Jista’ l-Ministru jgħid kif qed taħdem is-sistema tal-alarm jew panic button?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li l-proċess jibda minn meta l-vittma tagħmel rapport mal-Pulizija dwar każ ta’ vjolenza domestika u wara jsir l-Assessjar tar-Riskju (risk assessment) mill-assessuri stazzjonati fid-DV Hub.
Jekk l-Assessjar tar-Riskju jindika
Periklu Estrem
/
Extreme Danger,
jiġifieri marka ta’ 18+ fid-
‘Danger Assessment Tool’
, jew marka ta’ 7+
fl-
‘ODARA’
, il-vittma tiġi nfurmata bl- apparat magħruf bħala
‘DV Panic Alarm’
, u jekk taċċetta, tkun riferuta lill-Aġenzija għall-Vittmi tal-Kriminalità. Jista’ jagħti l-każ ukoll li l-uffiċjal nkarigat mill-investigazzjoni josserva periklu ripetittiv minħabba li jkun jaf il-każ u jagħmel talba ġustifikata bil-miktub lil VSA sabiex il-vittma tingħata l-apparat.
Dan l-apparat jingħata fi żmien 24 siegħa, minn uffiċjali mħarrġa mill-Aġenzija. Isir kuntatt mal-vittma u jkun spjegat b’mod dettaljat dwar l-użu u l-funzjonijiet ta’ l- apparat, kif ukoll jingħata taħriġ kif persuna għandha taġixxi f’mumenti kritiċi. Wara li jingħata l-apparat, l-Aġenzija żżomm kuntatt regolari ma’ min ikun ingħata s-servizz, u fejn hemm bżonn jingħataw aktar servizzi ta’ appoġġ, li jinkludu sapport emozzjonali, informazzjoni u saħansitra pariri legali.
L-Apparat elettroniku hu wieħed diskrett ħafna u jiġi attivat permezz ta’ għafsa ta’ buttuna li tibgħat talba ta’ għajnuna fil-
‘Control Room’
tal-Pulizija. Meta tingħafas ma tagħmel l-ebda ħoss iżda toħloq vibrazzjoni żgħira sabiex tindika li s-sejħa telqet. L-apparat huwa konness ma’ pjattaforma diġitali li turi l-post ta’ fejn tkun il-vittma u żżomm rendikont ta’ kull ċaqliq li jista’ jkun hemm waqt li tiskatta l-operazzjoni.
L-Aġenzija, permezz tal-uffiċjal inkarigat, żżomm kuntatt regolari mal-vittmi u mal-Ispettur responsabbli għall-każ, sabiex tibqa’ aġġornata dwar l-iżviluppi relatati mal-każ.
Il-vittma jerġa jkollha appuntament mal-uffiċjal ta’ l-Aġenzija, sitt xhur wara li tingħata il- panic alarm u jsir valutazzjonijiet meħtieġa skont kull każ.
Finalment, l-apparat jittieħed lura f’każijiet fejn:
il-vittma twaqqaf il-każ u taħfer lill-aggressur,
il-każ jiġi konkluż fil-Qorti u l-aggressur jintbagħat il-ħabs,
d-device qed tintuża ħafna drabi b’negliġenza u mhux skont il-linji gwida
Allegat Każijiet ta' Vjolenza Domestika — investigazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta jidħol każ ta’ allegat vjolenza domestika, il-Pulizija tinvestiga, jew tressaq lill-persuni mingħajr ma ssir investigazzjoni u tħalli kollox f’idejn il-Qorti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi qabel ma tipproċedi bil-Qorti f’każijiet relatati ma' kull rapport ta' vjolenza domestika, il-Pulizija dejjem tibda billi twettaq investigazzjoni ħolistika.
Dan jinkludi li kull vittma tiġi mitkellma, flimkien ma' xhieda oħra li setgħu kienu preżenti waqt l-allegat każ, u fl-istess ħin tinġabar kull evidenza materjali rilevanti. Matul tali investigazzjoni, jiġi evalwat ukoll il-valutazzjoni ta’ riskji li jsir fuq il-vittma, u jiġi interrogat l-allegat aggressur. F’każijiet serji, l-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali jiġi ikkonsultat, speċjalment minħabba li f’ċerti reati, il-prosekuzzjoni titmexxa minn avukat mill-istess uffiċċju. Abbażi ta’ dan kollu, jittieħdu passi l-Qorti.
Fl-isfond ta’ dan kollu, nirrimarka wkoll li matul dan il-proċess, il-vittma llum tingħata s-sapport kollu meħtieġ hekk kif illum qiegħed jintuża dak li jissejjaħ multi-disciplinary approach mill-ewwel Gender-Based and Domestic Violence Hub li fetaħ il-bibien tiegħu taħt din l-amministrazzjoni, l-istess bħal ma waqqafna l-Victim Support Agency li qegħda tagħmel differenza fil-ħajja tal-vittmi mhux biss tal-vjolenza domestika imma anke ta’ kriminalità oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx lista ta’ stennija għal xelters tad-Domestic Violence? Jekk iva, kemm hemm persuni jistennew fuq din il-lista ta’ stennija?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment, ngħarraf lill-Onorevoli Interpellanta li t-tagħrif li qed tistaqsi dwaru jinsab fl-estratt tar-Rapport Statistiku tal-Aġenzija Appoġġ għal Jannar – Ġunju 2025 li ġie ppublikat fl-aħħar ta’ Awwissu 2025 (paġni 52-58), liema Rapport qiegħed jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra ma’ din it-tweġiba.
Ir-Rapport Statistiku sħiħ jinsab f’ din il-ħolqa elettronika:
https://fsws.gov.mt/wp-content/uploads/2025/09/APPOGG-half-yearly-report-2025-f-1.pdf
Mill- statistika dettaljata li hemm f’ dan l-estratt hawn mehmuż, partikularment Tabella Grafika Nru. 82 f’ paġna 55 tad-dokument, jirriżulta li t-tweġiba għal din il-mistoqsija hija
XEJN (NIL).
Domestic Violence — Persuni li kellhom bżonn jidħlu f'xelters
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li kellhom bżonn jidħlu f’xelter tad-Domestic Violence fis-sena 2024 u minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Vjolenza Domestika — Persuni li rrifjutaw risk assessment
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li rrifjutaw li jsir risk assessment fis-sena 2024 u minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru risk assessments fuq vjolenza domestika fis-sena 2024 u minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jaqsam din l-informazzjoni f’numri u persentaġġi u kif ġew ikklassifikati (high, medium jew low risk)?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm irġiel li rrapurtaw vjolenza domestika fis-sena 2024 u minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi kien hemm ħames mija u tletin (530) raġel li rrapporta vjolenza domestika fis-sena 2024. Bejn Jannar u is-7 ta’ Settembru 2025, kien hemm tlett mija u erbgħatax (314) ir-raġel li għamlu rapport ma l-istess taqsima.
Vittmi li ma jitkellmux bil-Malti u bl-Ingliż — miżuri
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri jittieħdu fil-Hubs tal-Vjolenza Domestika meta l-vittma la tkun titkellem bil-Malti u lanqas bl-Ingliż? Jista’ jgħid ukoll kif isir ir-risk assessment f’dawn il-każijiet u xi prekawzjonijiet jittieħdu?
Vjolenza domestika — Rapporti minn persuni b’diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni rreġistrati b’diżabilità li rrapurtaw vjolenza domestika fis-sena 2024 u minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onorevoli interpellant tirreferi għar-risposta ta’ mistoqsija parlamentari numru 30555.
Vjolenza Domestika — Rapporti minn persuni f'relazzjoni ma' partner tal-istess sess
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni f’relazzjoni ma’ partner tal-istess sess li rrapurtaw vjolenza domestika fis-sena 2024 u minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2024 u bejn Jannar u s-7 ta’ Settembru 2025 ġew irreġistrati r-rapporti li jidhru fit-tabella hawn taħt, lid-Domestic Violence Unit (DVU), minn koppji tal-istess sess.
Perjodu
Numru ta’ Każi
1 ta’ Jannar 2024 u l-31 Diċembru 2024
9
1 ta’ Jannar 2025 u s-7 ta’ Settembru 2025
13
Vjolenza Domestika — Rapporti minn Ċittadini tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ċittadini tal-Unjoni Ewropea (UE) li rrapurtaw vjolenza domestika fis-sena 2024 u minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi mir-rapporti li saru mal-Pulizija dwar vjolenza domestika fis-sena 2024 sal-aħħar ta’ Awwissu tas-sena 2025, in-numru ta’ vittmi li rrapportaw vjolenza domestika u li ġejjin mill-Unjoni Ewropea u mhux Malta, kien ta’ tmienja u disgħin (98) u tlieta u ħamsin (53) rispettivament.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li ġejjin minn pajjiżi terzi (TCNs) li rrapurtaw vjolenza domestika fis-sena 2024 u minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi mir-rapporti li saru mal-Pulizija dwar vjolenza domestika fis sena 2024 u sal-aħħar ta’ Awwissu tas-sena 2025, in-numru ta’ vittmi li rrapurtaw vjolenza domestika u li ġejjin minn pajjiżi terzi (TCNs), kien ta’ mija u tlieta u erbgħin (143) u seba’ u tmenin (87) rispettivament.
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ vjolenza domestika ġew irrapurtati fis-sena 2024 u minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jaqsam din l-informazzjoni f’numri u persentaġġi?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ vjolenza domestika fis-sena 2024 u minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jibda jopera d-Domestic Violence (DV) Hub tal-Imtarfa?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Il-Gender-Based and Domestic Violence hub li l-Korp tal-Pulizija għandu f’Santa Luċija huwa l-ewwel hub tax-xorta tiegħu f'Malta li fetaħ il-bibien tiegħu fis-sena 2024, wara li għall-ewwel darba l-Korp tal-Pulizija ħatar skwadra speċjalizzata, il-Gender based and domestic violence unit fl-2020, sabiex jagħti servizz aħjar u aktar speċjalizzat lil vittmi ta' vjolenza domestika. Skwadra u Hub li li ma kinux jeżistu qabel introduċihom il-Korp tal-Pulizija taħt din l-amministrazzjoni.
Filwaqt li bħalissa apparti dawk ta’ Santa Luċija, hemm timijiet minn din it-taqsima jaħdmu mid-depot tal-pulizija fil-Floriana, fiż-żmien li ġej ser jinfetaħ hub ieħor fl-Imtarfa. Dan ix-xogħol huwa mistenni jitlesta sal-aħħar tas-sena u s-servizz jibda fil-bidu tas-sena d-dieħla. B'hekk is-servizz ikun offrut fi tliet postijiet madwar Malta, u post ieħor f'Għawdex.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa li marru d-Domestic Violence (DV) Hub tal-Furjana fis-sena 2024 u minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi bejn 1 ta Jannar 2024 u l-aħħar ta’ Diċembru 2024 kien hemm seba’ mija u erbgħa u tmenin (784) persuna li marru d-Domestic Violence (DV) Hub il-Floriana. Bejn 1-1 ta’ Jannar u 7 ta’ Settembru 2025, kien hemm erbgħa mija u erbgħa u erbgħin (444) persuna li marru fl-istess hub.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li marru d-Domestic Violence (DV) Hub ta’ Santa Luċija fis-sena 2024 u minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi bejn 1 ta Jannar 2024 u l-aħħar ta’ Dicembru 2024 kien hemm disa’ mija u ħamsa u disgħin (995) persuni li marru d-Domestic Violence (DV) Hub ta’ Santa Luċija. Bejn 1 ta’ Jannar u 7 ta’ Settembru 2025, kien hemm ħames mija u sitt (506) persuna li marru fl-istess hub.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex sitt adoloxxenti, li kienu taħt correctional order, tpoġġew fil-CoRRS (Centre of Residential Restorative Services), fl-Imtaħleb?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-
Att dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Kura Alternattiva) Kap 602 tal-Liġijiet ta’ Malta
, f’ Artiklu 19, sub-artiklu 1, sub-inċiż (a) (ii) jagħti s-setgħa lill-Qorti Kompetenti li toħroġ
Correctional Care Order
għal minuri żgħazagħ li jkollhom diffikulta’ kbira sabiex jgħixu fis-soċjetà minħabba imġieba sfidanti (
challenging behaviour
) li tkun ta’ ħsara detrimentali fuqhom nfushom u jew fuq ħaddieħor.
Għaldaqstant, ikun hemm bżonn li jkunu
contained
f’post sigur sabiex minn hemm jibdew jirċievu t-trattament meħtieġ f’ambjent korrettiv u terapewtiku. Fil-CoRRS jingħataw t-terapija meħtieġa permezz ta’
forensic psychologists
li jiġu ingaġġati u liema terapija ma tkunx tista’ taħdem jekk ikunu għadhom kaotiċi.
Ta’ min jgħid li dawn huma l-aktar każijiet estremi u eċċezzjonali u li bħalissa sad-data li qed inwieġbu din il-mistoqsija, qed nitkellmu dwar minoranza assoluta ta’ minuri wieħed biss (1) mill-460 persuna protetti b’care order. F’dan il-każ il-minuri ntbagħat hemm wara rikors li sar mill-Caritas li huwa responsabli mit-tmexxija tal-programm tal-Ibwar għax ma kienx qed jikkoppera mal-programm u t-terapija li kien qed jingħata, għaldaqstant, qed nitkellmu dwar l-eċċezzjoni u mhux ir-regola.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hux se jindirizza lill-Awditur Ġenerali biex jinvestiga ħaddiema tal-Gvern f’Għawdex li jkunu diġà telqu mix-xogħol sal-10 am?
Response (ABELA, ROBERT)
Huwa ironiku għall-aħħar li fl-istess ħin li l-Oppo¿izzjoni eleġġiet Kap minn Għawdex, l-istess Oppo¿izzjoni issa spiċċat tattakka lill-ħaddiema Għawdxin fis-servizz pubbliku.
Din l-amministrazzjoni, kuntrarjament għall-Oppożizzjoni, temmen bil-fatti fil-ħaddiema tas-servizz pubbliku. Għalhekk iffirmajna ftehim kollettiv bl-aqwa kundizzjonijiet tax-xogħol li qatt ingħataw lil dawn il-ħaddiema. Liema ħaddiema, kemm f’Għawdex kif ukoll dawk f’Malta, huma l-pedament tas-suċċess ekonomiku u soċjali ta’ pajjiżna.
B’kuntrast, l-Oppo¿izzjoni tal-lum tagħ¿el li tattakka lis-servizz pubbliku biex tipprova twaqqaf il-progress ta’ Malta u Għawdex. Gvern Laburista jagħti garanzija li se jkompli jkun ta’ spalla għall-ħaddiema tas-servizz pubbliku u għall-familji tagħhom.
Korrimenti fuq il-post tax-xogħol fis-sena 2024 — Benefiċċju – Persuni li bbenefikaw
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28874 u jgħid kemm kien hemm persuni li bbenefikaw minn benefiċċji għax weġġgħu fuq il-post tax-xogħol fis-sena 2024?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, matul is-sena 2024 ibbenefikaw 1,456 persuna mill-Benefiċċju għall-Korriment fuq il-post tax-xogħol.