Legislature:
Category:
Reset
Active:

Suwiċidji u Attentati ta’ suwiċidji — Figuri

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 10849 u 12721, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm suwiċidji u attentati ta’ suwiċidji mill-2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena u skont il-ġeneru u l-età?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta biex tagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Statementing Board — Applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Istatementing Board? Jista’ jgħid ukoll x’inhi d-data tal-applikazzjoni li ilha l-aktar pendenti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

LSEs — Tfal li huma allokati LSE

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal li huma allokati LSE bħalissa? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn it-tfal huma allokati LSE: full-time, shared u livelli ta’ għajnuna oħrajn u jaqsam din l-informazzjoni f’numri u persentaġġi?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Kuntratt ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta’ konsulenza li ngħata lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-kuntratt qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Seduti — Data ta' Diferiment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-Gvern biex jonqos il-ħin bejn seduta u oħra?  Jista’ jgħid ukoll kif seduti f’Lulju tas-sena 2025 qed jiġu diferiti għal Lulju tas-sena 2026?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant illi d-dati u l-ħinijiet ta’ meta jiġu appuntati u differiti s-seduti huma fid-deskrizzjoni tal-ġudikant li jippresjedi l-kawżi.

Akkużi — Stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-Gvern biex jonqos il-ħin ta’ stennija fil-ġurnata tal-akkuża peress li jkun hemm 10+ każijiet fl-istess ħin?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant illi l-kumpilazzjonijiet li jinstemgħu quddiem il-Qorti tal-Maġistrati u l-kawżi kollha li jistemgħu fil-Qorti Kriminali u l-Qorti tal-Appelli Kriminali huma kollha stradati bil-ħin. Il-kawżi sommarji ħafna minnhom ukoll huma stradati bil-ħin u huma ftit il-kawżi li ma jkunux bil-ħin.

Protection orders — ksur

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inkisru ‘protection orders’ li ħarġu favur il-vittmi tal-vjolenza domestika mill-allegati aggressuri fis-sena 2024 u minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.

Vjolenza domestika — Protection orders għall-vittmi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġu ‘protection orders’ għall-vittmi tal-vjolenza domestika fis-sena 2024 u minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tabella ta’ hawn taħt turi kemm ħarġu ‘protection orders’ għall-vittmi tal-vjolenza domestika fis-sena 2024 u minn Jannar 2025 sad-19 ta’ Settembru 2025. 2024 - 581 2025 - 386

MARAM — Klassifikazzjoni tal-każijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif ġew klassifikati, f’termini ta’ riskju, il-każijiet li ddiskuta l-Multi Agency Risk Assessment Meeting Board (MARAM) fis-sena 2024 u minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill -Onor. Interpellanta li, il-MARAM jsegwi każijiet li jiġu identifikati bħala f’riskju serju. Dan jiġi identifikat wara li jsir assessjar tar-riskju, permezz ta’ għodda bbażata fuq fatturi ta’ riskju li huma xjentifikament ppruvati li jistgħu jwasslu għal konsegwenzi serji. Minn Awwissu tas-sena 2024, ir-risk assessment li jintuża inbidel mid-DASH risk assessment għal dak li jissejjaħ id-Danger Assessment (DA). Bl-użu tas-sistema ta’ punteġġ ivvalidata tad-Danger Assessment, il-klassifikazzjoni tar-riskju tista tkun; ·     Periklu Varjabbli (Score ta’ 0-7) ·     Periklu Miżjud (Score ta’ 8-13) ·     Periklu Sever (Score ta’ 14-17) ·     Periklu Estrem (Score ta’ 18+) Mis-sena 2024 sa Settemberu 2025, 266 vittma ġew ikklassifikati bħala f’periklu estrem (Extreme Danger), 242 bħala periklu sever (Severe Danger), 28 f’periklu miżjud (Increased Danger), u 9 f’periklu varjabbli (Variable Danger).

MARAM — laqgħat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa’ l-Multi Agency Risk Assessment Meeting Board (MARAM) u kemm iddiskuta każijiet fis-sena 2024 u minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, fl-2024, il-Multi Agency Risk Assessment Meeting (MARAM) iltaqa’ 26 darba, fejn ġew diskussi 576 każ. Minn Jannar 2025 sa Settembru 2025, il-MARAM iltaqa’ 19-il darba u ġew diskussi 348 każ.

Vjolenza Domestika — seduti - dewmin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed iddum biex issir l-ewwel seduta fuq każijiet ta’ vjolenza domestika u kemm idumu biex jinqatgħu bħala medja?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant illi hija fid-deskrizzjoni tal-ġudikant meta jiġu appuntati s-seduti.  Ma tistax tiġi stabbilita’ medja kemm idum każ biex jinqata għax dan jiddependi minn diversi fatturi speċjalment il-kumplessita’ tal-każ, jekk persuna tkunx tresqet b’arrest jew jekk tkunx ġiet reġistrata ammissjoni.

Maġistrati — Inkjesti pendenti u każijiet oħra mhux relatati ma’ vjolenza domestika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandhom inkjesti pendenti u każijiet oħra mhux relatati ma’ vjolenza domestika l-maġistrati sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għada qed tinġabar.

Każijiet ta’ vjolenza domestika — Maġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm maġistrati fuq każijiet ta’ vjolenza domestika bħalissa? Jista’ jgħid ukoll x’inhu l-caseload tal-każijiet ta’ vjolenza domestika li għandu kull wieħed minnhom sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għada qed tinġabar.

Vjolenza Domestika — Taħriġ lill-Membri tal-Ġudikatura

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk isirx taħriġ dwar il-vjolenza domestika lill-Membri tal-Ġudikatura? Jista’ jgħid ukoll jekk qattx sar u jekk sar, meta?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Kumitat għall-istudji ġudizzjarji (JSC) jorganizza seminars u konferenzi regolari għall-membri tal-Ġudikatura flimkien ma’ diversi entitajiet lokali u internazzjonali dwar diversi suġġetti.  It-tabella li turi t-taħriġ dwar il-vjolenza domestika, mis-sena 2023 sal-lum qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Vjolenza domestika — Taħriġ lill-Membri tal-Ġudikatura

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk isirx taħriġ dwar il-vjolenza domestika lill-Membri tal-Ġudikatura? Jista’ jgħid ukoll jekk qattx sar u jekk sar, meta?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex tressaq din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Vjolenza domestika — Taħriġ lill-Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ taħriġ fuq il-vjolenza domestika jirċievu l-Pulizija? Jista’ jgħid ukoll jekk dan it-taħriġ jingħatax darba biss jew b’mod regolari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi taħriġ hu parti mill-kurrikulu u taħriġ vast tar-reklutaġġ li huwa wkoll akkreditat. Wara r-reklutaġġ dan it-tip ta’ taħriġ jingħata wkoll f’dak imsejjaħ ’In service Training’ , li hu programm intiż għal dawk l-uffiċċjali li jkunu diġà membri tal-korp, li però jingħataw taħriġ kontinwu dwar l-operat tal-Pulizija. Uffiċċjali li jkunu ser javvanzaw fil-karriera tagħhom u ċioe’ għal promozzjoni għal surġenti jew Spetturi, wkoll jingħatalhom taħriġ dwar is-suġġett. Tali taħriġ jingħata kemm lill-uffiċċjali tal-Pulizija li jservu f’għases distrettwali, kif ukoll lill-dawk fit-taqsimiet kollha operattivi tal-korp. Uffiċjali li jservu fit-taqsima dwar Vjolenza Abbażi ta’ Ġeneru u Vjolenza Domestika, jingħataw taħriġ mill-Kummissjoni ta’ Vjolenza Domestika, u minn entitajiet barranin, u dan minbarra minn taħriġ akkreditat li jingħata mill-Università ta’ Malta lill-istess uffiċċjali, li jkunu għadhom kemm ingħaqdu ma’ din l–iskwadra f’kull rank. Kif ingħad fi tweġibiet oħra, dan it-taħriġ jwassal biex kull uffiċjal ikun konxju tal-ħtiġijiet tal-vittmi ta’ reati ta’ vjolenza domestika, biex b’hekk jittrattaw dawn il-każijiet bl-aħjar mod, u jingħataw tagħrif dwar fejn u x’ħin l-assistenza  ta’ aġenziji professjonali għandha tintalab, fost proċessi oħra.

Panic Buttons — numru ta' drabi li ntużaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba ntużaw il-panic buttons mill-vittmi li ngħataw dan l-apparat, minn Lulju 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi minn meta il- Panic buttons ġew provduti f’Awwissu 2025 sal-24 ta’ Settembru 2025, kien hemm wieħed u għoxrin (21) istanza fejn dawn ntużaw mill-vittmi li ngħatalhom dan l-apparat.