Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li Malta ma tejbitx il-pożizzjoni tagħha fis-Social Progress Index (SPI) f’dawn l-aħħar snin?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li kontra dak li qed timplika fil-mistoqsija tagħha, skont dan l-indiċi Malta hija meqjusa mal-pajjiżi ta’ fuq u li għandhom l-ogħla punteġġ, u punteġġ ogħla mill-medja Ewropea.
Dak ir-riżultat huwa wieħed aktar pożittiv minn dak tal-2011.
Minkejja dan, bħala Gvern ninsabu kommessi li nkomplu ntejjbu l-pożizzjoni ta’ Malta, tant li qed nimmiraw li pajjiżna jkun mal-ewwel 20 pajjiż fid-dinja sal-2035 u mal-ewwel 10 pajjiżi sal-2050, kif wieħed jista’ jara anke fil-Viżjoni Malta 2050.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32580, jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri qed jittieħdu biex il-bordijiet tas-social work, psikoloġija, psikoterapija, counselling u youth work ikollhom struttura awtonoma tad-dixxiplina kif sostniet il-Qorti Kostituzzjonali, fid-dawl li l-Kunsill Mediku, wara sentenza kostituzzjonali, ser jadotta sistema fejn ikun hemm kumitat tad-dixxiplina ġdid li jirrispetta l-awtonomija meħtieġa f’dawn il-każijiet?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment
ninforma lill-Onorevoli interpellanta, li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu ordnijiet taħt l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv), Kap 602 fis-sena 2025, skont kull kategorija ta’ protezzjoni li tipprovdi din il-liġi?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment
ninforma lill-Onorevoli interpellanta, li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal b’Ordni ta’ Ħarsien li għandhom bżonn akkomodazzjoni alternattiva, iżda ma ngħatatilhomx minħabba li m’hemmx akkomodazzjonijiet biżżejjed? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx lista ta' stennija għall-akkomodazzjoni alternattiva u jekk iva, kemm hi twila din il-lista?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment
ninforma lill-Onorevoli interpellanta, li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23172, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar rapport dwar is-sostennibiltà tal-pensjonijiet?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta lir-rapport imsemmi poġġejtu fuq il-Mejda tal-Kamra fis-16 ta’ Diċembru 2025.
Fid-dawl li l-miżura rigward il-ħlas ta’ ħames snin b’lura f’kontribuzzjonijiet (bolol) għall-persuni li għalqu l-59 sena kienet diġà hemm qabel il-baġit, jista’ l-Ministru jgħid x’hemm ġdid f’din l-istess miżura li tħabbret fl-aħħar baġit?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta, illi persuni mpjegati jew jaħdmu għal rashom jistgħu jħallsu b’lura kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali nieqsa sabiex meta jirtiraw jkunu eliġibbli għal pensjoni kontributorja jew itejbu r-rata tal-pensjoni tagħhom. Il-miżura tippermetti li jsir pagament sa massimu ta’ 5 snin ta’ kontribuzzjonijiet sakemm il-persuna tkun għadha taħdem bi qligħ u fl-età ta’ bejn 59 u 64 sena. Filwaqt li dan il-kriterju li ġie mplimentat permezz tal-Budget tas-sena 2015 għal min iħallas kontribuzzjonijiet neqsin se jibqa, ittieħdu passi ġodda sabiex minn din is-sena anke persuna li ma’ tkunx qiegħda taħdem, tingħata l-possibilità li tħallas kontribuzzjonijiet neqsin sa massimu ta’ 5 snin, jekk bihom tkun tista’ tilħaq il-minimu ta’ 10 snin sabiex tikkwalifika għall-pensjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Università Amerikana f’Malta (AUM) għandhiex xi forma ta’ jedd fuq il-baħar fil-baċir ta’ quddiemha? Jekk iva, jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti neċessarji li juru li hemm dan il-jedd?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Università Amerikana f’Malta (AUM) għandhiex xi forma ta’ jedd fuq il-baħar fil-baċir ta’ quddiemha? Jekk iva, jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti neċessarji li juru li hemm dan il-jedd?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-Università Amerikana f’Malta (AUM) għandhiex xi forma ta’ jedd fuq il-baħar fil-baċir ta’ quddiemha? Jekk iva, jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti neċessarji li juru li hemm dan il-jedd?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Prim Ministru jagħti rendikont ta’ kemm ġiet tiswa l-istruttura u l-esebizzjoni dwar il-Viżjoni 2050, liema struttura tinsab viċin il-Funtana tat-Tritoni? Jista’ jgħid ukoll jekk dan il-kuntratt ingħatax wara sejħa pubblika jew b’direct order u jekk ingħata b’direct order, fuq liema merti ngħata l-kuntratt?
Response (ABELA, ROBERT)
Nirreferi lill-Onor Interpellanta għat-tweġibiet tal-Mistoqsijiet Parlamentari numri 34206 u 34379.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid ma’ liema entitajiet jistgħu jaħdmu dawk il-kandidati li ġew magħżula fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet għal social workers? Jista’ jgħid ukoll ma’ liema Ministeru jew entità ser ikun il-kuntratt tagħhom?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li dawn
jintbgħatu jaħdmu skont l-esiġenzi tas-servizz.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk sejħiet għall-applikazzjonijiet għal social workers biex jaħdmu fl-oqsma tas-saħħa hux qed joħorġu mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru? Jekk hu hekk, jista’ jgħid x’inhi r-raġuni għal dan?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li l-ftehim tal-klassi tas-Social Workers li jiġbor fih kemm dawk li jaħdmu fil-Ministeru tas-Saħħa kif ukoll ministeri oħra bħal Ministeru tal-Edukazzjoni, jinħarġu mill-People & Standards Division ċentralment. Dan isir fuq kull klassi li ftehim tagħħa jkopri numru ta’ Ministeri u jiġi ffirmat ċentralment mill-Industrial Relations Unit.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva m’għadux joħroġ sejħiet għall-applikazzjonijiet għal social workers biex jaħdmu fl-oqsma tas-saħħa? Jekk hu hekk, jista’ jgħid x’inhi r-raġuni għal dan?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 33855.
FSWS - Masters in Social Work - Impjegati li temmew il-kors
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati tal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) li temmew b’suċċess il-Masters in Social Work (M.SW) f’dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment
ninforma lill-Onorevoli interpellanta, li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
FSWS – Masters in Social Work - Inċentivi għall-impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inċentivi qed tagħti l-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) biex impjegati li huma diġà ggradwati, jagħmlu l-Masters in Social Work (M.SW) li jwassal biex persuna tidħol fil-professjoni tas-social work u ġġib il-warrant wara sentejn ta’ prattika (full-time), jew l-ekwivalenti?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment
ninforma lill-Onorevoli interpellanta, li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Fid-dawl tal-fatt li l-Ftehim Kollettiv preżenti tal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) ser jiskadi fl-aħħar ta’ din is-sena, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet biex jibdew it-taħditiet għall-ftehim kollettiv il-ġdid?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment
ninforma lill-Onorevoli interpellanta, li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
FSWS – Ftheim kollettiv ġdid – Paga bażika tas-Social workers
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi d-differenza fil-paga bażika tas-social workers tal-ewwel sena fi ħdan il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS), bil-ftehim kollettiv kurrenti meta mqabbla mal-istess kategorija taħt il-ftehim kollettiv ta’ qabel?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li s-salarji u pakketti ta’ kull ftehim kollettiv huma kummercjalment sensittivi.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet il-paga medja (net, single rate) jiġifieri kemm qabdu paga f’idejhom, is-social workers fl-ewwel sena tagħhom matul l-2025?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li s-salarji u pakketti ta’ kull ftehim kollettiv huma kummercjalment sensittivi.