Legislature:
Category:
Reset
Active:

MCAST — Kors tas-social work

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li ser jibdew il-kors tas-social work fl-MCAST għas-sena akkademika 2025-2026?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fil-kors imsemmi hemm 19-il student fl-ewwel sena u 15-il student fit-tieni sena.

Social work — Żieda fl-istipendju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk iż-żieda fl-istipendju kinetx miżura effettiva biex tattira iktar studenti jagħżlu l-kors tas-social work? Jekk le, x’miżuri ġodda ser jittieħdu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Università ta’ Malta — Kors tas-social work

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li ser jibdew il-kors tas-social work fl-Università ta’ Malta għas-sena akkademika 2025-2026?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li għal din is-sena skolastika s’issa ser ikun hemm 20 student għall-kors imsemmi.

FSWS — Social welfare professionals

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm social welfare professionals fil-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS)?  Jista’ jgħid ukoll kemm hemm social welfare professionals skont il-units li jaħdmu fihom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba hija kif qed tkun preżentata fit- tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Proċessi ta’ Separazzjoni — Effett tal-Medjazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni fl-2024 li wara l-proċess tal-medjazzjoni, ddeċidew li jwaqqfu l-proċess ta’ separazzjoni tagħhom?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi l-istatistika mitluba fuq il-mejda tal-Kamra.

Każijiet ta’ Separazzjoni — Koppji bit-tfal

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ separazzjoni ta’ koppji bit-tfal fil-Qorti tal-Familja, bejn l-2020 u l-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma tinżammx informazzjoni distinta dwar koppji li jiftħu l-kawża ta’ separazzjoni għandhomx tfal jew le.

Separazzjoni — Każijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ ta’ separazzjoni pendenti hawn bħalissa?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi t-tabella li kemm kien hemm każijiet ta’ separazzjoni pendenti sas-7 ta’ Ottubru, 2025.

Koppji miżżewġa — Seperazzjoni tal-assi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn koppji miżżewġa li rreġistraw is-separazzjoni tal-assi?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi mill-1 ta’ Jannar 2020 sas-7 ta’ Ottubru 2025 fil-Qorti ta’ Malta ġew reġistrati 2,683 rikorsi u fil-Qorti ta’ Għawdex ġew reġistrati 165 rikors li permezz tagħhom intalbu is-separazzjoni tal-assi.

Separazzjonijiet — Każijiet bonarji

Question

F’termini ta’ numri u persentaġġi meta mqabbla mal-każijiet kollha, jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-każijiet ta’ separazzjoni taż-żwieġ kienu bonarji u kemm le?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant kemm kien hemm kawżi ta’ separazzjonijiet taż-żwieġ li kienu bonarji u b’kawża, mill-każijiet reġistrati, jinsabu fit-tabella t’hawn taħt: Sena Każijiet reġistri Malta Każijiet reġistrati Għawdex Separazzjonijet bonarja Separazzjoni kontentjuża Separazzjonijet bonarja Separazzjoni kontentjuża 2020 327 102 9 6 2021 404 117 5 5 2022 328 106 15 5 2023 362 110 2 13 2024 322 97 5 11 2025 246 73 8 8

Snin 2020-2025 — Separazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm separazzjonijiet mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant, li turi kemm kien hemm kawżi ta’ separazzjonijiet irreġistrati sena b’sena mill-2020 sas-7 ta’ Ottubru, 2025.

Skema BM40 — Raġunijiet għal xiex intalbet l-għajnuna

Question

Jista’ l-Ministru jagħti figuri skont ir-raġunijiet għal xiex intalbet l-għajnuna mill-Iskema BM40 fis-sena skolastika 2024-2025?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li din l-iskema tintuża sabiex tassisti familji li jkollhom bżonn l-għajnuna.

Skema BM40 — Raġunijiet għal xiex intalbet l-għajnuna

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-figuri skont ir-raġunijiet għal xiex intalbet l-għajnuna mill-iskema BM40 fis-sena skolastika 2023-2024?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li din l-iskema tintuża sabiex tassisti familji li jkollhom bżonn l-għajnuna.

Skema BM40 — Familji li talbu l-għajnuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm familji li talbu għall-għajnuna mill-iskema BM40 matul is-sena skolastika 2024-2025?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li matul is-sena skolastika msemmija bbenefikaw mal-486 familja mill-iskema BM 40.

Skema BM40 — Familji li talbu l-għajnuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm familji li talbu għall-għajnuna mill-iskema BM40 matul is-sena skolastika 2023-2024?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li matul is-sena skolastika msemmija bbenefikaw mal-483 familja mill-iskema BM 40.

Review Board — Laqgħat online

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-Review Board għadux jiltaqa’ online? Jekk iva, jista’ jgħid x’inhi r-raġuni li dan il-Bord għadu jiltaqa’ online? Jista’ jgħid ukoll jekk diskussjonijiet sensittivi li jinvolvu lill-ġenituri naturali tat-tfal “in care” għandhomx isiru online? Ma jaħsibx li f’dan il-każ, il-konvenjenza qed tingħata aktar prijorità mill-kuntatt uman u personali li hu tant meħtieġ f’dan il-qasam?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellanta li bħalissa wieħed mill-Bordijiet għall-Ħarsien tal-Minuri għadu qed jorganizza laqgħat online permezz ta’ pjattaforma diġitali u dan għal diversi raġunijiet. Is-sistema ta’ laqgħat online fija diversi vantaġġi għal min hu involut fil-ħarsien u l-protezzjoni tat-tfal, għax tippermetti lill-ġenituri naturali, foster carers, professjonisti minn diversi oqsma, u anke dawk li jgħixu jew jaħdmu barra minn Malta, biex jipparteċipaw fil-proċess mingħajr ma jkollhom għalfejn jitilfu xogħol jew jivjaġġaw. Din il-flessibbiltà għenet ukoll lil ġenituri li jinsabu fil-faċilitajiet korrettivi, lil dawk bi sfidi ta’ saħħa, u kif ukoll lil minuri li jippreferu teknoloġija fuq laqgħat wiċċ imb wiċċ. F’kull każ l-Bord iżomm il-possibilità li jiltaqa’ personalment mal-minuri ġewwa iċ-Children’s House meta jkun meħtieġ, u dan biex jassigura li l-vuċi tat-tfal tinstema’ f’ambjent sigur u adattat għalihom. Dan il-proċess mhux biss żamm il-proċess aċċessibbli iżda saħaq ukoll fuq il-ħtieġa li ħadd ma jitħalla barra minħabba diffikultajiet loġistiċi jew amministrattivi. F’kull każ l-protezzjoni tat-tfal tibqa’ fuq nett tal-prijoritajiet tal-Bord u dawk li ma għandhomx mezzi jew ħiliet teknoloġiċi biżżejjed, xorta waħda jingħataw l-opportunità li jipparteċipaw u jgħidu tagħhom.

Bdil fil-liġi — Tfal fil-foster care li ġew adottati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn meta nbidlet il-liġi, kemm kien hemm tfal li kienu fil-foster care li ġew adottati, maqsuma sena b’sena?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li matul l-perjodu taż-żmien minn meta nbidlet il-liġi, l-għadd ta’ tfal li kienu fil-foster care u li ġew adottati, ammonta għal 17. Dawn kienu maqsumin kif ġej: Sena Total 2022 1 2023 7 2024 8 2025 (sal-aħħar ta’ Ġunju) 1 Numri Totali 17

Ordnijiet ta’ Ħarsien — Tfal li baqgħu f’riskju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal li minkejja li nħarġitilhom Ordni ta’ Ħarsien baqgħu mal-familji tagħhom f’riskju, jew minkejja li kien hemm bżonn li tinħareġ ordni ta’ ħarsien, dan ma sarx minħabba nuqqas ta’ placements?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li ninsab infurmat li 90% tal-każijiet irrappurtati lid-Direttorat għall-Ħarsien tat-Tfal ( Child Protection ) huma każijiet fejn il-problema ewlenija hija nuqqas ta’ ħiliet fit-trobbja ( lack of parenting capacity ) u mhux moħqrija jew abbuż fuq it-tfal. Għaldaqstant, id-Direttorat jibqa’ jaħdem mal-familji biex jagħtihom l-appoġġ u s-sostenn meħtieġ. Fl-istess waqt, billi d-Direttorat huwa ggwidat mill-prinċipju tal-aqwa interess tat-tfal, li huwa wkoll imniżżel fil-liġi (Kap 602 tal-Liġijiet ta’ Malta), hija l-prassi tad-Direttorat li ma jħallix l-affarijiet jippreċipitaw sal-punt li qed talludi għalih l-Onor. Interpellanta fil-mistoqsija tagħha.

Sena 2024 — Ordni ta’ Ħarsien maħruġa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu Ordnijiet ta’ Ħarsien matul is-sena 2024 u jipprovdi l-figuri skont it-tip ta’ ordni li nħarġet?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li, t-tagħrif mitlub minnha huwa kif elenkat hawn taħt. Fl-2024 kien hemm 90 Ordnijiet ta’ Protezzjoni Proviżjonali mqassmin hekk: -       23 Ordnijiet ta’ Emerġenza (14 pendente lite , 3 kkonfermati bhala Ordnijiet ta’ Ħarsien, 1 kkonfermata bħala Ordni ta’ Supervizjoni, 5 revokati) -       25 Ordnijiet ta’ Ħarsien ( Care Order ) (3 kkonfermati, 3 kkonfermati bħala Ordnijiet ta’ Trattament u Supervizjoni, 19 pendente lite ) -       9 Ordnijiet ta’ Superviżjoni ( pendente lite ) -       4 Ordnijiet tat-Tneħħija ( pendente lite ) -       2 Ordnijiet tat-Trattament ( pendente lite ) -       2 Ordnijiet ta’ Ħarsien Korrettiva ( pendente lite ) -       25 Ordnijiet UMAS* Kien hemm ukoll 19-il Ordni ikkonfermata matul l-2024, liema ordnijiet, il-proċess legali tagħhom kien mibdi fi snin preċedenti. Dawn kienu mqassmin kif ġej: -       10 Ordnijiet ta’ Ħarsien (6 minnhom kienu ta’ minuri diga’ f’kura alternattiva) -       2 Ordnijiet ta’ Superviżjoni (1 minnhom UMAS) -       2 Estensjonijet ta’ Ordni ta’ Superviżjoni -       5 Ordnijiet ta’ Ħarsien revokati (dawn ġew re-integrati mal-familja bijoloġika tagħhom.) NB - UMAS – tindika l-frażi Unaccomapnied Minors Asylum Seekers, li tirreferi għal minuri mhux akkumpanjat illi qed ifittex l-ażil fil-ġżejjer Maltin .

Out-of-Home Care — Tfal li jagħlqu 18-il sena

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ servizzi joffri l-Gvern meta t-tfal f’Out-of-Home Care jagħlqu t-18-il sena? Jista’ jgħid ukoll fejn imorru?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li d-Direttorat għall-Kura Alternativa fi ħdan l-FSWS żvillupa s-servizz tal- After Care Service matul l-aħħar snin u dan biex jagħti serħan il-moħħ u stabbilità lil dawn iż-żgħażagħ. Dan is-servizz huwa maqsum fuq tlett pilastri: a) Assesjar ta’ żgħażagħ - li jibda mill-eta’ ta’ sittax-il sena, għal żgħażagħ li jkunu jinsabu f’kura alternattiva biex jiġi esplorat x’ħiliet għandhom u x’inhu l-aħjar pjan għalihom wara li jagħlqu t-tmintax-il sena. Dan il-pjan isir b’kollaborazzjoni mal-post fejn ikunu qed jitrabbew, il-professjonisti nvoluti u ż-żgħażagħ infushom. b) Akkommodazzjoni - fejn id-Direttorat għall-Kura Alternattiva għandu numru ta’ appartamenti li jakkomodaw lil dawn iż-żgħażagħ wara li jagħlqu 18- il sena, fuq bażi ta’ semi-independent living filwaqt li jibqgħu jiġu monitored mill-istess Direttorat. c) Servizz ta Outreach - illi jagħti gwida, jirreferi u jakkumpanja liż-żgħażagħ illi jkunu għalqu 18-il sena u jgħixu fil-komunità, mal-familjari jew residenzi oħra għal appuntamenti mediċi, għajnuna dwar impjieg u tkomplija tal-edukazzjoni tagħhom fost l-oħrajn. Minbarra dan, it-tfal kollha li jagħlqu 18-il sena li huma residenti fi djar tal-FSWS jiġu mogħtija l-possibilita' li jibqgħu jirrisjedu fl-istess residenza, sabiex ikunu jistgħu jkomplu bl-edukazzjoni tagħhom, jew jieħdu taħriġ marbut mal-impjieg tagħhom. Bl-istess mod, NGO’s bħal Fondazzjoni Sebħ, Sależjani, Dar Frate Jacoba u Dar San Ġużepp, joffru ukoll aftercare lir-residenti tagħhom. Il-maġġoranza ta’ tfal li huma f’ foster care jibqgħu wkoll jirrisjedu fl-istess familja, hekk kif anki l- allowance tal- fostering tibqa’ tingħata sal-eta’ ta’ 21 sena.