Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irtirati ċittadinanzi Maltin matul dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma sena, b’sena u x’kienu r-raġunijiet?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-15 t’ Ottubru 2025 in-numru ta’ persuni li ġew ipprivati miċ-ċittadinanza Maltija kienu kif indikat fit-tabella t’hawn taħt:
Sena Numru ta’ persuni
2020
7
2021
3
2022
0
2023
0
2024
1
2025
1
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn xufiera tal-linja bħalissa u kemm minnhom huma ċittadini ta’ pajjiżi terzi (TCNs)?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tikkonċerna direttament lill-Malta Public Transport Services Ltd li hija kumpanija privata.
Għaldaqstant din l-informazzjoni mhux disponibbli li tingħata.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn karozzi tal-linja bħalissa?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sal-aħħar ta’ Settembru 2025 kien hemm erba’ mija u seba’ u disgħin (497) vettura li kienu qegħdin joperaw fis-servizz tat-trasport pubbliku.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn pulizija tat-traffiku bħalissa?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li r-roads policing unit fiha 65 ħaddiem/uffiċjal. Ukoll, illum hemm diversi entitajiet li jassistu f’dak li tradizzjonalment kien ix-xogħol tal-pulizija fit-toroq, fosthom Transport Malta u l-LESA.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hawn impjanti tad-drenaġġ f’Malta u Għawdex? Tista’ tgħid ukoll liema huma dawn l-impjanti u liema huma l-impjanti li mhux qed jiffunzjonaw kif suppost?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li f’Malta u Għawdex hawn tliet impjanti għat-trattament tad-drenaġġ – ta’ Ras il-Ħobż f’Għawdex, Taċ-Ċumnija fil-Mellieħa u Ta’ Barkat fil-limiti tax-Xgħajra u dawn kollha jaqdu l-funzjoni tagħhom kif suppost.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk id-drenaġġ hux qed jiġi ttrattat kollu qabel imur fil-baħar?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li bħala regola d-drenaġġ jiġi trattat kollu. Infakkar ukoll lill-Onor. Interpellanta li llum id-drenaġġ mhux biss jiġi trattat, imma għandna sistema magħrufa bħala ‘New Water’ li saħansitra mid-drenaġġ nagħmlu ilma tajjeb għat-tisqija tal-bdiewa.
L-investiment fis-settur kompla u se jkompli, u ninsab infurmata wkoll li f’każi rari li jkunu nqalgħu xi ħsarat jew diffikultajiet (bħal kawża ta’ xita estrema, it-tfigħ ta’ effluwenti li mhux drenaġġ jew xi ħsarat) it-timijiet tekniċi tal-Water Services Corporation jaġixxu minnufih skont il-każ.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm fatalitajiet minħabba inċidenti tat-traffiku, mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi in-numru ta’ fatalitajiet minħabba inċidenti tat-traffiku, mis-sena 2008 sat-30 ta’ Settembru 2025, kien kif indikat fit-tabella hawn taħt. Infurmat F’wieħed mill każi għad irid jiġi ddeterminat mill-inkjesta, jekk l-inċident kienx il-kaġun tal-mewt tal-vittma.
Sena
Numru ta’ nċidenti tat-traffiku fejn kien hemm fatalitajiet
Numru ta’ fatalitajiet
2008
15
15
2009
16
21
2010
16
16
2011
18
18
2012
10
11
2013
18
18
2014
11
11
2015
11
11
2016
23
23
2017
17
19
2018
17
18
2019
15
16
2020
12
12
2021
9
9
2022
26
26
2023
13
14
2024
12
12
Sa Settembru 2025
16
16
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari li kienu jinvolvu minuri bħala passiġġieri?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ nċidenti tat-traffiku li kienu jinvolvu minuri bħala passiġġieri mis-sena 2020 sat-30 ta’ Settembru 2025, maqsuma sena b’sena, kien kif jidher fit-tabella hawn taħt. It-tabella turi wkoll in-numru ta’ minuri li kienu passiġġiera fl-istess inċidenti.
Sena
Numru total ta’ nċidenti tat-traffiku fejn kien hemm minuri involuti
Numru ta’ minuri li kienu fl-inċidenti tat-traffiku li kienu fihom
2020
71
93
2021
91
131
2022
107
144
2023
94
117
2024
98
140
2025 sa Settembru
47
62
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari li kienu jinvolvu minuri bħala xufiera?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi bejn is-sena 2020 u l-aħħar ta’ Settembru 2025 kien hemm disgħa u għoxrin (29) inċident tat-traffiku fejn kienu involuti persuni taħt it-tmintax-il sena, kif indikat fit-tabella hawn taħt.
Sena
Nru ta’ każi
2020
8
2021
3
2022
5
2023
3
2024
5
2025 sa 30/09
5
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku, mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tirreferi għal Mistoqsija Parlamentari numru 3897 u ninsab infurmat ukoll illi in-numru ta’ nċidenti tat-traffiku, li ġew proċessati mill-pulizija u mill-Aġenzija LESA mis-sena 2022 sal-aħħar ta’ Settembru 2025, maqsuma sena b’sena, kienu kif jidher fit-tabella hawn taħt.
Sena
Total ta’ nċidenti tat-traffiku f’dawn il Gżejjer
2022
15,711
2023
16,410
2024
16,605
Sa September 2025
11,407
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti differenti fil-Young People’s Unit (YPU) minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll x’etajiet kellhom u x’ġeneru? Jista’ jgħid kemm kellu sessjonijiet ma’ psikoloġista kull pazjent minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li sal-15 ta’ Ottubru 2025 daħlu 64 pazjent fil-YPU. Minnhom, 10 pazjenti kellhom bżonn jidħlu aktar minn darba (re-admissions).
Infurmat li 39 huma bniet u 25 subien. Hemm 45 li għandhom bejn 12 u 15-il sena u 19 bejn 16 u 17-il sena.
Infurmat li b’kollox saru 194 sezzjoni ta’ terapija fuq bażi individwali minn psikoterapisti, kif wkoll 115 il- sezzjoni individwali mal-Occupational Therapist.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru gruppi ta’ terapija fil-Young People’s Unit (YPU) minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li bejn Jannar u Ottubru saru 10 gruppi formali ta’ terapija ma’ psikoterapisti. Dawn il-gruppi iffokaw fuq regolazzjoni emozjonali, għarfien personali, tagħlim ma ta’ madwarna kif ukoll mezzi ta’ coping.
Saru wkoll 36 grupp ta’ terapija fiżika mal-fiżjoterapisti.
Infurmat li sfortunatament ikun hemm xi gruppi ta’ tereapija varji li jitħassru minħabba, fost l-oħrajn, tfal jirrifjutaw li jattendu jew għax uħud ikunu għaddejjin minn fażi akuta.
Barra minn hekk, infurmat li saru 194 sezzjoni ta’ terapija fuq bażi individwali minn psikoterapisti, kif wkoll 115-il sezzjoni individwali mal-Occupational Therapist.
Jista’ l-Ministru jgħid kif tkun imqassma ġimgħa tipika fil-Young People’s Unit (YPU)?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li ġimgħa tipika fil-YPU tibda bil-kolazzjoni fis-7.30 a.m. Bejn it-8.00 a.m. u l-11.30 a.m. visti mit-tobba (nhar ta’ Tnejn u l-Erbgħa) u attivitajiet mal-infermiera. Fil-11.30 a.m. ikun hemm l-ikla ta’ nofsinhar. Wara jkun hemm sessjonijiet mal-keyworker u ħin liberu. Nhar ta’ Erbgħa ikun hemm terapija fi grupp ma’ psikologa meta tinħass il-ħtieġa.
Bejn is-2.00 p.m. u t-3.30 p.m. ikollhom ħin għal-logħob u eżerċizzji. Bejn it-3.30 p.m. u l-5.00 p.m. ikun hemm ħin għaż-żjarat. Wara jingħata l-ikel. Bejn il-5.30 p.m. u s-7.00 p.m. ikun hem attivitajiet tal-komunità mal-infermiera. Dawn ikunu segwiti b’diskussjonijiet miftuħa mal-infermiera. Fit-8.30 p.m. jingħata ikel ħafif, iġjene personali u irqad.
Infurmat ukoll li l-psikjatri u speċjalisti jaraw lit-tfal mhux biss fil-ġranet stipulati tal-vista imma wkoll meta tfal ikunu ammessi, kif ukoll skond il-bżonn li jinqala’. L-infermiera huma wkoll aċċessibbli lejl u nhar mat-tfal.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-allokazzjoni għar-riċerka mill-Università ta’ Malta mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena u skont il-qasam tar-riċerka (saħħa, soċjali, teknoloġija, ecc)?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Fid-dawl li l-budget allokat għar-riċerka u innovazzjoni skont il-Eurostat (https://ec.europa.eu/eurostat/web/products-eurostat-news/w/ddn-20241211-2), meta mqabbel mal-GDP, hu ta’ 0.6% u f’termini reali (mhux nominali) dan l-ammont hu inqas mill-2013 (-0.12%) , jista’ l-Ministru jgħid għalfejn l-investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni ma kibirx bl-istess rata li kibret l-ekonomija Maltija?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 27263, jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-baġit allokat għar-riċerka u innovazzjoni fis-sena 2025, u x’inhi l-allokazzjoni f’kull qasam? Jista’ jgħid ukoll jekk f’din iċ-ċifra hux qed jinkludi l-allokazzjoni għar-riċerka fl-Università ta’ Malta? Jekk iva, kemm hi l-allokazzjoni għar-riċerka fl-Università ta’ Malta?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li matul din is-sena l-Universita ta’ Malta s’issa nvestiet €497,490.54 fuq riċerka.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin - Priġunieri b’mard terminali
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28872 fejn ingħad li hemm tliet priġunieri b’mard terminali fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-policy u l-prassi f’dawn iċ-ċirkustanzi sensittivi u fejn qed jirċievu l-kura dawn il-priġunieri? Jista’ jgħid ukoll jekk f’dawn iċ-ċirkustanzi tiġix ikkunsidrata li l-priġunieri jitħallew iqattgħu ħafna mill-ħin tagħhom mal-familjari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li l-kura medika għall-priġunieri li jbatu minn mard terminali titwettaq mit-tim mediku tal-Medical Intervention Clinic fi ħdan il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fejn fl-aħħar snin kompla jsir xogħol importanti ta’ investiment bil-għan li jingħata servizz aqwa.
Id-deċiżjonijiet kliniċi jittieħdu mill-professjonisti fuq bażi individwali, skont il-pronjożi tal-każ, ix-xewqat espressi tal-priġunier, il-bżonnijiet kliniċi immedjati, kif ukoll il-kunsiderazzjonijiet ta’ sigurtà meħtieġa. F’kull każ, tiġi garantita parità mal-livell ta’ kura disponibbli fil-komunità.
Kif u Fejn tingħata l-kura
•
Kura ġewwa l-ħabs
— Kontroll tas-sintomi, assistenza paljattiva, reviżjonijiet mediċi regolari u għajnuna oħra necessarja jiġu pprovduti mit-tobba u l-infermiera tal-Facilta Korrettiva ta’ Kordin skont il-bżonnijiet tal-priġunieri u l-esiġenzi kliniċi.
•
Kura segwita minn speċjalisti
— It-team mediku tal-ħabs isegwi l-istruzzjonijiet tal-ispeċjalisti kuranti u jassiguraw li jinżammu l-appuntamenti regolari fil-kliniċi esterni (out-patient clinics) ma dawn l-ispeċjalisti.
•
Referiment għall-kura esterna
— Meta meħtieġ, il-priġunieri jiġu riferuti għal kliniċi esterni (out-patient clinics). F’kazijiet fejn il-prigunieri jeħtieġu kura avvanzata, dawn jiġu trasferiti għal “in-patient admission” ġewwa faċilitajiet mediċi adegwati, inklużi l-Isptar Mater Dei jew SAMOC. B’hekk tiġi żgurata kura ekwivalenti għal dik li tingħata fil-komunità f’każijiet simili.
•
Dinjita u sigurta
— Il-pjanijiet kliniċi u operazzjonali għall-kura u t-trasferimenti huma mfassla biex jipproteġu d-dinjita tal-priġunier, jippermettu kuntatt mal-familja fejn ikun possibbli, u jnaqqsu r-restrizzjonijiet mhux meħtieġa fil-limitu tal-miżuri operazzjonali ta’ sigurtà.
Teħid ta’ deċiżjonijiet, dokumentazzjoni u eskalazzjoni
•
Multidisciplinary approach
— Każijiet kumplessi jew sensittivi jiġu indirizzati permezz ta’ diskussjoni multidixxiplinari li tinvolvi l-ispeċjalisti kuranti u t-team mediku tal-ħabs, li jinkludi t-tobba u l-infermiera. Ħafna drabi jiġu nvoluti wkoll kemm il-psikoloġisti kif ukoll is-social workers.
•
Dokumenti kliniċi
— Kull dokumentazzjoni fuq id-deċiżjonijiet mediċi, kemm dawk meħuda mit-team mediku tal-ħabs kif ukoll minn speċjalisti esterni, jiġu kollha reġistrati fil-file mediku tal-priġunier.
•
Notifika lill-Bord tal-Parole
— Meta l-evalwazzjoni klinika tikkonkludi li s-sitwazzjoni medika tal-priġunier mhux kompatibbli mal-ambjent ġewwa l-ħabs, it-team mediku jinforma lill-management tal-ħabs u l-awtoritajiet oħra relevanti, inkluż lill-Bord tal-Parole, sabiex jiġi kkunsidrat rilaxx kompassjonat jew akkomodazzjoni alternattiva fil-komunità.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid minn meta ġew mogħtija t-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 11200, 14932 u 23051, jekk qattx ġew avviċinati l-familjari tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia biex jiddiskutu monument iddedikat għaliha?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li m’hemmx diskussjonijiet għaddejjin dwar din l-materja.
Infakkar li l-Gvern immexxi minni dejjem wera rispett lejn il-memorja tas-Sinjura Caruana Galizia u lejn l-familja tagħħa, mhux biss fl-anniversrju tal-mewt tagħħa imma tul is-sena kollha.