Legislature:
Category:
Reset
Active:

FSWS - Social workers li mxew għall-professjonijiet oħra

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm social workers li ħallew il-professjoni tagħhom u mxew għal professjonijiet oħra, bħall-psikoterapija fil-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS)?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li matul l-aħħar  snin kien hemm 33 social worker li mxew għal professjonijiet oħra  fi ħdan l-FSWS. Tajjeb wieħed isemmi li minn dawn hemm 21 li ġew promossi għal kariga maniġerjali fl-istess Fondazzjoni.

FSWS - Social workers li rriżenjaw - Raġunijiet prinċipali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu r-raġunijiet prinċipali li għalihom is-social workers irriżenjaw mill-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) matul l-2025?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma  lill-Onor. Interpellanta li r-raġunijiet ewlenin li għalihom is- social workers irriżenjaw mill- Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) matul l-2025 kienu: ·     Fittxew karriera oħra ·     Komplew jistudjaw ·     Minħabba raġunijiet oħra familjari

FSWS - Social workers li rriżenjaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid ma’ liema entitajiet fi ħdan il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) kienu jaħdmu dawk is-social workers li rriżenjaw mill-istess Fondazzjoni matul l-2025, u kemm irriżenjaw minn dawn l-entitajiet matul l-istess sena?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li -FSWS hija entita waħda u li n-numru huwa kif provdut f PQ 33843.

FSWS - Social workers li rriżenjaw - Snin ta’ esperjenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu ilhom jaħdmu bħala social workers mal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) dawk is-social workers li rriżenjaw mill-istess Fondazzjoni matul l-2025? Jista’ wkoll jagħti l-medja (average), median u mode fis-snin ta’ esperjenza tagħhom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma  lill-Onor. Interpellanta li il-medja ta’ snin ta’ dawk li kienu ilhom jaħdmu bħala Social Workers u rriżenjaw fl-2025 kienet ta’ 7.98 snin. Il- median kien ta’ 5.6 snin waqt li l- mode kien ta’ 7 snin.

FSWS - Social workers li rriżenjaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm irriżenjaw social workers mill-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) matul l-2025?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li in-numru ta’ Social Workers li irriżenjaw mill- Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali ( FSWS ) matul l-2025 kien ta’ 14.

Professjoni tas-social work - Nefqa għall-promozzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet in-nefqa tal-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal biex issir promozzjoni tal-professjoni tas-social work fl-iskejjel sekondarji u post-sekondarji matul l-2025?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li in-nefqa totali biex issir promozzjoni tal-professjoni tas- social work fl-iskejjel sekondarji u post-sekondarji matul l-2025 huwa kif qed ikun indikat fit-tabella t’hawn taħt: Tip ta' attivita' Ammont Social Work Billboard ħdejn l-Università €3,540 Freehour (Malta’s Go-To Platform for Students & Youths) €3,363 Interventi fuq mezzi tal-midja €1,000 Laqgħat ma’ Guidance Teachers* €300 Laqgħat ma’ studenti* €700 Career Talks minn professjonisti tal-FSWS* €1,000 Total €9,903 *Spiża f’ termini ta’ ħin operazzjonali biex isiru dawn il-laqgħat .

Professjoni tas-social work - Nefqa għall-promozzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet in-nefqa tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni biex issir promozzjoni tal-professjoni tas-social work fl-iskejjel sekondarji u post-sekondarji matul l-2025?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Studenti tal-kors tas-social work - Żieda fl-istipendji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk iż-żieda fl-istipendji tal-istudenti tal-kors tas-social work hijiex marbuta ma’ xi kundizzjoni biex l-istudenti jaħdmu fis-settur pubbliku wara li jlestu d-degree tas-social work?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta, sabiex tirreferi għat tweġiba li ngħatat lill mistoqsija numru 33836

Studenti tal-kors tas-social work - Żieda fl-istipendji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk iż-żieda fl-istipendji tal-istudenti tal-kors tas-social work hijiex marbuta ma’ xi kundizzjoni biex l-istudenti jaħdmu fis-settur pubbliku wara li jlestu d-degree tas-social work?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Studenti tal-kors tas-social work - Żieda fl-istipendji - Arretrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk iż-żieda li ngħatat fl-istipendji tal-istudenti tal-kors tas-social work, hijiex ser tingħata bl-arretrati minn Ottubru li għadda?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta sabiex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.

Studenti tal-kors tas-social work - Żieda fl-istipendji - Arretrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk iż-żieda li ngħatat fl-istipendji tal-istudenti tal-kors tas-social work, hijiex ser tingħata bl-arretrati minn Ottubru li għadda?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Studenti tal-kors tas-social work - Żieda fl-istipendji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk iż-żieda li ngħatat fl-istipendji tal-istudenti tal-kors tas-social work, hijiex ser tingħata lill-istudenti kollha, jew jekk hemmx xi kundizzjonijiet marbuta ma’ din iż-żieda, per eżempju, il-post fejn jagħmlu l-placement?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li din l-iskema hija miftuħa għall-istudenti kollha tas- social work u hija għażla ħielsa tal-istudenti jekk japplikawx għal din l-iskema kif ġie mħabbar jew le. Għal min b’ġħażla libera tiegħu jagħżel li jidħol f’din l-iskema hemm l-obbligu li l-istudenti jaħdmu għal sena ma’ xi entità tal-Gvern jew entitajiet li jgawdu minn għajnuna finanzjarja minn għand il-Gvern wara li jiksbu l- warrant ta’ social worker . Din l-kundizzjoni hija ukoll opportunita’ għall-istudent li jkun jista’ jaħdem u jagħti sehemu fis-soċjeta’. Tajjeb jingħad li kien biss riċentement li entitajiet mhux governattivi bdew jaċċettaw studenti għall- placement , meta għal ħafna snin kienet biss l-FSWS li kienet tieħu dawn l-placements, u dan wara talba speċifika mill-Università f’ dan ir-rigward.

Studenti tal-kors tas-social work - Żieda fl-istipendji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk iż-żieda li ngħatat fl-istipendji tal-istudenti tal-kors tas-social work, hijiex ser tingħata lill-istudenti kollha, jew jekk hemmx xi kundizzjonijiet marbuta ma’ din iż-żieda, per eżempju, il-post fejn jagħmlu l-placement?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Studenti tal-kors tas-social work - Żieda fl-istipendji

Question

B’referenza għall-konferenza tal-aħbarijiet dwar iż-żieda fl-istipendji tal-istudenti fil-kors tas-social work, jista’ l-Ministru jgħid għalfejn kien hemm biss il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) u l-ebda waħda mill-entitajiet oħra pubbliċi jew mhux governattivi li wkoll jimpjegaw social workers?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li l-konferenza tal-aħbarijiet li qed issir riferenza għaliha kienet organizzata b’ mod konġunt bejn il-Ministeru għall-Politika Soċjali w id-Drittijiet tat-Tfal u dak tal-Edukazzajoni, Żgħażagħ, Sport u Riċerka.

Studenti tal-kors tas-social work - Żieda fl-istipendji

Question

B’referenza għall-konferenza tal-aħbarijiet dwar iż-żieda fl-istipendji tal-istudenti fil-kors tas-social work, jista’ l-Ministru jgħid għalfejn kien hemm biss il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) u l-ebda waħda mill-entitatjiet oħra pubbliċi jew mhux governattivi li wkoll jimpjegaw social workers?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Akkomodazzjoni soċjali – Lista ta’ stennija

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 32491 u 32920 u jgħid kemm hemm persuni li qed jistennew akkomodazzjoni soċjali sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari li huma: i.    Applikanti single; ii.   Applikanti ’l fuq minn 60 sena; u iii.  Applikanti akkumpanjati bi tfal minuri magħhom?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Akkomodazzjoni soċjali - Lista ta’ stennija

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 32490 u 32875 u jgħid kemm hemm persuni li qed jistennew akkomodazzjoni soċjali sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-Awtorità tad-Djar għandha 1926 applikazzjoni fuq il-lista ta’ stennija.