Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Defibrillators
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm defibrillators fil-binja tal-ministeru tiegħu?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor Interpellanta li ninsab infurmat li, fil-binja tal‑Ministeru għall‑Fondi Ewropej u l‑Implimentazzjoni tal‑Programm Elettorali, hemm defibrillator wieħed
Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – First Aiders iċċertifikati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm first aiders iċċertifikati f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu bħalissa?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor Interpellanta li ninsab infurmat li fl-entitajiet li jaqgħu taħt il‑Ministeru għall‑Fondi Ewropej u l‑Implimentazzjoni tal‑Programm Elettorali, hemm tmien (8) persuni ċċertifikati fl‑ewwel għajnuna.
Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – First Aiders iċċertifikati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm first aiders iċċertifikati fil-ministeru tiegħu bħalissa?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor Interpellanta li ninsab infurmat li fil‑Ministeru għall‑Fondi Ewropej u l‑Implimentazzjoni tal‑Programm Elettorali, hemm tlieta u tletin (33) persuna ċċertifikata fl‑ewwel għajnuna.
Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2024
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu fl-2024?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor Interpellanta li Ninsab infurmat li, fl-2024, ma kienx hemm rapporti ta’ fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol fl-entitajiet li jaqgħu taħt il‑Ministeru għall‑Fondi Ewropej u l‑Implimentazzjoni tal‑Programm Elettorali
.
Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2024
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali fil-ministeru tiegħu fl-2024?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali, kif inhu kompost illum, ma kienx kostitwit fis-sena 2024.
Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2025
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu fl-2025?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor Interpellanta li ninsab infurmat li, fl-2025, ma kienx hemm rapporti ta’ fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol fl-entitajiet li jaqgħu taħt il‑Ministeru għall‑Fondi Ewropej u l‑Implimentazzjoni tal‑Programm Elettorali.
Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2025
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali fil-ministeru tiegħu fl-2025?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ninsab infurmat li, fl-2025, ma kienx hemm rapporti ta’ fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol fil‑Ministeru għall‑Fondi Ewropej u l‑Implimentazzjoni tal‑Programm Elettorali
Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Karozzi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi rreġistrati mal-ministeru tiegħu u kemm hi l-ispiża annwali biex jinżammu?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill‑Onor. Interpellanta li ninsan infurmat li fil‑Ministeru għall‑Fondi Ewropej u l‑Implimentazzjoni tal‑Programm Elettorali, għandu disa’ karozzi rreġistrati miegħu.
Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Karozzi
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi l-ispiża annwali ta’ kull karozza (GM) fil-ministeru tiegħu u jekk dawn huma mixtrija, jista’ jgħid kemm kienu jiswew meta nxtraw?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fil-Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali hemm karozza waħda (GM). Din il-karozza hija tal-kiri liema kirja ssir skont il-proċedura applikabbli skont il-Public Procurement Regulations.
Jista’ l-Ministru jipprovdi l-ispiża annwali ta’ kull karozza (GM) fil-ministeru tiegħu u jekk dawn huma mixtrija, jista’ jgħid kemm kienu jiswew meta nxtraw?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma hemm ebda karozza (GM) fi ħdan il-Ministeru għall-Finanzi.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika – Defibrillators
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm defibrillators fil-binja ta’ kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tagħha?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li fil-binjiet tal-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika hemm total ta’ 61defibrillator.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika – Defibrillators
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm defibrillators fil-binja tal-ministeru tagħha?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fil-binjiet li jappartjenu lill-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika hemm b’kollox 5 defibrillators.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika – Karozzi
Question
Tista’ l-Ministru tipprovdi l-ispiża annwali ta’ kull karozza (GM) fil-ministeru tagħha u jekk dawn huma mixtrija, tista’ tgħid kemm kienu jiswew meta nxtraw?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fil-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika hemm żewġ karozzi (GM), waħda tal-Ministeru u l-oħra tas-Segretarjat Parlamentari. Dawn huma t-tnejn karozzi tal-kiri, liema kirja ssir skont il-proċedura applikabbli skont il-Public Procument Regulations.