B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28862 dwar kemm hemm priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin bħalissa, jista’ l-Ministru jagħti l-kwantità u l-ġeneru skont il-pajjiżi msemmija fl-istess tweġiba?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li fl-1 ta’ Novembru 2025 kien hemm 733 -il persuna fil-
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. In-nazzjonalità u l-ġeneru tagħhom huwa kif indikat fit-tabella t’hawn taħt.
Nationality
Male
Female
ALBANIAN
8
ALGERIAN
3
BANGLADESHI
1
BELGIAN
1
BOSNIAK
1
BRAZILIAN
2
1
BRITISH
7
BULGARIAN
3
BURKINABE
1
CANADIAN
1
CAPE VERDEAN
1
CHADIAN
2
CHILEAN
1
CHINESE
2
COLOMBIAN
8
3
CONGOLESE
1
CROATIAN
3
DANE
1
DOMINICAN
1
2
DUTCH
6
1
ECUADORIAN
3
1
EGYPTIAN
3
ERITREAN
6
ETHIOPIAN
3
FILIPINO
1
1
FRENCH
5
GAMBIAN
9
GEORGIAN
5
GERMAN
6
GHANAIAN
3
GREEK
2
1
GUINEA-BISSAU NATIONAL
1
1
HUNGARIAN
3
1
INDIAN
8
IRAQI
1
IRISH
2
ITALIAN
21
IVOIRIAN
3
JAPANESE
1
KUWAITI
1
LIBYAN
30
MACEDONIAN
6
MALAYSIAN
4
MALIAN
2
MALTESE
320
37
MOLDOVAN
1
MONTENEGRIN
1
MOROCCAN
9
1
NEPALESE
1
NIGERIAN
18
NIGERIEN
2
NORWEGIAN
1
PAKISTANI
5
PALESTINIAN
1
PANAMANIAN
1
1
PERUVIAN
2
2
POLISH
2
PORTUGUESE
4
1
ROMANIAN
19
1
SENEGALESE
2
SERB
12
1
SEYCHELLOIS
1
SLOVAK
2
SLOVENE
2
SOMALI
43
2
SPANIARD
2
1
SUDANESE
11
SURINAMESE
1
SWEDE
1
SYRIAN
13
1
TOGOLESE
1
TUNISIAN
4
TURK
2
UKRAINIAN
2
1
VENEZUELAN
1
2
Tfal imwielda Malta minn ġenituri ta’ pajjiżi terzi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27303 u 29013 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u jgħid kemm hawn tfal minn ġenituri ta’ pajjiżi terzi li twieldu f’Malta? Jista’ jgħid ukoll minn liema pajjiżi terzi ġejjin dawn it-tfal u li bħalissa qegħdin hawn Malta u jaqsam din l-informazzjoni b’numri u persentaġġi?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29897, dwar ir-“Regoli dwar il-Kreditu tat-Taxxa (Kwalifiki ta' Edukazzjoni Ogħla)”, peress li l-imsemmija klawsola tgħid li din “tingħata lil individwu li għadu ma laħaqx l-età ta' erbgħin sena fid-data li fiha beda l-kors jew il-programm ta' studju inkwistjoni”, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx konsiderazzjoni li din titwessa' għal persuni ta’ 'l fuq minn 40 sena, partikolarment meta qegħdin inħeġġu l-“lifelong learning”?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li dan is-suġġeriment jista’ jiġi kkunsidrat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni sabu xogħol full-time fl-Iskema tal-Community Work? Jista’ jgħid ukoll kemm persuni sabu xogħol full-time fil-privat f’din l-iskema minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li mill-2016 sal-aħħar ta’ Settembru 2025, mitejn u tlieta u sittin (263) persuna sabu xogħol full-time.
Jista’ l-Ministru jgħid x’taħriġ qed jirċievu l-persuni fl-Iskema tal-Community Work? Jista’ jgħid ukoll fejn qed isir ix-xogħol fil-komunità u minn kemm persuni fuq din l-iskema?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li l-persuni fl-Iskema tal-Community Work irċivew taħriġ fis-suġġetti li jidhru hawn taħt:
Award in Interpersonal and Communication Skill
Award in Basic Problem-Solving Skills
Award in Time Management Skills
Award in Workplace Ethics Skills
Award in Self-Awareness Skills
Award in Learning to Learn Skills
Award in Health & Safety
Award in General English
Award in Anger Management
Award in Teamwork Skills
Infurmat li dawn il-ħaddiema jkunu assenjati ma’ diversi entitajiet fosthom Kunsilli Lokali, skejjel, Ngo’s, dipartimenti u direttorjati.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fl-Iskema tal-Community Work bħalissa? Jista’ jgħid ukoll kemm ilhom fuq din l-iskema u jipprovdi l-ġeneri u l-etajiet tagħhom?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li sal-aħħar ta’ Settembru 2025, huwa 991 persuna. Infurmat li 274 huma nisa u 717 huma rġiel.
Jista’ l-Ministru jagħti lista’ ta’ liċenzji ta’ armi tan-nar maqsuma skont il-kategoriji u jipprovdi n-numru ta’ reġistrati skont il-kategorija?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-lista tal-liċenzji ta’ armi tan-nar, maqsuma skont il-kategoriji, tinsab fit-tabella t’hawn taħt. Infurmat ukoll li jista’ jkun hemm persuni li għandhom aktar minn liċenzja waħda minn dawk imsemmija.
Kategorija tal-liċenzja
Ammont ta’ persuni
*
liċenzjati
(*persuna jista jkollha aktar minn liċenzja waħda)
Hunting ground birds, sea birds, rabbit
12845
Targets A, B, A Special,
14746
Target B
8694
Collector A
1524
Collector B
6692
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21885 dwar meta ser terġa’ tinfetaħ l-għassa tal-pulizija ġewwa l-Imsida, fejn ġie mwieġeb li “qed jiġi offrut servizz bi sħab mal-Kunsill Lokali tal-Msida mill-istess bini tal-Kunsill sabiex jassisti lill-pubbliku.”, jista’ l-Ministru jgħid jekk is-servizz tal-pulizija hux qed jingħata mill-binja tal-Kunsill Lokali u jagħti iktar dettalji?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li minn meta kienet imwieġba dik id-domanda tlesta x-xogħol fuq l-għassa tal-Gżira (li mhix bogħod mill-Imsida) u għalhekk fetħet u beda jingħata s-servizz minn hemm.
Infakkar ukoll lill-Onorevoli Interpellant ukoll li l-Imsida hija kopertà wkoll mill-Pulizija tal-Komunità.
Intant, ix-xogħol fuq l-għassa tal-Imsida għaddej biex din tiftaħ bħala post isbaħ u li minnu jingħata servizz aqwa.
Żjarat ta’ pets meta s-sid ikun rikoverat fl-Isptar Mount Carmel
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-pets hux qegħdin jitħallew iżuru lil sidhom meta dan ikun rikoverat fl-Isptar Mount Carmel? Jekk iva, jista’ jgħid kif u fejn, u x’inhi l-policy?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li żjarat lill-annimali domestiċi minn persuna rikoverata fl-isptar huma permessi. Għandu jintalab permess mingħand il-Kap tal-Infermiera tas-sala fejn il-pazjent hu rikoverat.
Skond il-proċedura tal-isptar li nħarġet fl-2016, jiġi jikkunsidrat dan li ġej, qabel jingħata permess:
• Riskji li jista’ jkun hemm għall-annimal jew għal pazjenti oħra.
• Huwa rakkomandat li ż-żjara ssir fil-ġnien.
• Jekk iż-żjara ssir ġo kamra fis-sala fejn ikun rikoverat il-pazjent, il-pazjenti l-oħra jiġu infurmati bil-preżenza tal-annimal, f’każ li jkollhom xi biża’ jew allerġija.
• Jekk ikun magħruf li xi pazjent għandu biża’ jew allerġija għall-annimali, iż-żjara għandha ssir f’kamra separata, ’il bogħod miż-żona klinika (preferibbilment f’kamra li normalment ma tintużax mill-pazjenti).
• Il-kamra tiġi mnaddfa sewwa wara ż-żjara.
• Iż-żjarat tal-annimali ma jsirux jekk l-annimal ikun marid jew għandu dijarea.
• Jingħata il-parir li l-annimal għandu jittieħed xi mixja qabel iż-żjara biex jitnaqqas ir-riskju li jħammeġ fuq il-post taż-żjara.
• Il-klieb għandhom jinżammu biċ-ċinga f’kull ħin u jkunu taħt is-superviżjoni tal-persuna li ġabitom fis-sala.
• L-annimal jista’ jżur biss lis-sid tiegħu u mhux lil pazjenti oħra.
• F’każ li l-annimal jew xi pazjent ieħor juru sinjali ta’ tħassib jew stress waqt iż-żjara, l-istaff tas-sala jitlob li l-annimal jinħareġ mis-sala.
Il-Proċedura tal-isptar teżiġi li ċertu annimali domestiċi m’għandhomx jitħallew jiddaħħlu fl-isptar. Dawn jinkludu annimali aggressivi u eżotiċi (inklużi rettili u sriep) kif ukoll annimali żgħar bħall-frieħ ta’ klieb (inqas minn 6 xhur) u qtates żgħar (inqas minn 9 xhur).
Żjarat ta’ pets meta s-sid ikun rikoverat fis-SAMOC
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-pets hux qegħdin jitħallew iżuru lil sidhom meta dan ikun rikoverat fis-SAMOC? Jekk iva, jista’ jgħid kif u fejn, u x’inhi l-policy?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-awtoritajiet tas-SAMOC żviluppaw policy dwar l-annimali domestiċi li ilha fis-seħħ mill-2016.
Infurmat li l-pazjenti huma ssapportjati biex jaraw l-annimal domestiku tagħhom personali biex jgħinhom ikollhom kwalità ta’ ħajja aħjar. Fl-istess ħin, tinżamm f’moħħ l-amministrazzjoni, li l-pazjent innifsu, l-qraba u pazjenti oħra huma protetti f’kull ħin speċjalmnet minħabba gdim jew grif. Enfanżi partikolari tingħata lir-riskju taz-zoonosis.
Infurmat li l-proċess jibda minn meta l-pazjent jagħmel it-talba fis-sala partikolari fejn ikun il-pazjent. Il-konsulent jagħti l-approvazzjoni jekk ma jara ebda riskju għas-saħħa tal-pazjent.
Il-pazjent jiltaqa’ mal-annimal domestiku f’żona apposta, aċċessibbli mill-Level -1 tas-SAMOC. L-aċċess hu ‘fully accessible’ inkluż għall-pazjent fis-sodda.
Infurmat ukoll li s-saħħa u l-kundizzjoni tal-pazjent hi l-ħin kollu miżmuma bħala priorità. Il-pazjent ikun akkumpanjat minn membru tal-istaff tas-SAMOC.
Żjarat ta’ pets meta s-sid ikun rikoverat fl-Isptar Mater Dei
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-pets hux qegħdin jitħallew iżuru lil sidhom meta dan ikun rikoverat fl-Isptar Mater Dei? Jekk iva, jista’ jgħid kif u fejn, u x’inhi l-policy?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li annimali domestiċi huma permessi fil-Pet Cabin li tinsab f’Blue Level 0. Meta pazjent juri x-xewqa li jżur annimal domestiku, l-istaff tal-Ward fejn il-pazjent ikun qiegħed, jinforma lill-konsulent għall-approvazzjoni u din tiġi dokumentata fil-file tal-pazjent.
Ma jkunx hemm restrizzjonijiet biex il-pazjent iżur l-annimali domestiċi sakemm ma jkunx hemm raġunijiet mediċi.
Infurmat ukoll li hemm restrizzjonijiet dwar xi għamliet ta’ annimali domestiċi, għal raġunijiet li jistgħu jitrasmettu nfezzjonijiet jew ikunu aggressivi. Infurmat li normalment mhemmx restrizzjonijiet fuq klieb u qtates.
Jista’ l-Ministru jgħid meta tnediet il-helpline 1400? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm persuni li użaw il-linja 1400 u b’kemm naqas il-ħin ta’ stennija fl-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei minn meta tnediet?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li sal-Ħadd, 26 ta’ Ottubru, kien hemm 11,172 persuna li użaw il-linja 1400. Is-servizz tal-helpline 1400 beda fis-27 ta’ Mejju 2025.
It-tweġiba għat-tieni parti tal-mistoqsija tal-Onor. Interpellant mhijiex waħda faċli.
Il-pazjenti li ibbenefikaw l-aktar mil-1400 huma dawk li ma jkunx jidher li għandhom mard li jkun ta’ periklu imminenti għal ħajjithom jiġifieri il-kategorija tal-ESI 3. F'din il-kategorija kien hemm żieda ta’ 14%, fin-numru ta pazjenti li bdew it-trattament fl-ewwel sagħtejn.
Wieħed irid iżomm f’rasu li jekk wieħed iqabbel Ġunju sa Settembru 2024 ma’ dawk bejn Ġunju u Settembru tal-2025, kien hemm żieda ta' 8.5% fil-kategoriji ta’ pazjenti hekk msejjħa ESI 1 u 2 (jiġifieri l-aktar kategoriji akuti, li jehtieġu kura urġenti), u kien hemm żieda ta' 9%, fil-kategoriji anqas urġenti, hekk msejjħa ESI 3.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19756, jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex l-Epipen tiddaħħal fix-Schedule V? Jista’ jgħid ukoll meta hu previst li dan il-proċess jiġi finalizzat?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li bħalissa jinsab fi stadju avvanzat biex l-anafilassi tiżdied bħala kundizzjoni fix-Schedule V. Dan huwa pass importanti biex il-pazjenti jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-mediċina bla ħlas għat-tali kundizzjoni.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26364, jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex il-PEP u l-PREP jiddaħħlu fil-Formolarju tal-Gvern? Jista’ jgħid ukoll meta hu previst li dan il-proċess jiġi ffinalizzat?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-estimu tan-numri ta’ pażjenti li jistgħu potenzjalment jibbenefikaw minn dawn il-mediċini huwa ffinalizzat. Bħalissa għaddej ix-xogħol tekniku u fil-ħin propizju jitħabbru d-dettalji.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25674, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fuq il-lista ta’ stennija għall-operazzjoni tal-katarretti fil-ġurnata li fiha qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-istennija għall-operazzjoni tal-kataretti, minn ħames snin tistenna taħt Gvern Nazzjonalista, illum il-perjodu niżel għal tlett xhur.
Infurmat ukoll li fil-mument hemm 90 pazjent bi stennija aktar minn dak stipulat fiċ-Charter tal-Pazjent. Nippreċiża li nominalment din iċ-ċifra tinkludi persuni, li meta ġew ikkuntatjati jew m’aċċettawx l-appuntamenti li rċevew, inkella jkunu persuni li l-Isptar ma rnexxilux ikollu kuntatt magħhom, jew persuni li minħabba l-kundizzjoni tagħhom ma jistgħux jiġu operati barra minn Mater Dei.
Infakkar li l-Gvern ħa l-inizjattivi li minbarra l-operazzjonijiet li normalment isiru fl-isptarijiet tagħna, isiru operazzjonijiet ‘extra’ tal-kataretti fl-Isptar Mater Dei u fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex. Hemm pjanat li anke jibdew isiru dawn l-operazzjonijiet f’Ċensu Moran, Ċentru Reġjonali tas-Saħħa.
Operazzjoni ta’ knee replacement - Lista ta’ stennija
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29038, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fuq il-lista ta’ stennija għall-operazzjoni ta’ knee replacement fil-ġurnata li fiha qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li filwaqt li meta weġibt il-Mistoqsija Parlamentar 29038 kien hemm 1,054 pazjent li qed jistennew total knee replacement, aktar minn dak stipulat fiċ-Charter tal-Pazjenti, dan l-ammont issa niżel għal 715.
Nominalment dawk huma il-figuri li jinkludu persuni li meta ġew ikkuntatjati m’aċċettawx l-appuntament li rċevew, persuni li ma stajniex nikkuntatjaw u persuni li minħabba l-kundizzjoni tagħhom ma jistgħux jiġu operati barra minn Mater Dei.