Jista’ l-Ministru jagħti n-numri ta’ tfal f’Out-of-Home Care maqsuma skont ir-residenzi (i.e. Fostering / Djar FSWS / NGOs)?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li, n-numru ta’ tfal f’Out-of-Home Care jammonta għal
437 tifel u tifla.
Dawn it-tfal huma mqassmin kif ġej.
· 238 jinsabu f’
Foster Care
,
· 62 jinsabu fi djar residenzjali tal-Fondazzjoni,
· 116 jinsabu fi djar ta’ għaqdiet mhux governativi (NGOs),
· Persuna waħda tinsab fil-Faċilita tal-COORS,
· 18 jinsabu fi djar mmexxija mis-settur privat,
· 2 persuni li jinsabu għall-kura f’faċilità medika tal-Istat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfal f’Out-of-Home Care fl-2024? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm tfal f’Out-of-Home Care fis-sena 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jipprovdi l-età u l-ġeneru ta’ dawn it-tfal?
Response (FALZON, MICHAEL)
It-tagħrif mitlub minn l-Onor. Interpellanta huwa kif jidher fit-tabelli li jidhru hawn taħt:
2024 (Jannar sa Diċembru 2024)
Tip ta Residenza
Etajiet
Bniet
Subien
Total
Fostering
Minn
new borns
sa 21 sena
128
108
236
Djar FSWS
Minn 9 snin sa 23 sena
44
17
61
NGO’s u Aġenzija Sapport
Minn
new borns
sa 22 sena
45
78
123
Faċilità Korrettiva
14-il sena u 16-il sena u 6 xhur
1
1
2
Settur Privat (Diżabbiltà)
Minn 6 snin sa 17-il sena u 8xhur
4
9
13
Sptar
14-il sena u 9 xhur u 17-il sena u 6 xhur
2
2
2
Shelters
16-il sena u 4 xhur
1
0
1
438
2025 (Jannar sa Ġunju 2025)
Tip ta Residenza
Etajiet
Bniet
Subien
Total
Fostering
Minn new borns sa 21 sena
130
108
238
Djar FSWS
Minn 8 snin sa 24 sena
43
18
62
NGO’s u Aġenzija Sapport
Minn sena sa 22 sena
41
75
116
Faċilità Korrettiva
16-il sena u xahar
1
0
1
Settur Privat (Diżabbiltà)
Minn 6 snin sa 18-il sena u 5 xhur
7
11
18
Sptar
14-il sena u 9 xhur u 17-il sena u hdax-il xahar
0
2
2
437
Fostering ta’ tfal — Familji li joffru Foster Care
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn familji li joffru Foster Care bħalissa?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, bħalissa hawn 169 familja li joffru il-
Foster Care
,
ai termini
ta’ Kap 602 tal-Liġijiet ta’ Malta – Att dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (kura Alternattiva)
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn tfal li huma fostered bħalissa?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, sa Ġunju ta’ 2025 kien hemm 232 tifel/tifla li huma
fostered, ai termini
ta’ Kap 602 tal-Liġijiet ta’ Malta – Att dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (kura Alternattiva).
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm adozzjonijiet minn koppji LGBTIQ+ fis-sena 2025, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, fl-2025 kien hemm total ta’ adozzjoni waħda minn koppji LGBTIQ+.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm adozzjonijiet fis-sena 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm minn dawn l-adozzjonijiet kienu ta’ tfal lokali? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm tfal adottati minn pajjiżi barranin, u minn liema pajjiżi kienu ġejjin?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, fl-2025 kien hemm total ta’ 10 adozzjonijiet minn 6 pajjiżi differenti; 1 mill-Bulgarija, 3 mill-Kolombja, 3 mill-Indja, 1 mill-Portugal, 1 mill-Vjetnam u 1 minn Malta. Tajjeb li jingħad illi, l-informazzjoni li tinżamm għal Malta hija informazzjoni li tiġi mgħoddija lill-Awtorità Ċentrali għax ikunu fi proċess ta’ fostering u wara jinqaleb għall-adozzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm adozzjonijiet fis-sena 2024? Kemm minn dawn l-adozzjonijiet kienu ta’ tfal lokali? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm tfal adottati minn pajjiżi barranin u minn liema pajjiżi kienu ġejjin?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, fl-2024 kien hemm total ta’ 23 adozzjonijiet minn 4 pajjiżi differenti; 14 mill-Indja, 1 mill-Islovakkja, 1 mill-Vjetnam u 7 minn Malta. Tajjeb li jingħad illi, l-informazzjoni li tinżamm għal Malta hija informazzjoni li tiġi mgħoddija lill-Awtorità Ċentrali għax ikunu fi proċess ta’ fostering u wara jinqalbu għall-adozzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn tfal li huma diagnosed bil-kundizzjoni tal-Awtiżmu? Jista’ wkoll jagħti l-figuri f’numri skont it-tip ta’ Awtiżmu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li kif diġa weġibt fil-PQ 30253, għaddej eżerċizzju ta’ kollezjoni ta’ data ta’ dijanjożi differenti fi ħdan CYPS.
Infurmat li għad mhemmx figuri li jindikaw it-tip ta’ awtiżmu. Madankollu, it-tim ta’ CYPS prinċiparjament jiffoka fuq il-funzjoni u l-abilità differenti ta’ kull individwu, li għaldaqstant tirrikjedi gwidi, bżonnijjiet u pjanijiet differenti għal kull individwu.
Kundizzjoni tal-ADHD — Lista ta’ stennija għall-assessjar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal li qegħdin fuq il-lista ta’ stennija biex isirilhom assessment għall-kundizzjoni tal-ADHD?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li wiehed irid jifhem illi fejn jidħol screening ta’ ADHD jew ASD, hemm proċess sħiħ u serje ta’ multimodal assessments li jridu jsiru. F’ċertu istanzi ikun hemm bżonn ukoll assessjar ieħor bħal ngħidu aħna WISC, sabiex it-tim ikun jista’ jasal għal dijanjożi/konklużjoni tiegħu.
Infurmat li għall-ADHD, il-lista ta’ stennija hi ta’ 42. Għall-ASD, il-lista ta’ stennja hi ta’ 18. Għall-assessjar tal-ADHD + ASD, il-lista ta’ stennija hi ta’ 7.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal li qed jingħataw mediċina psikotropika (f’numri u persentaġġi) meta mqabbla mal-utenti kollha taċ-Child and Young People's Services (CYPS)?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li hemm 2,683 tifel/tifla taħt is-16-il sena li qed jingħataw mediċina psikotropika.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal li ġew diagnosed b’ADHD (f’numri u persentaġġi) meta mqabbla mal-utenti kollha taċ-Child and Young People's Services (CYPS)?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li fi ħdan il-CYPS, għaddej eżerċizzju ġdid u aktr dettaljat ta’ kollezjoni ta’ data ta’ dijanjozi differenti. Minn 2,670 li jagħmlu użu minn dawn is-servizzi inġabret data fuq 1,415 tfal/adoloxxenti.
Minn dawn l-1415 tfal/adoloxxenti, 726 ingħataw dijanjożi ta’ ADHD.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-servizzi taċ-Child Development Assessment Unit (CDAU) u taċ-Child and Young People's Services (CYPS) hux ser isiru servizz wieħed? Jekk iva, jista’ jgħid x’inhi r-raġuni, minn meta, u x’ser ikun jismu dan is-servizz?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li s-servizzi tas-CDAU u CYPS (Malta u Għawdex) ingħaqdu s-sena l-oħra meta beda jingħata s-servizz ġewwa Għawdex għall-ewwel darba bhala Child, Adolescent and Youth Services. L-għan huwa li jingħataw għajnuna b’mod ħolistiku.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-età ta’ eleġibilità għas-servizzi mogħtija miċ-Child Development Assessment Unit (CDAU)?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-età ta eliġibilità għas-servizzi taċ-CAYS hi sa tmintax-il sena. Jekk il-persuna mhux lesta biex tiġi trasferita għas-servizzi offruti għall-adulti, tista tibqa’ tattendi sa 25 sena.
CDAU — Tfal li ġew diagnosed b’Developmental Delay u Global Developmental Delay
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal f’numri u persentaġġi, mill-users kollha taċ-Child Development Assessment Unit (CDAU), li ġew diagnosed b’Developmental Delay u kemm minnhom ġew diagnosed bi Global Developmental Delay?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li fl-2024 kien hemm 35 każ ta’ Global Developmental Delay li attendew iċ-CAYS.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fil-waiting list għal servizzi speċifiċi fiċ-Child Development Assessment Unit (CDAU) bħalissa, bħal: Paediatrician, Psychologist, Speech Language Pathologist u Occupational Therapist?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li għall-iSpeech Language Pathologist, mhemmx waiting list.
Infurmat ukoll li għall-occupational therapists mhemmx każijiet ta’ tfal li ilhom jistennew aktar minn dak stipulat fiċ-Charter tal-Pazjenti.
Infurmat ukoll li għall-psychologist, hemm każ wieħed biss li ilu jistenna aktar minn dak stipulat fiċ-Charter tal-Pazjenti. Dan hu każ mediku, li diġa ġie diskuss maż-żewġ ġenituri tal-pazjent u mal-SMT.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfal li tressqu l-emerġenza minħabba self-harm mis-sena 2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ wkoll jagħti l-ġeneru u l-età ta’ dawn it-tfal?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.