Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2025
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali fil-ministeru tiegħu fl-2025?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, mill-informazzjoni li għandi ma kien hemm ebda rapport ta’ fastidju sesswali fid-Dipartimenti u fil-Ministeru li tiegħu jiena responsabbli, matul l-2025.
Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali – Karozzi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi rreġistrati mal-ministeru tiegħu u kemm hi l-ispiża annwali biex jinżammu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor interpellanta li n-numru ta' karozzi rreġistrati mal-Ministeru
għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali huwa 20, li jinkludu l-vetturi tas-servizz pubbliku.
Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali – Karozzi
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi l-ispiża annwali ta’ kull karozza (GM) fil-ministeru tiegħu u jekk dawn huma mixtrija, jista’ jgħid kemm kienu jiswew meta nxtraw?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari nru 23523.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu – Health and Safety Officers
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid jekk hemmx health and safety officer fil-ministeru tiegħu u jekk le, għaliex?
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu – Defibrillators
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hemm defibrillators fil-binja ta’ kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fil-binjiet tal-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi hemm 7 defibrillators.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu – First Aiders iċċertifikati
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hemm first aiders iċċertifikati f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu bħalissa?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li mal-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, hemm 92 impjegat li huma kwalifikati bħala First Aiders.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu – First Aiders iċċertifikati
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hemm first aiders iċċertifikati fil-ministeru tiegħu bħalissa?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li n-numru ta’ First Aiders kwalifikati fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu huwa ta’ 45.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2024
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu fl-2024?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu ma kien hemm l-ebda rapporti ta’ fastidju sesswali fis-sena 2024.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2024
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali fil-ministeru tiegħu fl-2024?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu ma kien hemm l-ebda rapporti ta’ fastidju sesswali fis-sena 2024.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2025
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu fl-2025?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu ma kien hemm l-ebda rapporti ta’ fastidju sesswali fis-sena 2025.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2025
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali fil-ministeru tiegħu fl-2025?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu ma kien hemm l-ebda rapporti ta’ fastidju sesswali fis-sena 2025.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu – Karozzi
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jipprovdi l-ispiża annwali ta’ kull karozza (GM) fil-ministeru tiegħu, u jekk dawn huma mixtrija, jista’ jgħid kemm kienu jiswew meta nxtraw?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 27728.