Legislature:
Category:
Reset
Active:

EAP - Ħaddiema mis-settur pubbliku

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm mill-ħaddiema tas-settur pubbliku li rrikorrew għall-Employee Assistance Programme (EAP) fl-2026, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kienu nisa, irġiel jew ta’ ġeneru ieħor?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

EAP - Ħaddiema mis-settur pubbliku

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema mis-settur pubbliku li rrikorrew għall-Employee Assistance Programme (EAP) matul l-2026, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Segretarji Permanenti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ segretarji permanenti bħalissa?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li flimkien mas-Segretarju Permanenti Ewlieni hemm 18-il Segretarju Permanenti. Għal aktar informazzjoni dwar min huma nirreferiha għas-sit elettroniku: https://publicservice.gov.mt/en/personnel-page fejn kopja ta’ dan it-tagħrif qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

L-Isptar Mater Dei - Kura tat-tfal - Ġenituri

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-ġenituri tat-tfal li jkunu qed jirċievu l-kura fl-Isptar Mater Dei, jitħallewx joqogħdu ħdejn it-tfal tagħhom il-ħin kollu?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru. 35124 tal-Leġislatura XIV.

Xandir pubbliku - Preżentaturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-preżentaturi fix-xandir pubbliku bħalissa huma nisa, irġiel jew ta’ ġeneru ieħor?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li mill-informazzjoni mgħoddija lili, fix-xandir pubbliku hemm 150 preżentatur raġel u 67 preżentatriċi nisa.

Villaġġ tal-karnival - Rendikont

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ fiex wasal il-proġett tal-villaġġ tal-karnival? Jista’ jgħid ukoll meta dan il-proġett hu ppjanat li jinfetaħ biex jintuża, min huwa l-kuntrattur u jekk tqabbadx b’direct order jew le?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern huwa kommes li jitkompla x-xogħol fuq l-Arts and Culture Hub fil-Marsa. Dan il-proġett huwa wieħed mill-akbar investimenti fis-settur tal-arti u l-kultura hekk kif il-kumpless mhux biss se jinkludi ċentru bil-faċilitajiet kollha li għandhom bżonn l-artisti lijtellgħu l-Karnival iżda wkoll spazji attrezzati għal varjetà ta’ artisti u forom tal-arti oħra. Din hija wegħda ċara fil-programm elettorali tal-Gvern. Dan il-proġett ser jinqasam f'fażijiet u jien infurmat li x-xogħol fuq il-l-ewwel fażi tal-proġett imsemmi bħalissa jinsab fl-istadju ta’ l-iskavar.

Trasport pubbliku - Miżuri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri konkreti qegħdin jittieħdu biex is-sistema tat-trasport pubbliku f’pajjiżna titjieb u jkun żgurat li t-trasport ikun iktar puntwali, ta’ min joqgħod fuqu (reliable) u komdu (mhux iffullati bin-nies)?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Traffiku - Miżuri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri konkreti qegħdin jittieħdu sabiex tittaffa l-problema tat-traffiku f’Malta, fid-dawl tal-fatt li skont l-indiċi tat-TomTom, it-traffiku f’Malta huwa t-tieni l-agħar fid-dinja?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin - Priġunieri nisa minħabba prostituzzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ priġunieri nisa li qegħdin fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin minħabba prostituzzjoni?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ninsab infurmat li, sa 23 ta’ Ġunju 2026, ma kien hemm l-ebda priġunieri nisa fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li nstabu ħatja ta reati relatati mal-prostituzzjoni.

National Strategic Policy for Positive Parenting 2016-2024

Question

Fid-dawl li n-National Strategic Policy for Positive Parenting 2016-2024 skadiet fl-2024, jista’ l-Ministru jgħid meta ser tiġi mnedija l-istrateġija nazzjonali li jmiss?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, kif spjegajt f’April 2026, bħalissa għaddejjin b’diskussjonijiet, bil-għan li tiġi ffinalizzata l-istrateġija nazzjonali li jmiss.

National Strategic Policy for Positive Parenting 2016-2024 - Objettivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-objettivi li ntlaħqu jew li ma ntlaħqux fin-National Strategic Policy for Positive Parenting 2016-2024?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta, sabiex tirreferi għat tweġiba li ngħatat lill mistoqsija numru 35107 fis-Seduta Nru 451 tal-XIV -il leġislatura.