Legislature:
Category:
Reset
Active:

L-Isptar Mater Dei – Kura tat-tfal – Ġenituri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-ġenituri tat-tfal li jkunu qed jirċievu l-kura fl-Isptar Mater Dei, jitħallewx joqogħdu ħdejn it-tfal tagħhom il-ħin kollu?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li skont il-proċeduri tal-Isptar, jista’ jkun hemm il-ħin kollu ġenitur wieħed li jibqa’ mat-tfal li jkunu rikoverati l-isptar Mater Dei. Imbagħad, skont il-kundizzjoni tal-każ speċifiku, jkun hemm ħinijiet fejn iż-żewġ ġenituri jkunu jistgħu joqogħdu mal-wild.

Villaġġ tal-karnival - Rendikont

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ fiex wasal il-proġett tal-villaġġ tal-karnival? Jista’ jgħid ukoll meta dan il-proġett hu ppjanat li jinfetaħ biex jintuża, min huwa l-kuntrattur u jekk tqabbadx b’direct order jew le?

Response (BONNICI, OWEN)

Infurmat li x-xogħol fuq il-proġett li hu magħruf bħala l-Culture Hub li fih se jinkludi l-imħażen għall-parteċipanti tal-karnival fost l-oħrajn, jinsab għaddej. Filfatt, wara li ġie mogħti l-kuntratt tal-ewwel tender tal-iskavar, tħammil, u ppuntar (piling), wara sejħa pubblika skont il-proċeduri u r-regoli tax-xiri pubbliku, ix-xogħolijiet qed javvanzaw.  S’issa ġew demoliti l-istrutturi kollha fuq is-sit, beda l-ewwel parti ta’ tħammil u l-iskavar fuq is-sit. Wara ser jsegwu x-xogħlijiet ta' kostruzzjoni u dawk ta’ finitura u elettriku, skont ir-regoli ta' procurement. Il-proġett huwa parzjalment finanzjat minn fondi Ewropej u għalhekk gvernat mill-iskadenzi tal-istess.

Ċelebrazzjonijiet ta’ lejlet l-ewwel tas-sena - Rendikont

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ kemm ġew jiswew iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ lejlet l-ewwel tas-sena? Jista’ jgħid ukoll min kienu l-kuntratturi u jekk tqabbdux b’direct order jew le?

Response (BONNICI, OWEN)

Iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ lejlet l-ewwel tas-sena huma organizzati minn G7 Events, wara li dawn ġew magħżula permezz ta’ sejħa pubblika għal ‘Ftehim ta' Sħubija għall- Avvenimenti fuq Skala Kbira’, liema sejħa pubblika kienet imnedija mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta. Id-dettalji kollha ta’ din is-sejħa, inkluż l-ammont massimu li jista’ jintefaq minn G7 taħt din is-sejħa, jinsabu naturalment disponibbli għall-pubbliku minn fuq is-sit tal-Aġenzija Kulturali tal-Belt Valletta.

Malta - Trasport pubbliku - Miżuri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri konkreti qed jieħu biex itejjeb is-sistema tat-trasport pubbliku f’pajjiżna u jiżgura li t-trasport ikun iktar puntwali, ta’ min joqgħod fuqu (reliable) u komdu (mhux iffullati bin-nies)?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f'seduta oħra.

Omiċidji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm omiċidji bejn is-sena 2020 u l-2025? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kienu femiċidji?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għal tweġiba parlamentari 33635, li turi wkoll kif l-omiċidji mill-2018 ‘il quddiem f’pajjiżna kienu kollha solvuti.  Dwar kemm kien hemm każi ta’ femiċidji, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din il-liġi kienet ippubblikata fit-28 ta’ Ġunju 2022. Ninsab infurmat li matul il-perjodu bejn Lulju 2022 u l-aħħar ta’ Diċembru 2025, ġew irreġistrati tliet każi fejn kien hemm femiċidju. F’wieħed minn dawn il-każi, l-persuna responsabbli ma tressqitx quddiem il-qorti peress li kienet mejta, filwaqt li fiż-żewġ każijiet l-oħra, persuni tressqu quddiem il-qorti fuq akkużi u provedimenti ta’ din il-liġi.
Leg 14 PQ #686 Sitting 452 - 13/04/2026 16:00 2026-04-13 Written · Final From: GRAZIELLA ATTARD PREVI (Partit Nazzjonalista) To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi – Karozzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi rreġistrati mal-ministeru tiegħu u kemm hi l-ispiża annwali biex jinżammu?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm 75 karozza rreġistrata mal-Ministeru għall-Finanzi, li jinkludu dawk tas-Servizz Pubbliku.
Leg 14 PQ #687 Sitting 452 - 13/04/2026 16:00 2026-04-13 Written · Final From: GRAZIELLA ATTARD PREVI (Partit Nazzjonalista) To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2025

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali fil-ministeru tiegħu fl-2025?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi ma kien hemm ebda rapport ta’ fastidju sesswali fil-Ministeru għall-Finanzi fis-sena 2025.
Leg 14 PQ #689 Sitting 452 - 13/04/2026 16:00 2026-04-13 Written · Final From: GRAZIELLA ATTARD PREVI (Partit Nazzjonalista) To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2024

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali fil-ministeru tiegħu fl-2024?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi ma kien hemm ebda rapport ta’ fastidju sesswali fil-Ministeru għall-Finanzi fis-sena 2024.
Leg 14 PQ #690 Sitting 452 - 13/04/2026 16:00 2026-04-13 Written · Final From: GRAZIELLA ATTARD PREVI (Partit Nazzjonalista) To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2024

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu fl-2024?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi fis-sena 2024, ma kien hemm ebda rapport ta’ fastidju sesswali fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Finanzi.
Leg 14 PQ #695 Sitting 452 - 13/04/2026 16:00 2026-04-13 Written · Final From: GRAZIELLA ATTARD PREVI (Partit Nazzjonalista) To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi – First Aiders iċċertifikati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm first aiders iċċertifikati fil-ministeru tiegħu bħalissa?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi fil-preżent hemm 9 first aiders ċċertifikati fil-Ministeru għall-Finanzi u d-dipartimenti tiegħu.
Leg 14 PQ #696 Sitting 452 - 13/04/2026 16:00 2026-04-13 Written · Final From: GRAZIELLA ATTARD PREVI (Partit Nazzjonalista) To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi – First Aiders iċċertifikati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm first aiders iċċertifikati f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu bħalissa?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi fil-preżent hemm 132 first aiders ċċertifikati fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Finanzi.
Leg 14 PQ #698 Sitting 452 - 13/04/2026 16:00 2026-04-13 Written · Final From: GRAZIELLA ATTARD PREVI (Partit Nazzjonalista) To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi – Defibrillators

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm defibrillators fil-binja ta’ kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi hemm 11 il-defibrillator fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Finanzi.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Health and Safety Officers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx health and safety officer fil-ministeru tiegħu u jekk le, għaliex?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nirreferi lill-Onor. Interperllant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari nru 33596.