Legislature:
Category:
Reset
Active:

Placements ta’ suġġetti vokazzjonali – Ħlas għall-istudenti

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 69 dwar il-ħlas għall-istudenti waqt placements ta’ suġġetti vokazzjonali bħas-social work, jista’ l-Ministru jgħid f’liema sena ta’ din il-leġiżlatura ser tiġi implimentata r-riforma msemmija?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li din wegħda elettorali li se nimplimentaw f'din il-leġiżlatura.

Awtoritajiet, entitajiet u kumpaniji tal-Gvern – Bordijiet – Perċentwal ta’ nisa

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 596 u jgħid x’inhu l-perċentwal ta’ nisa fuq il-bordijiet tal-awtoritajiet, entitajiet u kumpaniji tal-Gvern?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li fl-aħħar tal-leġiżlatura li għaddiet, jiġifieri sad-29 ta’ Mejju 2026, kien hemm 33% tal-membri maħtura f’bordijiet u kumitati tal-Gvern li kienu nisa. Ninsabu fl-ewwel ftit xhur tal-leġiżlatura u ħafna minn dawn il-bordijiet u kumitati qed jiġu maħtura mill-ġdid. Il-Gvern impenjat li ż-żewġ sessi jkunu rrapreżentati b’minn tal-anqas 40% fil-membri ta’ dawn il-bordijiet u kumitati. Dan l-impenn huwa rifless fil-programm elettorali tal-Gvern u fil-verżjoni aġġornata tal-Manual for setting the categorisation, classification and remuneration of government-appointed boards and committees. Kopja ta’ dan il-Manwal tqegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra fit-22 ta’ Lulju 2026.

Is-Servizz Ċivili – Ħaddiema

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 592 u jgħid kemm hemm ħaddiema nisa, irġiel jew ta’ ġeneru ieħor minn Skala 1 sa Skala 4 li bħalissa jaħdmu fis-servizz ċivili, maqsuma skont l-iskala?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor Interpellanta li l-skali tat-tmexxija fis-Servizz Pubbliku huma min skala 5 l’fuq  fejn japplika.Qed nipprovdi l-informazzjoni skont dan hawnhekk: Skala Nisa Irġiel Ġeneru Ieħor Total 1 1 6 0 7 2 5 26 0 31 3 40 118 0 158 4 450 602 0 1052 5 1135 883 0 2018 Total 1631 1635 0 3266

Benesseri tal-popolazzjoni Maltija - Kumitati inter-ministerjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk twaqqfux kumitati inter-ministerjali biex tiġi indirizzata l-benesseri tal-popolazzjoni Maltija? Jekk iva, meta bdew jiffunzjonaw u kemm-il darba ltaqgħu s’issa?

Response (FARRUGIA, OMAR)

Nirreferi lil Onor. Interpellanta għall-Mistoqsija Parlamentari 2226

Akkwist ta’ opri ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew akkwistati opri tal-arti ġodda matul is-sena 2025? Jista’ jispeċifika wkoll liema kienu dawn l-opri u kemm ġie jiswa l-akkwist ta’ kull waħda?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-rapport annwali tal-Heritage Malta għas-sena 2025 li diġa’ tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għas-Saħħa – Persuni b’diżabilità impjegati

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm huwa n-numru ta’ persuni b’diżabilità li jaħdmu fil-Ministeru tiegħu?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru. 1212.

Ministeru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Defibrillators

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm defibrillators fil-binja ta’ kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi hemm 21 defibrillator fil-binjiet tal-entitajiet li jaqgħu taħt il Ministeru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni.

Ministeru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – First Aiders iċċertifikati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm first aiders iċċertifikati f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu bħalissa?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninsab infurmat illi sa l-aħħar ta’ Settembru 2026 kien hemm (133) first aiders ċċertifikati fl-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tal Ministeru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni.

Ministeru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – First Aiders iċċertifikati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm first aiders iċċertifikati fil-ministeru tiegħu bħalissa?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm first aider wieħed ċċertifikat fil-Ministeru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l Innovazzjoni u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu.

Proġetti ta’ restawr

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm proġetti ta’ restawr matul dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul dawn l-aħħar ħames snin, il-Gvern kompla jwettaq ħidma estensiva fil-qasam tar-restawr, il-konservazzjoni u l-preservazzjoni tal-wirt storiku u kulturali ta’ pajjiżna.  Permezz tad-Dipartiment tar-Restawr u l-Preservazzjoni, flimkien ma’ entitajiet oħra kompetenti, twettqu diversi interventi fuq siti storiċi, fortifikazzjonijiet, knejjes, kappelli, monumenti u binjiet ta’ valur patrimonjali. Din il-ħidma tifforma parti mill-impenn kontinwu tal-Gvern sabiex il-patrimonju storiku u kulturali ta’ Malta u Għawdex jibqa’ mħares u ppreservat għall-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri.

Familji li m’għandhom aċċess għall-internet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn familji f’Malta li m’għandhomx aċċess għall-internet fi djarhom?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) tinforma lil Onorevoli Interpellant li skont informazzjoni ppubblikata mill-Eurostat fid-dataset “Households – level of internet access”, fl-2025 kien hemm 97.77% tal-households f’Malta li kellhom aċċess għall-internet fid-dar. L-informazjoni tal-Eurostat tirreferi għall-perċentwal ta’ households li għandhom aċċess għall-internet fid-dar u tinkludi kull forma ta’ użu tal-internet. L-istħarriġ ikopri households fejn mill-inqas membru wieħed għandu bejn 16 u 74 sena. Ta’ min jinnota li din l-informazzjoni hija bbażata fuq stħarriġ statistiku u mhux fuq xi reġistru ta’ familji individwali. Għalhekk, il-Eurostat jipprovdi l-perċentwal u mhux in-numru assolut ta’ familji. Ta’ min jinntota wkoll li dan il-perċentwal ma jirriflettix id-disponibbiltà tal-infrastruttura tan-network, li prattikament hija aċċessibbli f’kull parti tal-pajjiż. Din l-informazzjoni hija aċċessibbli fuq il-paġna uffiċċjali tal-Eurostat: https://ec.europa.eu/eurostat/databrowser/view/tin00134/default/table?lang=en

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin - Persunal taħt l-influwenza tad-droga

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm każijiet ta’ persunal tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li nqabdu taħt influwenza tad-droga bejn Jannar u Ġunju 2026?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

N informa lill-Onor Interpellanta illi ninsab infurmat  li fil-perjodu msemmi ħadd  mill-uffiċċjali korrettivi ma’ nstab taħt l-influwenza tad-droga

Priġunieri taħt l-influwenza tad-droga

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inqabdu priġunieri taħt l-influwenza tad-droga bejn Jannar u Ġunju 2026, maqsuma xahar, b’xahar?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ninsab infurmat illi fil-perjodu indikat kien hemm tlieta (3) f’Jannar, wieħed  (1) f’Marzu u tlieta (3) f’April.