Jista’ l-Ministru jgħid meta sar l-aħħar eżerċizzju ta’ evalwazzjoni tas-servizzi pprovduti mill-Aġenzija għall-Għajnuna Legali? Jista’ jgħid ukoll kif qed jiġi żgurat li persuni li ma jistgħux iħallsu avukat privat jingħataw għajnuna adegwata u sodisfaċenti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex tressaq din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-gvern għall-immodernizzar tal-qorti preżenti, u jekk dan jinkludix l-installazzjoni tal-arja kkundizzjonata fil-kurituri tal-qrati?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-investiment fl-immordenizzar tal-Qorti preżenti huwa wieħed kontinwu. Dan l-investiment kien jinkludi:
- Żieda ta’ uffiċini ġodda fit-tielet sular,
- Awla ġdida mgħammra b’teknoloġija avvanżata sabiex isiru l-ġurijiet fiha,
- Security Control Room,
- Sistema tal-Audio ġdida,
- Tqegħid ta’ travertine ġdid fid-daħla tal-Qorti,
- Installazzjoni ta’ Sistema ta’ arja kkunddizzjonata ġdida fir-raba’ sular u foyer tal-Qorti,
- Installazzjoni ta’ dawl ġdid mal-faċċata tal-Qorti,
- Rinovar tal-binja tal-Qorti tal-Familja u żieda ta’ Awla ġdida,
- Uffiċini ġodda fis-sezzjoni tal-Qorti tal-Kriminal,
- Platform lift ġdid,
- Restawr tax-Shafts,
- Sistema ta’ Arja kkundizzjonata ġdida fil-binja St Thomas More,
- Żewġ magni tal-Xray ġodda,
- Rekord ta’ investiment fir-riżorsa umana, bl-akbar numru ta’ ħaddiema, total ta' 598 ħaddiema, li jinkludu 92 Avukat, li 41 jipprestaw is-servizz tagħhom bħala Court Attorneys u 51 bħala Assistent Ġudizzjarji. Ta min wieħed jinnota li dawn fl-2012 kienu jammontaw għal biss 21 Assistent Ġudizzjarju fuq bażi part-time u dan wara li fl-2015 Gvern Laburista introduċa l-irwoli ta' Court Attorneys.
Rigward is-sistema tal-arja kkundizzjonata fil-kuruturi tal-Qrati, ninforma lill-Onor. Interpellant li lejn l-aħħar tas-sena 2024, l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati kkummissjonat studju fuq il-possibilta’ li tiġi nstallata sistema tal-arja kkundizzjonata fil-kurituri tal-qrati. Dan ir-rapport qed jiġi analizzat mill-Aġenzija sabiex tiġi evalwata il-vijabilta’ li tiġi installata s-sistema tal-arja kkundizzjonata fil-kurituri tal-Qrati kemm mill-lat ta’ spiża kapitali, spiża rikurrenti u l-impatt fuq is-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku tal-Qorti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ilha magħluqa l-għassa tal-pulizija tal-Imsida?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li ingħalqet lejn l-aħħar tas-sena 2023 sabiex isiru x-xogħlijiet. Fl-istess żmien sar investiment fl-għassa tal-Gżira biex minnha jiġi offrut servizz, kif ukoll hemm preżenti servizz mill-Pulizija tal-komunità.
Special Learning Difficulties Service – Studenti li għamlu użu mis-servizz
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti bil-kundizzjoni tad-dyslexia li użaw is-servizz Special Learning Difficulties Service (SpLD), mill-2020 sal-2025, maqsuma sena b’sena?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
L-Università ta’ Malta – Master of Social Work – Stipendju
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26180 dwar l-istipendju tal-istudenti f’korsijiet tas-social work, li fiha ntqal li “wara studju li sar dan il-kors qed jiġi elevat għal klassifikazzjoni ta’ stipendju ‘High Priority’ b’kuntratt ta’ ‘Working Placement’ ta’ tliet (3) snin.”, jista’ l-Ministru jagħti aktar dettalji dwar dawn il-miżuri?
Jista’ jgħid ukoll xi promozzjoni saret mill-Università ta’ Malta sabiex il-miżuri tajbin imsemmija fit-tweġiba, jitħabbru b’mod effettiv sabiex jattiraw iktar studenti lejn is-social work?
Jista’ jagħti d-data tal-istqarrija pubblika jew tal-press conference li fiha tħabbru dawn il-miżuri u jippreżenta kopja ta’ din l-istqarrija pubblika?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta, li nżammu żewġ press conferences rigward dawn il- miżuri, kopja tagħhom qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29924 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u jgħid kemm irreżenjaw avukati mil-Legal Aid fis-sena 2023?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi matul is-sena 2023 kien hemm appuntati 26 avukat għall-għajnuna legali f’Malta u 3 avukati għall-għajnuna legali f’Għawdex. Matul is-sena 2023 irreżenjaw 5 avukati għall-għajnuna legali f’Malta li ġew sostitwiti b’avukati oħra.
Jista’ l- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29923 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u jgħid kemm irreżenjaw avukati mil-Legal Aid fis-sena 2024?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi matul is-sena 2024 kien hemm appuntati 59 avukat għall-għajnuna legali f’Malta u 8 avukati għall-għajnuna legali f’Għawdex, fuq diversi panels speċjalizzati. Matul is-sena 2024 irreżenjaw 3 avukati w kien hemm 1 avukat deċedut għall-għajnuna legali f’Malta li ġew sostitwiti b’avukati oħra.
Jista’ l- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29922 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u jgħid kemm irreżenjaw avukati mil-Legal Aid fis-sena 2025 u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi matul is-sena 2025 kien hemm appuntati 51 avukat għall-għajnuna legali f’Malta u 8 avukati għall-għajnuna legali f’Għawdex, fuq diversi panels speċjalizzati. Matul is-sena 2025 irreżenjaw 3 avukati u kien hemm avukat deċedut għall-għajnuna legali f’Malta, li ġew sostitwiti b’avukati oħra.
Awtorità indipendenti dwar id-drittijiet tal-bniedem
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29921 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u jgħid x’sar minnhom il-pjanijiet biex ikun hemm awtorità indipendenti u b’qafas kostituzzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor Interpellanta li dan il-gvern wettaq riformi bla preċedent biex issaħħaħ l-ugwaljanza u r-rispett sħiħ lejn id-drittijiet tal-bniedem. Infakkar li kien dan il-gvern li waqqaf id-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem fejn l-irwol ta’ dan id-Direttorat huwa li jaħdem fuq policies li jsaħħu l-ugwaljanza f’pajjiżna. Għaldaqstant, kif imwiegħed fil-manifest elettorali Malta Flimkien, il-gvern se jkompli jaħdem biex titwaqqaf awtorita indipendenti li tiffoka biss fuq il-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem. Sal-lum, dan l-irwol importanti huwa provdut mill-Qorti Kostituzzjonali li hija organu awtonomu u indipendenti, hekk kif f’diversi okkażjonijiet ipprovdiet rimedju f’każijiet bħal dawn.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie allokat baġit lil Malta mill-Unjoni Ewropea?
Jista’ jgħid ukoll:
i. kemm fondi ġew utilizzati s’issa (f’numri assoluti u persentaġġi);
ii. kemm minnhom għadhom ma ntefqux;
iii. liema oqsma tal-fondi tal-UE l-iktar li ntefqu; u
iv. liema oqsma tal-fondi tal-UE l-iktar li ma ntefqux?
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jinfetaħ l-isptar tal-annimali f’Ta’ Qali?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa għaddejja ħidma mal-operatur magħżul li se jopera l-Isptar tal-Annimali f’Ta’ Qali, sabiex jitwettqu t-tħejjijiet neċessarji
biex l-isptar jerġa’ jiftaħ u joffri servizz ta’ kwalità fil-ġimgħat li ġejjin.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew kompluti proġetti minn Project Green, minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Tista’ tispeċifika liema huma dawn il-proġetti u fejn huma?
Response (DALLI, MIRIAM)
Fl-aħħar tliet snin tellaqna diversi proġetti u mill-bidu tal-leġiżlatura s’issa, l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ambjent, waħidom wettqu 62 proġett differenti mifruxin madwar il-pajjiż. Il-ħidma fuq dawn il-proġetti hija maqsuma fuq tliet binarji, il-ħolqien ta’ spazji miftuħa ġodda, ir-riġenerazzjoni ta’ spazji li kienu mitluqin għal ħafna snin kif ukoll widien, u ż-żamma aħjar ta’ spazji eżistenti.
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li filwaqt li Project Green hija responsabbli mill-maġġoranza tal-proġetti u nħolqot proprju għalhekk, proġetti oħra saru wkoll, qegħdin isiru jew se jitwettqu minn entitajiet oħrajn li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi. Barra minn hekk, dan l-isforz huwa mifrux mal-gvern kollu b’entitajiet u ministeri differenti jagħtu l-kontribut huma wkoll b’diversi proġetti li saru jew qegħdin isiru min-naħa tagħhom.
Min-naħa tagħha, Project Green s’issa wettqet 28 proġett. Minn dawn, din is-sena l-aġenzija lestiet Ġnien fil-Laboratorju tal-Paċi f’Ħal Far, Ġnien tal-Komunità fil-Qajjenza, Birżebbuġa, Ġnien San David f’Pembroke, Ġnien Kacey Sciberras f’San Pawl il-Baħar, Ġnien l-Iskultura f’Santa Luċija, proġett ieħor li sar fil-Park ta’ Sant’Antnin f’Marsaskala fejn saru żewġ żoni dedikati għat-tfal u l-adoloxxenti, u Ġnien Zaylen Borg f’Raħal Ġdid li ġie nawgurat proprju lbieraħ.
Proġetti oħrajn li diġà saru din is-sena jinkludu parti mill-Walking Trail tal-Victoria Lines, xogħlijiet fil-Ġnien Kostali ta’ Wied iż-Żurrieq, riġenerazzjoni ta’ Ġnien Kenn tas-Salvatur fl-Għasri, tisbiħ ta’ Ġnien Palma f’Ħ’Attard, proġett ta’ tisbiħ bil-ħolqien ta’ spazji urbani ħodor fiż-żona Tar-Rabbat fil-Ħamrun, ħolqien ta’ ġnien pubbliku fl-Iskola Primajra ta’ Għajnsielem, u l-Proġett Silva Pathways fejn ġew restawrati żewġ żoni afforestati fl-Aħrax ta’ Ġewwa u l-Miżieb, fil-Mellieħa li kollha saru minn Ambjent Malta, il-Walking Trail f’Wied il-Qlejgħa mill-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma (EWA) kif ukoll il-proġett ta’ riġenerazzjoni tad-daħla tal-Isla, restawr tas-swar ta’ San Mikiel u Ġnien tal-Marina f’Tal-Pietà li saru mill-GHRC.
Bħalissa għaddejjin xogħlijiet mill-enitatijiet rispettivi fuq diversi proġetti oħrajn madwar il-pajjiż u fuq l-ippjanar biex jinbdew oħrajn. Fost dawn hemm dawk li għadna kemm ħabbarna l-ġimgħa li għaddiet biex jinbdew proġetti ġodda biex jinħolqu aktar spazji ħodor, ġonna edukattivi u żoni ta’ rikreazzjoni sostenibbli f’35 skola primarja u sekondarja madwar Malta u Għawdex. Dawn il-proġetti se jsiru minn Project Green bħala parti mill-Green School Initiative, inizjattiva li twieldet minn dak li talbu l-istudenti stess li jkollhom skejjel li jressqu n-natura eqreb lejhom.
F’dak li jirrigwarda tħawwil ta’ siġar, mill-bidu ta’ din il-leġiżlatura ħawwilna 60,000 siġra, li 9,000 minnhom tħawlu din is-sena. Hanwhekk ukoll tnediet inizjattiva minn Project Green biex tgħin lin-nies jiksbu s-siġar biex iħawluhom fl-art tagħhom. B’kollox se noffru aktar minn 70,000 siġra u diġà hemm rispons tajjeb ħafna mill-pubbliku għal din l-inizjattiva.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24286 dwar jekk is-servizz tal-Wellness Hub fl-MCAST joffrix servizz ta' social work, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-proċess biex jiġu ingaġġati żewġ social workers ġiex komplut?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra
Jista’ l-Ministru jgħid x'tip ta' regolamentazzjoni teżisti għal persuni li jaqraw ix-xorti f’pajjiżna?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Liġijiet ta’ Malta jagħmlu referenza għal persuni li jaqraw ix-xorti fil-paragrafu (l) tal-artikolu 338 tal-Kodiċi Kriminali (Kap. 9).
Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – Annimali li jagħtu servizz
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm annimali li jagħtu s-servizz tagħhom fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ annimali huma u f’liema units iservu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili bħalissa hemm seba’ (7) klieb li joperaw fit-taqsima tal-
Arson Investigation
, responsabbli mill-identifikazzjoni ta’ fjuwil, u fit-taqsima tal-USAR fejn il-klieb jitħarrġu fit-tiftix ta’ vittmi qalb it-tifrik.
Il-Forzi Armati ta’ Malta – Annimali li jagħtu servizz
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm annimali li jagħtu s-servizz tagħhom fil-Forzi Armati ta’ Malta? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ annimali huma u f’liema units iservu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li mhemmx annimali jagħtu s-servizz tagħhom fil-Forzi Armati ta’ Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm annimali li jagħtu s-servizz tagħhom fil-Korp tal-Pulizija? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ annimali huma u f’liema units iservu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għal tweġibiet parlamentari 31335, 31336 u 31337.