Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali  – Strateġija biex jiżdied it-teleworking

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-istrateġija tal-ministeru biex jiżdied it-teleworking sabiex jissaħħaħ il-kunċett ta’ work-life balance u jitnaqqas it-traffiku?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 33366.

Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali  – Entitajiet li ma jippermettux teleworking

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema entitajiet governattivi fi ħdan il-ministeru tiegħu ma jippermettux teleworking u x’inhi r-raġuni?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor Interpellat għat-tweġiba li ingħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru PQ 33370.

Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali  – Teleworking – Medja ta’ sigħat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet fil-ministeru li jaqgħu taħtu li jippermettu teleworking u x’inhi hi l-medja tan-numru ta’ sigħat ta’ teleworking fil-ġimgħa f’kull entità?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru li jien responsabbli minnu, fejn huwa possibbli u x-xogħol jippermetti, jaddottaw miżuri ta’ prattiki tax-xogħol moderni għal bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu – Strateġija biex jiżdied it-teleworking

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid x’inhi l-istrateġija tal-ministeru biex jiżdied it-teleworking sabiex jissaħħaħ il-kunċett ta’ work-life balance u jitnaqqas it-traffiku?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru. 33366.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu – Entitajiet li ma jippermettux teleworking

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid liema entitajiet governattivi fi ħdan il-ministeru ma jippermettux teleworking u x’inhi r-raġuni?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru. 33367.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu – Teleworking – Medja ta’ sigħat

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid liema huma l-entitajiet fil-ministeru tiegħu li jippermettu teleworking u x’inhi hi l-medja tan-numru ta’ sigħat ta’ teleworking fil-ġimgħa f’kull entità?

Response (BORG, IAN)

Ninsab infurmat li l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru li jien responsabbli minnu, fejn huwa possibbli u x-xogħol jippermetti, jaddottaw miżuri ta’ prattiki tax-xogħol moderni għal bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata.

L-Uffiċċju tal-Prim Ministru – Strateġija biex jiżdied it-teleworking

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhi l-istrateġija tal-gvern biex jiżdied it-teleworking sabiex jissaħħaħ il-kunċett ta’ work-life balance u jitnaqqas it-traffiku?

Response (ABELA, ROBERT)

Niġbed l-attenzjoni tal-Onor Intepellanta illi, dan il-Gvern jinkoraġġixxi bi sħiħ il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata tant li, matul il-leġislatura kurrenti rajna li nkomplu nsaħħu prattiki tax-xogħol moderni diġà eżistenti, u nżidu magħhom, sabiex ikun jista’ jintlaħaq dan il-għan. Fil-fatt, kif inhu pubblikament magħruf, b’effett mit-3 ta’ April 2023, l-Gvern addotta miżuri mtejjba ta’ prattiki tax-xogħol moderni għall-Uffiċjali Pubbliċi kollha, fejn huwa possibbli u fejn jippermetti s-servizz.  Dan wara li kienet saret konsultazzjoni estensiva mal-pożizzjonijiet ta’ tmexxija fis-Servizz Pubbliku u l-Unjins. Ninnota li l-prattiki ta’ xogħol moderni mhumiex biss marbuta ma’ xogħol mill-bogħod b’mod strutturat (remote working), iżda jinkludu wkoll prattiki ta’ xogħol ta’ sigħat imnaqqsa (reduced hours), ħin flessibbli (flexible), u ġimgħa flessibbli. Irrid inżid illi dawn il-miżuri huma wkoll imfassla f’manwal li jinsab għall-konsum pubbliku fuq il-portal tas-servizz pubbliku, u li qed inpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra. Fl-aħħar nett, nirrimarka li l-Gvern immexxi minni, jqis b’importanza kbira dawn il-prattiki, biex nagħtu kwalità ta’ ħajja aħjar lill-ħaddiema tal-Amministrazzjoni Pubblika, b’bilanċ aqwa bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, lil’hinn mid-definizzjoni simplistika u restrittiva li qed tati lil dawn l-istess prattiki tax-xogħol, l-Onor Membru.

L-Uffiċċju tal-Prim Ministru – Entitajiet li ma jippermettux teleworking

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema entitajiet governattivi li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru ma jippermettux teleworking u x’inhi r-raġuni?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru li jien responsabbli minnu, fejn huwa possibbli u x-xogħol jippermetti, jaddottaw miżuri ta’ prattiki tax-xogħol moderni għal bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata.

L-Uffiċċju tal-Prim Ministru – Teleworking – Medja ta’ sigħat

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema huma l-entitajiet li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru li jippermettu teleworking u x’inhi hi l-medja tan-numru ta’ sigħat ta’ teleworking fil-ġimgħa f’kull entità?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru li jien responsabbli minnu, fejn huwa possibbli u x-xogħol jippermetti, jaddottaw miżuri ta’ prattiki tax-xogħol moderni għal bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata.

Il-Belt Valletta – Bormla Ferry – Ticket booth – Nuqqas ta’ staff

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex mhux dejjem ikun hemm persuna fit-ticket booth għall-ferry tat-Three Cities, bil-konsegwenza li ħafna turisti jkollhom iħallsu abbord, u dan ħafna drabi jikkawża dewmien fit-tluq tal-lanċa jew li l-lanċa titlaq bil-passiġġieri bilwieqfa u għadhom iridu jħallsu?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Operatur qed iżomm b’mod regolari rappreżentant għall-bejgħ tal-biljetti.  Ninfurmaha wkoll li f’kundizzjonijiet ta’ temp ħażin, ma jkunx hemm rappreżentant preżenti fit-ticket booth.

Il-Belt Valletta – Bormla Ferry – Restrizzjoni pedonali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għaliex l-aċċess għall-passiġġieri għall-ferry (Three Cities) li qabel kienu jaqsmu minn fuq iż-zebra crossing li hemm quddiem il-mina li tagħti għal-lift u wara kienu jgħaddu minn wara l-pixkerija l-antika issa ngħalaq u issa qed ikollhom jaqsmu t-triq b’mod perikoluż u għall-frustrazzjoni tas-sewwieqa?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l- pedestrian crossing indikata tneħħiet mill-Awtorità minħabba li l-pożizzjoni tagħha ma kienitx meqjusa adegwata mil-lat tas-sigurtà.  Min irid jaqsam jista’ jagħmel dan b’mod sigur permezz tal-pelican crossing li tinsab aktar ’l isfel. Barra minn hekk, il- pedestrians ma jistgħux jgħaddu min-naħa tal-baħar peress li bħalissa għaddejjin xogħlijiet fuq il-moll.

Public Service Obligation Contract

Question

B’referenza għall-Public Service Obligation Contract li l-Gvern għandu mal-Public Broadcasting Service (PBS), u peress li l-aħħar kuntratt li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra skada fl-2024, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt preżenti?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra kif mgħoddija lili.

‘I Belong Programme’ - Kandidati li bdew u temmew b’suċċess

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 30706 u 31927 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u jgħid kemm kien hemm kandidati li bdew u temmew b’suċċess il-programm ta’ ‘I Belong’ minn meta beda l-programm sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena u minn liema pajjiż?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ kandidati li bdew u temmew b’suċċess il-programm ‘I Belong’ minn meta beda l-programm sal-aħħar tas-sena 2025, maqsuma sena b’sena u skont in-nazzjonalità, huwa kif ġej: ·       Korsijiet ta’ Fondazzjoni: 69 ·       Stadju 1: Ċertifikat ta’ qabel l-Integrazzjoni: 6,018 ·       Stadju 2: Ċertifikat ta’ Integrazzjoni: 2,069 Qed inpoġġi fuq l-Mejda tal-Kamra , analiżi dettaljata tal-parteċipanti skont in-nazzjonalità u s-sena. Fl-2023 ma kien hemm ebda applikazzjoni għal kors ta’ fondazzjoni, għaldaqstant dan jirrifletti fit-tabella  fejn għas-sena 2023 hemm imniżżel in-numru 0.

‘I Belong Programme’ - Kandidati li bdew u temmew b’suċċess

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 30705 u 31926 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u jgħid kemm kien hemm kandidati li bdew u temmew b’suċċess il-programm ta’ ‘I Belong’ għal din is-sena?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li n-numru ta’ kandidati li bdew u temmew b’suċċess il-programm tal-‘I Belong’ fis-sena 2025, huwa kif ġej: ·       Korsijiet ta’ Fondazzjoni: 2 ·       Stadju 1: Ċertifikat ta’ qabel l-Integrazzjoni: 461 ·       Stadju 2: Ċertifikat ta’ Integrazzjoni: 731

‘I Belong Programme’ - Lista’ ta’ stennija

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 30636 u 31925 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u jgħid kemm hemm persuni fuq il-lista ta’ stennija għal ‘I Belong Programme’ u li ilhom fil-lista ta’ stennija skont dawn iż-żminijiet: ·    0 – 6 xhur; ·    7 – 12-il xahar; ·    13 – 18-il xahar; ·    19 – 24 xahar; u ·    24+ xahar?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li 5,205 applikant ilhom fil-lista ta’ stennija għal perjodu li ma jaqbiżx disa’ xhur. Aktar min-nofs dawn l-applikanti applikaw fl-aħħar ħames xhur. Applikanti oħra kellhom dokumentazzjoni nieqsa fl-applikazzjoni tagħhom jew ma reġgħux involvew ruħhom fil-programm wara l-laqgħa inizjali. Iż-żieda fl-applikazzjonijiet fl-aħħar xhur huwa xhieda ċara tal-interess tal-komunità barranija lejn l-integrazzjoni fil-prattika. Sabiex il-Gvern ikun jista’ jilqa’ għal din id-domanda, fl-aħħar xhur saret ħidma sabiex il-lista ta’ stennija tal-ewwel stadju tal-kors tiġi indirizzata kollha. Fl-istess waqt, qed isir ristrutturar komprensiv tat-tieni stadju sabiex tissaħħaħ l-effiċjenza tal-programm skont l-impenn tal-Gvern fl- Istrateġija u l-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Integrazzjoni (2025-2030) .

Stabbilimenti li ma jużawx POS

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32494 u jgħid kemm hawn stabbilimenti li ma jaċċettawx ħlasijiet bis-sistema tal- ‘Point-of-Sale’ (POS) u allura jaċċettaw flus kontanti biss?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ stabbilimenti li ma jaċċettawx ħlas permezz ta’ sistemi point-of-sale (POS), u minflok jiddependu biss fuq metodi oħra ta’ ħlas, bħall-flus kontanti, ivarja b’mod sinifikanti skont l-industrija u n-natura tal-attività. Aktar dettalji qed jitpoġġew fuq il-mejda tal-kamra.

Akkomodazzjoni soċjali – Lista ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32491 u jgħid kemm hemm persuni li qed jistennew akkomodazzjoni soċjali sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari li huma: i.    Applikanti single; ii.    Applikanti ’l fuq minn 60 sena; u iii.    Applikanti akkumpanjati bi tfal minuri magħhom?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.

Akkomodazzjoni soċjali - Lista ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32490 u jgħid kemm hemm persuni li qed jistennew akkomodazzjoni soċjali sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.

Skejjel Pubbliċi - Għalliema nieqsa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32487 u jgħid kemm hawn għalliema nieqsa fi klassijiet ta’ skejjel pubbliċi bħalissa u għal liema suġġetti u/jew klassijiet?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li bħalissa hemm għalliem wieħed biss nieqes.

PBS - Programmi ta’ ġrajjiet kurrenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32486 u jagħti lista ta’ programmi ta’ ġrajjiet kurrenti fl-iskeda preżenti tal-PBS?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-lista ta’ programmi ta’ diskussjonijiet ta' ġrajjiet kurrenti u/jew ġurnaliżmu fl-iskeda preżenti tal-PBS hi hekk kif segwenti: Bla Rispetti, Fehma jew Fatt, Mill-Kamra, Popolin, Realta, Resume’ Ricky Debates, Vi jew VA, XTRA, – kif ukoll servizzi ta’ l-Aħbarijiet.