemm hija l-popolazzjoni tal-Imsida? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma Maltin u kemm minnhom huma barranin?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella hawn taħt:
Lokalità
2024
Total
Maltin
Barranin
L-Imsida
16,609
5,954
10,655
Dawn il-figuri jirreferu għall-aħħar figuri ppubblikati mill-NSO fl-aħħar tas-sena 2024.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27275 u 28482 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u lill-Prim Ministru u jgħid kemm hija l-popolazzjoni ta’ San Ġiljan? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma Maltin u kemm minnhom huma barranin?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella hawn taħt:
Lokalità
2024
Total
Maltin
Barranin
San Ġiljan
15,208
6,510
8,698
Dawn il-figuri jirreferu għall-aħħar figuri ppubblikati mill-NSO fl-aħħar tas-sena 2024.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27274 u 28481 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u lill-Prim Ministru u jgħid kemm hija l-popolazzjoni tal-Gżira? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma Maltin u kemm minnhom huma barranin?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella hawn taħt:
Lokalità
2024
Total
Maltin
Barranin
Il-Gżira
12,054
4,848
7,206
Dawn il-figuri jirreferu għall-aħħar figuri ppubblikati mill-NSO fl-aħħar tas-sena 2024.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27273 u 28480 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u lill-Prim Ministru u jgħid kemm hija l-popolazzjoni ta’ Tas-Sliema? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma Maltin u kemm minnhom huma barranin?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella hawn taħt:
Lokalità
2024
Total
Maltin
Barranin
Tas-Sliema
22,730
10,284
12,446
Dawn il-figuri jirreferu għall-aħħar figuri ppubblikati mill-NSO fl-aħħar tas-sena 2024.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24319 u 27407 u jgħid kemm ta flus il-Gvern lil Malta Community Chest Fund mill-2013 sal-2024, maqsuma għal kull sena?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi l-Gvern beda jipprovdi assistenza finanzjarja lill-Malta Community Chest Fund b’akkwist ta’ ċerti mediċini lejn l-aħħar tal-2017.
L-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella hawn taħt:
2017
€2,100,000
2018
€5,068,027.93
2019
€7,324,431.04
2020
€11,541,487.32
2021
€11,385,959.16
2022
€13,505,250.14
2023
€28,984,092.88*
2024
€40,000,000**
Nota
*
€2,064,421 – kienu użati għal pagamenti fl-2024
**
i) €26,599,839 kienu użati għal pagamenti fl-2024
ii) €13,400,161 kienu użati għal pagamenti fl-2025
Domestic Violence Shelters — Persuni li fittxew is-servizz
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26192 u jgħid kemm kien hemm persuni li fittxew refuġju f’shelters speċjalizzati għal persuni li ġarrbu vjolenza domestika fl-2024? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-persuni kellhom it-tfal magħhom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ persuni li fittxew refuġju f’shelters speċjalizzati għall-persuni li ġarrbu vjolenza domestika fl-2024 huwa kif jidher fit-tabella t’hawn taħt:
Entità Isem tax-shelter Numru ta’ persuni li fittxew refuġju fl-2024 Kemm minn dawn kellhom tfal magħhom
Entità
Isem tax-Shelter
Nurmu ta' persuni li fittxew refuġju fl-2024
Kemm minn dawn kellhom Tfal Magħhom
FSWS
Għabex
56
22
Sorijiet tal-Karità
Dar Merħba Bik
65
30
Fondazzjoni Sebħ
Il-Milja
14
10
Sorijiet tal-Karità
Dar Santa Bhakita
3
2
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ser jieħu l-Gvern biex jinbidel l-isem tal-Kummissarju tas-Saħħa Mentali u jitneħħew it-termini ‘diżordni mentali’? Jista’ jgħid ukoll jekk jikkunsidrax li l-Uffiċċju tal-Kummissarju tas-Saħħa Mentali jimxi fi ħdan il-Kummissarju tas-Saħħa fl-Uffiċċju tal-Ombudsman biex ikun hemm iktar awtonomija?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess sabiex jiġu proposti emendi għall-Att dwar is-Saħħa Mentali nbeda diġa’.
Jista’ l-Ministru jgħid fejn waslu l-pjanijiet biex jissaħħu s-servizzi tas-saħħa mentali fil-komunità?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Is-servizzi tas-saħħa mentali fil-komunità qed jissaħħu b’mod sostanzjali. Bħalissa, fil-komunità hemm ħmistax-il servizz f’lokalitajiet strateġiċi, immexxija minn timijiet multidixxiplinari li jinkludu servizzi speċjalizzati bħal Community Mental Health Teams, Rehabilitation Centres, Clozapine Clinic, Outreach Teams u l-Crisis Resolution Home Treatment Team għall-interventi f’każijiet ta’ kriżi. Barra minn hekk, is-servizz CYPS joffri kura multidixxiplinarja għal tfal u żgħażagħ. Dawn l-inizjattivi jikkontribwixxu għal servizz aktar qrib il-pazjent u b’fokus fuq l-intervent preventiv. Il-ħidma tagħna tkompli għaddejja bil-għan li nkomplu nsaħħu s-Servizzi fil-Komunita b’mod sostenibbli u inklużiv.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-istrateġija dwar l-Isptar Mount Carmel, issa li hemm Kap Eżekuttiv ġdid?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-istrateġija dwar l-Isptar Mount Carmel hi integrali mal-implimentazzjoni tal-Istrateġija Nazzjonali dwar is-Saħħa Mentali li qed timxi b’mod attiv, b’enfasi fuq il-kura fil-komunità, il-prevenzjoni, u l-integrazzjoni tas-servizzi. Il-ħidma qed tiffoka fuq it-tisħiħ tat-timijiet multidixxiplinari, l-iżvilupp ta’ servizzi ġodda, u l-promozzjoni ta’ benessri mentali f’kull stadju tal-ħajja. L-għan aħħari hu li nkomplu nsaħħu dan is-settur b’mod sostenibbli u inklużiv.