Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 30738 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u tgħid xi pjanijiet hemm biex jinfetaħ krematorju tal-bnedmin f’Malta?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.
‘I Belong Programme’ - Kandidati li bdew u temmew b’suċċess
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30706 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u jgħid kemm kien hemm kandidati li bdew u temmew b’suċċess il-programm ta’ ‘I Belong’ minn meta beda l-programm sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena u minn liema pajjiż?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta sabiex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.
‘I Belong Programme’ - Kandidati li bdew u temmew b’suċċess
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30705 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u jgħid kemm kien hemm kandidati li bdew u temmew b’suċċess il-programm ta’ ‘I Belong’ għal din is-sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta sabiex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30636 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u jgħid kemm hemm persuni fuq il-lista ta’ stennija għal ‘I Belong Programme’ u li ilhom fil-lista ta’ stennija skont dawn iż-żminijiet:
· 0 – 6 xhur;
· 7 – 12-il xahar;
· 13 – 18-il xahar;
· 19 – 24 xahar; u
· 24+ xahar?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta sabiex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30284 u jgħid jekk iż-żieda fl-istipendju kinitx miżura effettiva biex tattira iktar studenti jagħżlu l-kors tas-social work? Jekk le, x’miżuri ġodda ser jittieħdu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30621 u jgħid kemm kienet l-allokazzjoni għar-riċerka mill-Università ta’ Malta mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena u skont il-qasam tar-riċerka (saħħa, soċjali, teknoloġija, eċċ)?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30620 u ċjoè: Fid-dawl li l-budget allokat għar-riċerka u innovazzjoni skont il-Eurostat (https://ec.europa.eu/eurostat/web/products-eurostat-news/w/ddn-20241211-2), meta mqabbel mal-GDP, hu ta’ 0.6% u f’termini reali (mhux nominali) dan l-ammont hu inqas mill-2013 (-0.12%) , jista’ l-Ministru jgħid għalfejn l-investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni ma kibirx bl-istess rata li kibret l-ekonomija Maltija?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Malta tkompli ssaħħaħ l-impenn tagħha lejn ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, billi żżomm perkors ta’ investiment sostenibbli u tibni pedamenti sodi biex jintlaħaq l-għan nazzjonali ta’ 2% tal-Prodott Gross Domestiku (PGD). Matul l-aħħar għaxar snin, saru titjib strutturali sinifikanti biex jitħeġġeġ ekosistema t’innovazzjoni sostenibbli u dinamika.
F’dan ir-rigward, Il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jkompli jappoġġja b’mod konkret ir-riċerka u l-innovazzjoni permezz ta’ investiment dirett kemm fl-Università ta’ Malta kif ukoll f’entitajiet pubbliċi oħra li jaħdmu f’dan il-qasam.
Tul il-perjodu 2020 sa 2025, l-Università ta’ Malta rċeviet finanzjament totali ta’ €7,576,012.14 mid-diversi line votes relatati mar-riċerka, imqassma fuq oqsma ewlenin bħas-saħħa, is-soċjali, it-teknoloġija u l-edukazzjoni. Dan l-investiment kien maħsub biex isaħħaħ il-kapaċità akkademika u riċerkattiva tal-pajjiż u jħeġġeġ aktar kollaborazzjoni ma’ setturi industrijali u internazzjonali.
Barra minn hekk, il-Gvern impenja ruħu f’investiment ta’ madwar €40 miljun fiċ-Ċentru tar-Riċerka tal-Università ta’ Malta, proġett strateġiku li se jsaħħaħ l-infrastruttura nazzjonali tar-riċerka u jpoġġi lill-pajjiż fuq livell ġdid ta’ eċċellenza xjentifika u teknoloġika. Dan iċ-ċentru se jservi bħala punt ta’ konverġenza bejn l-akkademja, l-industrija u l-innovazzjoni, u se joffri spazji avvanzati għar-riċerkaturi u għall-kollaborazzjoni internazzjonali.
Fl-istess ħin, matul is-sena 2025 biss, il-Ministeru ffinanzja 9 proġetti ta’ riċerka ġodda f’diversi oqsma ta’ innovazzjoni, b’investiment totali ta’ madwar €700,000. Dawn il-proġetti ġew magħżula b’mod strateġiku biex jallinjaw mal-prijoritajiet nazzjonali tal-Smart Specialisation Strategy 2021–2027, li tidentifika sitt oqsma tematiċi ta’ potenzjal għoli: saħħa u benessri, użu sostenibbli tar-riżorsi u adattament għat-tibdil fil-klima, manifattura intelliġenti, teknoloġiji marittimi u tal-baħar, ajrunawtika u spazju, u teknoloġiji diġitali tal-futur.
B’mod parallel, żdiedu b’mod sinifikanti l-fondi allokati lil entitajiet ewlenin li jsaħħu l-ekosistema ta’ riċerka u innovazzjoni fil-pajjiż:
· FITA (Foundation for Information Technology Accessibility) rat żieda konsiderevoli fil-line vote tagħha, minn €600,000 fl-2022 għal €1.5 miljun fl-2025, jiġifieri żieda ta’ kważi 300%. Din iż-żieda tkompli tiffoka fuq il-faċilitazzjoni ta’ inklużjoni akbar ta’ persuni vulnerabbli u b’diżabilità fid-dinja tax-xogħol, billi jissaħħu l-iskemi ta’ taħriġ, aċċess għat-teknoloġija u inizjattivi ta’ innovazzjoni soċjali.
· Xjenza Malta ukoll rat żieda sostanzjali fil-fondi allokati, minn €12,371,000 fl-2022 għal €19,300,000 fl-2025, li tfisser żieda ta’ madwar 56%. Din ir-riżorsa msaħħa qed tintuża biex tkompli tespandi l-programmi ta’ finanzjament bħall-FUSION, CETPartnership, filwaqt li tħeġġeġ parteċipazzjoni akbar tal-Malta fil-programm Ewropew Horizon Europe.
Eżempju ċar ta’ investiment strutturali ieħor huwa l-Cancer Research and Innovation Hub Malta, li rċieva €1.8 miljun f’perjodu ta’ sentejn kemm ilu mwaqqaf u li qed isaħħaħ ir-riċerka u l-kollaborazzjoni bejn l-akkademja, l-industrija u l-gvern.
B’kollox, dawn l-investimenti jirriflettu viżjoni fit-tul li tiffoka mhux biss fuq iż-żieda fl-infiq, iżda fuq it-titjib tal-kwalità, l-impatt u r-rilevanza tar-Riċerka u l-Innovazzjoni. B’fokus kontinwu fuq setturi strateġiċi u teknoloġiji emerġenti, Malta tkompli tħejji t-triq lejn ekonomija bbażata fuq l-għarfien, mibnija fuq innovazzjoni, reżiljenza u sostenibbiltà.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30188 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u jgħid jekk isirx taħriġ dwar il-vjolenza domestika lill-Membri tal-Ġudikatura? Jista’ jgħid ukoll jekk qattx sar u jekk sar, meta?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30275 u jgħid kif qed jitkejjel il-benesseri (wellbeing) tat-tfal mill-iskejjel tagħna?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-għan ewlieni tas-servizzi li joffru l-iskejjel relatati mal-Benesseri (Wellbeing), fosthom il-Counselling u l-Psikoterapija, huwa li jiffaċilita aspetti differenti tal-ħajja sabiex l-istudenti jkunu jistgħu jifhmu lilhom infushom aħjar, jiżviluppaw u jimmaturaw. Dan is-servizz jassisti wkoll lill-istudenti li jkunu qed jesperjenzaw diffikultajiet bħal distress, kriżi, trawma u tranżizzjonijiet, u jsaħħaħ il-kapaċità tagħhom li jgħixu ħajja aktar awtentika u jagħmlu għażliet awtentiċi.
L-enfasi fl-iskejjel tagħna hija li niffaċilitaw il-benesseri tat-tfal permezz tal-għanijiet imsemmija hawn fuq. Dan ibbażat fuq il-progress personali, il-kapaċità li jlaħħqu ma’ sfidi u l-iżvilupp ta’ ħiliet ta’ reżiljenza u awtentiċità.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30243 u jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Istatementing Board? Jista’ jgħid ukoll x’inhi d-data tal-applikazzjoni li ilha l-aktar pendenti?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li dan il-proċess hu wieħed kontinwu u rigoruż
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30242 u jgħid kemm hemm tfal li huma allokati LSE bħalissa? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn it-tfal huma allokati LSE: full-time, shared u livelli ta’ għajnuna oħrajn u jaqsam din l-informazzjoni f’numri u persentaġġi?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt;
FT 1-1
Shared in the same class (SSC)
Shared
1,572
1,557
889
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30197 u jgħid xi pjanijiet għandu l-Gvern biex jiżdiedu l-awli fil-Qorti? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Gvern hux qed ifittex bini alternattiv għall-Qorti?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi f’ din il-leġiżlatura bdew joperaw 4 Awli addizzjonali, Awla fil-Qorti tal-familja, Awla adattata għal ġurijiet fil-binja prinċipali tal-Qorti u 2 Awli addizzjonali fil-binja l-ġdida tal-Qorti, Binja Maġistrati Inkwerenti, fi Triq San Federiku, Valletta. Dan apparti l-proġett tal-Qorti ġdida f’ Għawdex, li kif tħabbar, kien iffirmat konvenju biex jassigura binja adekwata għal dan l-iskop.
Dan filwaqt li hemm xogħol għaddej fuq il-proġett tal-Qorti Kummerċjali, li se jkun fih 2 Awli addizzjonali oħra, u l-bini mill-ġdid ta’ binja fi Strada Stretta, l-Belt Valletta, liema binja se tkun qed tospita 3 Awli u numru ta’ uffiċini.
Il-Gvern mhux qiegħed ifittex bini alternattiv għall-Qorti, imma kien ħareġ sejħa pubblika ta’ espressjoni ta’ interess għal proprjeta adatta li tkun tista’ tintuża mill-Aġenzija. Fil-mument opportun il-Ministeru jkun jista’ jagħtu aktar dettalji dwar il-ħidma, inkluż rigward investiment pjanat fuq faċilitajiet ġodda u moderna għal Qorti tal-familja.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30196 u jgħid kemm inkisru ‘protection orders’ li ħarġu favur il-vittmi tal-vjolenza domestika mill-allegati aggressuri fis-sena 2024 u minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
Maġistrati - Inkjesti pendenti u każijiet oħra mhux relatati ma’ vjolenza domestika
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30191 u jgħid kemm għandhom inkjesti pendenti u każijiet oħra mhux relatati ma’ vjolenza domestika l-maġistrati sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għada qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentaru 30190 u jgħid kemm hemm maġistrati fuq każijiet ta’ vjolenza domestika bħalissa? Jista’ jgħid ukoll x’inhu l-caseload tal-każijiet ta’ vjolenza domestika li għandu kull wieħed minnhom sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għada qed tinġabar.
Domestic Violence - Persuni li kellhom bżonn jidħlu f’xelters
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30181 u jgħid kemm kien hemm persuni li kellhom bżonn jidħlu f’xelter tad-Domestic Violence fis-sena 2024 u minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif li qed tistaqsi dwaru jinsab fl-estratt tar-Rapport Statistiku tal-Aġenzija Appoġġ għal Jannar – Ġunju 2025 li ġie ppublikat fl-aħħar ta’ Awwissu 2025 (paġni 52-58).
Billi dan ir-rapport jirreferi biss għax-xelter
Għabex
, liema xelter jitmexxa direttament mill-
Aġenzija Appoġġ
fi ħdan l-FSWS, qiegħed nagħti wkoll l-istess tagħrif dwar il-persuni li kienu riferuti u ddaħħlu (
admitted
) f’ xelters oħrajn immexxija mill-għaqdiet mhux governattivi fis-settur u li magħhom il-Ministeru u l-FSWS għandhom Ftehim ta’ Sħubija Soċjali
jew
Public Social Partnership
(
PSP
) kif inhuma magħrufin. Dan it-tagħrif jinsab fit-tabella li ssegwi:
Sena
Isem tax xelter
Total
Jannar sa Diċembru 2024
Il-Milja
33
Dar Merhba Bik/ Dar Santa Bhakita
135
Għabex
187
Jannar- Ġunju 2025
Il-Milja
8
Dar Merhba Bik/ Dar Santa Bhakita
85
Għabex
147
Vjolenza Domestika - Persuni li rrifjutaw risk assessments
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30180 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u jgħid kemm kien hemm persuni li rrifjutaw li jsir risk assessment fis-sena 2024 u minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li mill-istatistika tal-FSWS jirriżulta li fl-2024 kien hemm 698 li irrifjutaw ir-
risk assessment
waqt li bejn Jannar u Settembru tal-2025 kienu 123 li rrifjutaw
risk assessment.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30179 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u jgħid kemm saru risk assessments fuq vjolenza domestika fis-sena 2024 u minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jaqsam din l-informazzjoni f’numri u persentaġġi u kif ġew ikklassifikati (high, medium jew low risk)?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif li talbet huwa kif ġej:
SENA
Għadd ta’ Persuni li marru jagħmlu RISK ASSESSMENT
Għadd ta’
RISK ASSESSMENTS
li saru
Għadd ta’ Persuni li marru jagħmlu RISK ASSESSMENT imma RRIFJUTAW
2024
(Jannar – Diċembru)
1,314
1,674
698
2025
(Jannar – Ġunju)
683
834
124
Jista’ l-Ministru jgħid meta sar l-aħħar eżerċizzju ta’ evalwazzjoni tas-servizzi pprovduti mill-Aġenzija għall-Għajnuna Legali? Jista’ jgħid ukoll kif qed jiġi żgurat li persuni li ma jistgħux iħallsu avukat privat jingħataw għajnuna adegwata u sodisfaċenti?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-evalwazzjoni tas-servizzi pprovduti mill-Aġenzija għall-Għajnuna Legali huwa wieħed kontinwu minn sena għal sena sabiex tassigura li l-panels kollha stabbiliti jagħtu s-servizzi mistħoqqa liċ-ċittadini fil-gżejjer Maltin. Fil-fatt isiru diversi laqgħat informali, matul is-sena, mal-avukati kollha fuq id-diversi panels sabiex jiġi żgurat li lakuni fis-sistema jiġu ndirizzati ħalli s-sistema tkun imħaddma mingħajr xkiel. Kull tant żmien isiru laqgħat mal-Kamra tal-Avukati sabiex jiġu diskussi u esplorati prattiċi ta’ proċeduri legali sabiex is-sistemi jiġu modernizzati għaż-żminijiet tal-lum. Matul is-sena 2025 bdew isiru taħditiet sabiex għas-sejħa tal-avukati għall-għajnuna legali li l-kuntratt tagħhom jibda mis-sena 2027 ikollhom kundizzjonijiet aħjar ħalli s-servizz ikompli jiġi mtejjeb filwaqt li ċ-ċittadin jieħu servizz aktar effikaċi, effiċjenti w adegwat.
Ta’ min isemmi wkoll li l-għajnuna legali kif inhi stabbilita fil-liġi nostrana ma tingħatax biss lil dawk il-persuni li ma jistawx iħallsu servizz ta’ avukat privat, iżda tingħata lil kull ċittadin u individwu li skont il-liġi huwa eliġibbli għas-servizz bħalma huma l-vittmi tal-kriminalitá, vittmi abbażi tal-ġeneru w vjolenza domestika, u persuni akkużati b’reat kriminali u persuni li għandhom mandat t’arrest Ewropew u dan abbażi ta’ direttivi u regolamenti Ewropej li ġew trasposti fil-liġijiet lokali. L-għajnuna legali tingħata minn avukati u prokuraturi legali li huma kollha kwalifikati w diliġenti fil-professjoni tagħhom, filwaqt li l-impjegati tal-Aġenzija jagħtu servizz pubbliku bl-aktar mod professjonali sabiex jassistu lil kull klijent fil-ħin. Ilmenti miġjuba mill-klijenti tal-għajnuna legali jittieħdu bis-serjeta’ u fejn kien hemm bżonn dawn l-ilmenti ġew riferuti quddiem il-Kumitat tal-Avukati u Prokuraturi Legali u il-Kummissjoni għall-Aministrazzjoni tal-Ġustizzja skont il-proċess stabilit.