Is-sistema edukattiva – Il-ħsieb kritiku fit-tfal u ż-żgħażagħ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kif jiġi promoss il-ħsieb kritiku fis-sistema edukattiva tagħna? Jista’ jgħid ukoll jekk qattx saret riċerka kkummissjonata mill-Ministeru tiegħu li tinvestiga kemm is-sistema edukattiva tagħna tiffaċilita u tinkoraġġixxi l-ħsieb kritiku fit-tfal u ż-żgħażagħ tagħna?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li dan il-Ministeru jpoġġi l-iżvilupp tal-ħsieb kritiku bħala wieħed mill-elementi ċentrali tal-edukazzjoni kontemporanja. Dan jiġi promoss permezz ta’ diversi inizjattivi strateġiċi li jiffukaw fuq tagħlim attiv, riflessiv u bbażat fuq il-ħiliet.
Permezz tal-Istrateġija Nazzjonali għall-Edukazzjoni 2024-2030, il-Ministeru qed isaħħaħ aktar dan l-approċċ billi jippromwovi prattiki ta’ tagħlim li jsaħħu l-awtonomija tal-istudenti, il-ħsieb indipendenti u l-ħila li jevalwaw informazzjoni b’mod kritiku. Dan qed jiġi appoġġjat ukoll permezz ta’ programmi ta’ żvilupp professjonali għall-edukaturi, li jiffukaw fuq metodoloġiji ta’ tagħlim attiv, inquiry-based learning u problem-based learning.
Fir-rigward ta’ riċerka, il-Ministeru jsegwi mill-qrib ukoll evidenza minn studji internazzjonali li fihom Malta tipparteċipa, fosthom il-Programme for International Student Assessment (PISA), li jevalwa fost l-oħrajn il-ħiliet tal-istudenti fil-qari, il-matematika u x-xjenza, inkluż il-kapaċità tagħhom li japplikaw l-għarfien b’mod analitiku u kritiku. Ir-riżultati u l-analiżi ta’ dawn l-istudji jintużaw biex jinfurmaw il-politiki u r-riformi edukattivi.
Fl-istess waqt, il-Ministeru qed iwettaq ukoll proċessi ta’ reviżjoni tal-Qafas Nazzjonali tal-Kurrikulu, f’kollaborazzjoni ma’ esperti internazzjonali, sabiex jiġi żgurat li s-sistema edukattiva tagħna tkompli tissaħħaħ fl-iżvilupp ta’ kompetenzi trasversali bħall-ħsieb kritiku, il-kreattività u l-ħiliet ta’ problem solving.
B’dan il-mod, il-Ministeru qed jiżgura li s-sistema edukattiva tagħna tkompli tipprepara lit-tfal u ż-żgħażagħ mhux biss b’għarfien akkademiku, iżda wkoll bil-ħiliet meħtieġa biex janalizzaw, jivvalutaw u jifhmu b’mod kritiku d-dinja li jgħixu fiha.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31732, fejn ġie mwieġeb “Barra minn hekk, il-Gvern impenja ruħu f’investiment ta’ madwar €40 miljun fiċ-Ċentru tar-Riċerka tal-Università ta’ Malta, proġett strateġiku li se jsaħħaħ l-infrastruttura nazzjonali tar-riċerka u jpoġġi lill-pajjiż fuq livell ġdid ta’ eċċellenza xjentifika u teknoloġika. Dan iċ-ċentru se jservi bħala punt ta’ konverġenza bejn l-akkademja, l-industrija u l-innovazzjoni, u se joffri spazji avvanzati għar-riċerkaturi u għall-kollaborazzjoni internazzjonali.”, jista’ l-Ministru:
i. jagħti iktar dettalji dwar dan il-proġett;
ii. jgħid f’liema stadju tal-implimentazzjoni wasal dan il-proġett;
iii. jgħid liema fondi Ewropej qed jintużaw u kemm ser ikun hemm fondi Ewropej apparti l-€40 miljun allokati mill-Gvern Malti;
iv. jgħid fejn ser isir dan il-proġett; u
v. jgħid meta hu ppjanat li jitlesta u jibda jiffunzjona dan iċ-ċentru?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31732, fejn ġie mwieġeb “Tul il-perjodu 2020 sa 2025, l-Università ta’ Malta rċeviet finanzjament totali ta’ €7,576,012.14 mid-diversi line votes relatati mar-riċerka, imqassma fuq oqsma ewlenin bħas-saħħa, is-soċjali, it-teknoloġija u l-edukazzjoni.”, jista’ l-Ministru jagħti “break down” ta’ fuq liema oqsma dawn is-€7.5 miljun intefqu fuq riċerka?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jagħti n-numru ta’ applikazzjonijiet pendenti għall-istatementing biex tiġi deċiża l-għajnuna meħtieġa minn LSE? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm applikazzjonijiet pendenti sal-aħħar tas-sena 2025?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li dan il-proċess hu wieħed kontinwu u rigoruż.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-kontribut ta’ Malta lill-European Space Agency (ESA), li tmexxi riċerka u programmi spazjali, mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li bejn l-2018 u l-2023 kien hemm investiment ta’ €400,000 fis-sena, fi skema imsejjħa ‘
Space Research Fund
’, dedikata speċifikament għar-riċerka u t-tisħieħ tal-kompetenzi lokali fil-qasam ta’ l-iSpazju. Filwaqt li fl-2024 ġie nvestit €1,649,128.54 u fl-2025 ġie investit €1,688,707.63.
Università ta’ Malta – Senior canteen section – Sistema tal-elettriku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex tiġi upgraded is-sistema tal-elettriku fis-senior canteen section tal-Università ta’ Malta, fid-dawl li s-sistema ta’ bħalissa hija antika u m’hemmx outlets biżżejjed fejn membri tal-istaff ikunu jistgħu jiċċarġjaw l-mobile, tablet jew laptop?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li l-pjan huwa li s-socket outlets fejn membri tal-istaff ikunu jistgħu jiċċarġjaw il-mobile, tablet jew laptop fis-senior canteen section tal-Università ta’ Malta, jiżdiedu fix-xhur li ġejjien.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li ggradwaw mill-MCAST mill-2001 sal-2025, maqsuma sena b’sena u jippreżenta l-informazzjoni b’mod grafiku?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-snin imsemmija gradwaw total ta’ 54,134 student.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li ggradwaw mill-Università ta’ Malta mill-1986 sal-2025, maqsuma sena b’sena u jippreżenta l-informazzjoni b’mod grafiku?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 21273. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellanta li fl-2024 gradwaw 906 student ieħor u fl-2025 gradwaw total ta’ 3,676.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm mill-ħaddiema tas-settur pubbliku li rrikorrew għall-Employee Assistance Programme (EAP) fl-2025 kienu nisa, irġiel jew ta’ ġeneru ieħor?
B’referenza għar-rakkomandazzjoni tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hux se jippubblika d-dikjarazzjonijiet tal-assi tal-ministri?
Response (ABELA, ROBERT)
Id-dikjarazzjonijiet tal-assi ta’kull membru parlamentari jiġu sottomessi kull sena u l-pubbliku u l-media jistgħu jaċċessaw dawn id-dikjarazzjonijiet wara li jagħmlu talba lill-Uffiċċju tal-Ispeaker. Il-Gvern preżenta riforma sabiex (i) jikkonsolida u jsaħħaħ l-obbligu ta’ kull deputat parlamentari li jiddikjara l-assi tiegħu, u (ii) jingħata aċċess aħjar għal dawn id-dikjarazzjonijiet lill-pubbliku, fost oħrajn. Din hija parti minn riforma usà li tintroduċi wkoll reġistru tal-interessi ġdid u Kodiċi tal-Etika tal-Membri tal-Kamra tad-Deputati aġġornat li wkoll għandhom l-għan li jsaħħu t-trasparenza, il-kontabbiltà u l-integrità tal-membri parlamentari kollha.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hawn segretarji permanenti bħalissa?
Response (ABELA, ROBERT)
Nirreferi lill Onor. Interpellanta għas-sit elettroniku:
https://publicservice.gov.mt/en/personnel-page
fejn kopja ta’ dan it-tagħrif qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk persuna tistax tmur fid-Domestic Violence hub tal-Floriana minflok dak ta’ Santa Luċija jew l-Imtarfa, jekk ikun iktar konvenjenti għaliha, bla ebda xkiel?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi, il-Pulizija, permezz tal-GBDVU, tipprovdi servizz koordinat għall-vittmi ta’ vjolenza domestika minn tliet Domestic Violence Hubs f’Santa Luċija, fl-Imtarfa u r-Rabat Għawdex, fejn jingħata servizz minn Ufficjali tal-Pulizija speċjalizzati fuq tali rapporti, flimkien mat-tim ta’ Risk Assessors. Bħal dejjem il-Pulizija tibqa' disponibbli biex tassisti lil kull min jitlobha l-għajnuna, madankollu sabiex kull każ jiġi indirizzat bl-aktar mod effettiv u effiċjenti, meta persuna tmur id-Depot jew post ieħor tal-Pulizija, din tiġi ggwidata lejn wieħed minn dawn il-hubs. Jekk ikun hemm il-bżonn anke l-vittma tiġi provduta transport bla ħlas.