Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Health and Safety Officers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx health and safety officer fil-ministeru tiegħu u jekk le, għaliex?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33600.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Defibrillators

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm defibrillators fil-binja ta’ kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm total ta’ 10 defibrillators f’entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Defibrillators

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm defibrillators fil-binja tal-ministeru tiegħu?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-binja tal-Ministeru hawn Automated External Defibrillator (AED) wieħed.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi – First Aiders iċċertifikati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm first aiders iċċertifikati f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu bħalissa?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm total ta’ 154 first aiders iċċertifikati f’entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi – First Aiders iċċertifikati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm first aiders iċċertifikati fil-ministeru tiegħu bħalissa?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-Ministeru hawn 126 first aider iċċertifikat.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2024

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu fl-2024?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fis-sena 2024, ma kien hemm l-ebda rapport ta’ fastidju sesswali fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2024

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali fil-ministeru tiegħu fl-2024?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma daħal l-ebda rapport ta’ fastidju sesswali fil-Ministeru fis-sena 2024.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Defibrillators

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm defibrillators fil-binja tal-ministeru tiegħu?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li fil-Ministeru hemm installat 22 defibrillator, 18 qegħdin ġo entitajiet, tlieta qegħdin ġo dipartimenti differenti u wieħed fil-Ministeru hekk kif mniżżel fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – First Aiders iċċertifikati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm first aiders iċċertifikati f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu bħalissa?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija numru W740.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – First Aiders iċċertifikati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm first aiders iċċertifikati fil-ministeru tiegħu bħalissa?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fid-dekasteru u l-entitajiet li jaqgħu taħti hemm 110 impjegati li huma First Aiders.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2024

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu fl-2024?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija numru W732.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2024

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali fil-ministeru tiegħu fl-2024?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija numru W732.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2025

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu fl-2025?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija numru W732.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2025

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali fil-ministeru tiegħu fl-2025?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li fil-Ministeru tiegħi, inkluż id-dipartimenti u l-entitajiet, li fis-sena 2024 ġie rrapurtat każ wieħed biss ta’ fastidju sesswali, waqt li fl-2025 ma kienx hemm rapporti ta’ dan it-tip.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Karozzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi rreġistrati mal-ministeru tiegħu u kemm hi l-ispiża annwali biex jinżammu?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor interpellanta li n-numru ta' karozzi rreġistrati mal-Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni huwa ta’ disgħa (9), li jinkludu l-vetturi tas-servizz pubbliku.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Karozzi

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi l-ispiża annwali ta’ kull karozza (GM) fil-ministeru tiegħu u jekk dawn huma mixtrija, jista’ jgħid kemm kienu jiswew meta nxtraw?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 6908.

Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Health and Safety Officers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx health and safety officer fil-ministeru tiegħu u jekk le, għaliex?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nirreferi lill-Onor Interpellanta għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari Nru 33597.

Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Defibrillators

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm defibrillators fil-binja ta’ kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor Interpellanta li ninsab infurmat li, fil-bini tal-entitajiet li jaqgħu taħt il‑Ministeru għall‑Fondi Ewropej u l‑Implimentazzjoni tal‑Programm Elettorali, hemm żewġ defibrillators.