Ministeru għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet – Karozzi – Spiża annwali
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi l-ispiża annwali ta’ kull karozza (GM) fil-ministeru tiegħu u jekk dawn huma mixtrija, jista’ jgħid kemm kienu jiswew meta nxtraw?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet hemm karozza waħda GM li hija mikrija f’konformità mal-proċeduri tal-akkwist pubbliku.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx health and safety officer fil-ministeru tiegħu u jekk le, għaliex?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi jien infurmat li Health & Safety Officer impjegat full time mhuwiex rikwest mil-liġi. Madanakollu għarfien rigward is-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol huwa kontinwu.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jipprovdi l-ispiża annwali ta’ kull karozza (GM) fil-ministeru tiegħu u jekk dawn huma mixtrija, jista’ jgħid kemm kienu jiswew meta nxtraw?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fl-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-Saħħa hemm żewġ karozzi GM li huma mikrija f’konformita’ mal-proċeduri ta’ akkwist pubbliku. Waħda tintuża mid-Deputat Prim Ministru u l-oħra tintuża mis-Segretarju Parlamentari fi ħdan l-istess Ministeru.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-miżura fejn persuni dipendenti fuq il-benefiċċji soċjali, speċjalment ġenituri waħedhom, setgħu jaħdmu ftit sigħat fil-ġimgħa (sa mhux iktar minn tmien sigħat) biex ikunu jistgħu jsostnu lilhom infushom u lill-uliedhom twaqqfet, meta kienet tassisti persuni f’riskju ogħla tal-faqar? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx pjan biex tiddaħħal miżura simili fil-futur qarib?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta, sabiex tirreferi għat tweġiba li ngħatat lill mistoqsija numru 35104
fis-Seduta Nru 451 tal-XIV -il leġislatura.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ persuni li fl-2026 u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, irrikorrew għall-benefiċċji ta’ korriment fuq il-post tax-xogħol?
Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-persuni kienu intitolati għal benefiċċju għal:
i. ġimgħa jew inqas;
ii. bejn ġimgħa u ġimgħatejn;
iii. bejn ġimgħatejn u xahar; u
iv. xahar jew iktar?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, l-ammont ta’ applikazzjonijiet għall-Benefiċċju ta’ Korriment fis-sena 2026 sal-ġurnata li qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija kien ta’ 947 li minnhom ġew miċħuda 320.
It-tabella t’hawn taħt tirreferi għat-talba tal-Onor. Interpellanta fir-rigward taż-żmien li ġew intitolati għalih il-persuni eliġibbli. Tajjeb jiġi kkjarifikat illi fit-tabella hemm 142 talba li saru fl-2025 iżda li ġew imħallsa fl-2026. Dan ifisser li n-numru ta’ talbiet li saru din is-sena s’issa jammonta għal 485.
Intitolament ta' Benefiċċju
Talbiet
Ġimgħa jew anqas
263
Bejn ġimgħa u ġimagħtejn
87
Bejn ġimagħtejn u xahar
75
Xahar jew iktar
202
Total
627
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn tower cranes bħalissa f’Malta u Għawdex?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm impenn ċar fil-Manifest Int Malta, li se nirregolaw I-użu tat-tower cranes billi noħolqu reġistru nazzjonali u ċertifikazzjoni ta' użu.
Jista’ l-Ministru jgħid liema hija l-entità responsabbli li tassigura li l-krejnijiet li jkunu mqiegħda fuq il-post (tower cranes) huma siguri u li jkunu jifilħu anke riħ qawwi jew riefnu?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant biex tagħmel referenza għar-risposta li ngħatat għal Mistoqsija Parlamentari Numru 35097, tal-leġiżlatura preċedenti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm suwiċidji rrappurtati matul dawn l-aħħar għaxar snin, maqsuma sena b’sena u jaqsam din l-informazzjoni skont il-ġeneru u l-età?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Nirreferi lill-Onor.Interpellant għar-risposti mogħtija f’domandi parlamentari 18038, 26208, 33415, 34682 tal-leġislatura preċidenti, kif ukoll domanda parlamentari numru 1 li giet imwieġba llum 30 ta’ Gunju, 2026
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti mill-popolazzjoni studenteska tal-MCAST li huma Maltin, studenti mill-Unjoni Ewropea u studenti barra mill-Unjoni Ewropea, f’numri assoluti u persentaġġi? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn huma nisa, irġiel jew ta’ ġeneru ieħor?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li fl-iskola msemmija hemm 8,213-il student ta’ nazzjonalita Maltija, 1,666 student li huma barra mill-Ewropa filwaqt li 579 student mill-Unjoni Ewropea. Minn dawn, 5,863 huma ta’ sess maskil filwaqt li 4,595 huma ta’ sess femminil.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti mill-popolazzjoni studenteska tal-MCAST li huma mature students, f’numri assoluti u persentaġġi? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn huma nisa, irġiel jew ta’ ġeneru ieħor?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li preżentament hemm 2,319 student bħala mature students fejn 1,065 huma ta’ sess femminil filwaqt li 1,254 huma ta’ sess maskil.
Jista’ l-Ministru jgħid, mil-liema età persuna hija kkunsidrata bħala mature student u għalhekk ma jkollhiex għalfejn ikollha l-kwalifiki kollha neċessarji, skont il-proċedura tal-MCAST?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt;
· Ikunu fil-pussess ta’ Ċertifikat tat-Tmiem tal-Iskola jew ċertifikati oħra miksuba f’livelli differenti – skont il-livell tal-kors li qed jaspiraw li jsegwu.
· Ikollhom, sal-bidu tas-sena akkademika:
a. l-età ta’ 27 sena għal dħul fi programmi fil-Livell 7 tal-MQF
b. l-età ta’ 23 sena għal dħul fi programmi fil-Livelli 5/6 tal-MQF
c. l-età ta’ 21 sena għal dħul fi programmi fil-Livell 4 tal-MQF
d. l-età ta’ 19-il sena għal dħul fi programmi fil-Livell 3 tal-MQF
· Juru li jifhmu u li jistgħu jibbenefikaw u jsegwu l-programm ta’ studju magħżul. Dan isir permezz ta’ intervista li ssir għal dan l-iskop u permezz ta’ dokumentazzjoni oħra, inklużi dawk li juru esperjenza ta’ xogħol u preparazzjoni għall-programm magħżul ta’ studji. Applikanti li jiġu shortlisted jiġu mistiedna għal intervista biex tiġi evalwata l-idoneità tagħhom għall-programm magħżul. L-età mhijiex l-uniku kriterju għall-eliġibbiltà. Il-Bord tal-Għażla taħt il-Klawsola tal-Maturità jista’ jitlob lill-kandidati jwettqu studji addizzjonali bħala parti mill-aċċettazzjoni tagħhom. Il-Bord jista’ jirrakkomanda programm alternattiv fejn dan jitqies xieraq. Il-Bord jirriserva d-dritt li jevalwa l-kompetenzi tal-applikant permezz ta’ diversi modi ta’ assessjar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li meta ggradwaw mill-Università ta’ Malta kellhom iktar minn 60 sena f’dawn l-aħħar għaxar snin, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn kienu nisa, irġiel jew ta’ ġeneru ieħor?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li fl-aħħar 10 snin gradwaw total ta’ 220 student li kellhom iktar minn 60 sena.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti mill-popolazzjoni studenteska tal-Università ta’ Malta li huma Maltin, studenti mill-Unjoni Ewropea u studenti barra mill-Unjoni Ewropea, f’numri assoluti u persentaġġi? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn huma nisa, irġiel jew ta’ ġeneru ieħor?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt;
Maltese
EU
Non-EU
9,240
1,446
1,434
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti mill-popolazzjoni studenteska tal-Università ta’ Malta li huma mature students, f’numri assoluti u persentaġġi? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn huma nisa, irġiel jew ta’ ġeneru ieħor?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt;
Popolazzjoni studenteska
Mature Students
Persentaġġ
12,120
580
4.79%
Jista’ l-Ministru jgħid minn liema età persuna titqies bħala mature student u għalhekk mhux neċessarjament irid ikollha l-kwalifiki kollha neċessarji, skont il-proċedura tal-Università?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li r-Regolament 6 (c) tar-Regolamenti għad-Dħul jistipula li persuni li:
“ikunu għalqu t-23 sena sal-ewwel semestru tal-Kors li jkunu applikaw għalih,
li minn hawn ’il quddiem jissejħu bħala “Studenti Adulti,” u jkunu meqjusa li
huma eliġibbli għad-dħul mill-Bord tad-Dħul fuq il-bażi ta’ assessjar biex jiddetermina jekk dawn l-applikanti jistgħux jilħqu l-istess livelli akkademiċi bħall-applikanti li jidħlu skont ir-regolament 12.”
Jista’ l-Ministru jgħid fejn qed isiru l-lectures għall-persuni li jattendu l-Università tat-Tielet Età?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li bħalissa, il-lectures għall-persuni li jattendu l-Università tat-Tielet Età qed isiru f’dawn il-lokalitajiet:
Floriana - Catholic Institute, Floriana
Sliema - St. Patrick’s School, Sliema
Cottonera - Cottonera Resource Centre, Birgu
Birżebbuġa - Birżebbuġa Day Centre, Triq Birżebbuġa, Birżebbuġa
St Paul's Bay - Assisi Hall, St. Paul's Bay
Mellieħa - Mellieħa Day Centre, Mellieħa
Gozo Victoria - Il-Ħaġar – Heart of Gozo Museum and Cultural Centre, Victoria
Gozo Xewkija - University Campus, Ix-Xewkija