Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2024

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali fil-ministeru tiegħu fl-2024?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma llill-Onorevoli Interpellant illi fl-2024 ma ġew irreġistrati l-ebda rapporti ta' fastidju sesswali fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u fl-Entita' li taqa taħtu.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2025

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu fl-2025?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija Parlamentari numru 200.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2025

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali fil-ministeru tiegħu fl-2025?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2025 ma ġew irreġistrati l-ebda rapporti ta’ fastidju sesswali fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u fl-Entita’ li taqa taħtu.

Ministeru għall-Mobbiltà Sostenibbli – Health and Safety Officers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx health and safety officer fil-ministeru tiegħu u jekk le, għaliex?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi nfurmat li Health & Safety Officer impjegat full time mhuwiex rikwest mil-liġi. Madanakollu għarfien rigward is-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol huwa kontinwu.

Ministeru għall-Mobbiltà Sostenibbli – Defibrillators

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm defibrillators fil-binja ta’ kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi hemm disa’ (9) defibrillators fil-binjiet tal-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Mobbiltà Sostenibbli.

Ministeru għall-Mobbiltà Sostenibbli – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2024

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu fl-2024?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi fis-sena 2024 ma kien hemm ebda rapport ta’ fastidju sesswali fl-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Ministeru għall-Mobbiltà Sostenibbli.

Ministeru għall-Mobbiltà Sostenibbli – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2024

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali fil-ministeru tiegħu fl-2024?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi fis-sena 2024 ma kien hemm ebda rapport ta’ fastidju sesswali fil-Ministeru għall- Mobbiltà Sostenibbli.

Ministeru għall-Mobbiltà Sostenibbli – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2025

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu fl-2025?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninsab infurmat li jirriżulta li kien hemm rapport wieħed ta’ fastidju sesswali. F'dan il-każ ittieħdu l-passi amministrattivi relattivi.

Ministeru għall-Mobbiltà Sostenibbli – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2025

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali fil-ministeru tiegħu fl-2025?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi fis-sena 2025 ma kien hemm ebda rapport ta’ fastidju sesswali fil-Ministeru għall-Mobbiltà Sostenibbli.

Ministeru għall-Mobbiltà Sostenibbli – Karozzi – Spiża Annwali

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi l-ispiża annwali ta’ kull karozza (GM) fil-ministeru tiegħu u jekk dawn huma mixtrija, jista’ jgħid kemm kienu jiswew meta nxtraw?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-Ministeru għall-Mobbiltà Sostenibbli hemm karozza waħda GM li hija mikrija f’konformità mal-proċeduri ta’ akkwist pubbliku.

Ministeru għat-Turiżmu – Health and Safety Officers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx health and safety officer fil-ministeru tiegħu u jekk le, għaliex?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Health & Safety Officer impjegat full time mhuwiex rikwest mil-liġi. Madanakollu għarfien rigward is-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol huwa kontinwu.

Ministeru għat-Turiżmu – First Aiders iċċertifikati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm first aiders iċċertifikati f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu bħalissa?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurma illi fil-preżent hemm 93 first aiders iċċertifikati fl-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilita’ tal-Ministeru għat-Turiżmu.

Ministeru għat-Turiżmu – First Aiders iċċertifikati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm first aiders iċċertifikati fil-ministeru tiegħu bħalissa?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm persuna li hija first aider iċċertifikata fil-Ministeru għat-Turiżmu u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu.

Ministeru għat-Turiżmu – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2024

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu fl-2024?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fis-sena 2024 ma kien hemm ebda rapport ta’ fastidju sesswali fl-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilita’ tal-Ministeru għat-Turiżmu.

Ministeru għat-Turiżmu – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2024

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali fil-ministeru tiegħu fl-2024?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fis-sena 2024 ma kien hemm ebda rapport ta’ fastidju sesswali fil-Ministeru għat-Turiżmu.

Ministeru għat-Turiżmu – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2025

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu fl-2025?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fis-sena 2025 ma kien hemm ebda rapport ta’ fastidju sesswali fl-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilita’ tal-Ministeru għat-Turiżmu.

Ministeru għat-Turiżmu – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2025

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali fil-ministeru tiegħu fl-2025?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fis-sena 2025 ma kien hemm ebda rapport ta’ fastidju sesswali fil-Ministeru għat-Turiżmu.

Ministeru għat-Turiżmu – Karozzi – Spiża annwali

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi l-ispiża annwali ta’ kull karozza (GM) fil-ministeru tiegħu u jekk dawn huma mixtrija, jista’ jgħid kemm kienu jiswew meta nxtraw?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-Ministeru għat-Turiżmu hemm karozza waħda GM li hija mikrija b’konformita’ mal-proċeduri ta’ akkwist pubbliku.