Legislature:
Category:
Reset
Active:

Qrati – ħruġ ta’ protection orders

Question

Mill-Protection Orders li ħarġu mill-Qorti biex jipproteġu vittmi tal-vjolenza domestika minn Jannar sa Ottubru 2022, jista’ l-Ministru jgħid kemm minnhom ġew vjolentati? X'tip ta' sanzjonijiet ġew imposti meta dawn il-protection orders ġew vjolentati?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nitlob lill-Onor. interpellanta tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 4531.

European Institute of Gender Equality -– informazzjoni ta’ data dwar il-vjolenza domestika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ma ngħatat l-ebda informazzjoni ta' data fuq il-vjolenza domestika f'Malta li tinġabar mill-European Institute of Gender Equality, hekk kif ġie rapportat fl-aħħar indiċi li ġew ippubblikati mill-istess Istitut f'Ottubru 2022?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li din il-materja taqa’ taħt il-Ministeru responsabbli għall-ġbir ta’ l-Istatistika u jkun għaqli li tressaq din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Nuqqas ta’ ħlas ta’ manteniment – twissija, multi, ħabs sospiż

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm missirijiet u ommijiet effettivament instabu ħatja ta’ ksur tal-Kodiċi Kriminali (Kap. 9 tal-Liġijiet ta’ Malta) artikolu 338(z), dwar in-nuqqas ta’ ħlas tal-manteniment, u artikolu 338(ll), dwar in-nuqqas ta’ aċċess ta’ wlied minuri, u kemm weħlu twissijiet, multi jew ħabs sospiż matul is-sena 2021?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Nuqqas ta’ ħlas ta’ Manteniment — Priġunerija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm missirijiet u ommijiet effettivament intbagħtu l-ħabs wara li nstabu ħatja ta’ ksur tal-Kodiċi Kriminali (Kap. 9 tal-Liġijiet ta’ Malta) artikolu 338(z), dwar in-nuqqas ta’ ħlas tal-manteniment, u artikolu 338(ll), dwar in-nuqqas ta’ aċċess ta’ wlied minuri matul is-sena 2021?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Rapporti ta’ fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu rapporti ta' fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol lill-Pulizija minn Jannar 2022 sa Ottubru 2022? Kemm minn dawn ir-rapporti saru minn nisa u kemm minn irġiel? Kemm minn dawn ir-rapporti/każijiet ittellgħu l-Qorti? F'kemm minn dawn ir-rapporti/każijiet li ttellgħu l-qorti l-perpetrator instab ħati?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ rapport rreġistrati mal-Pulizija, minn persuni li sfaw vittmi ta’ fastidju sesswali fuq il-post tax xogħol fil-perjodu ta’ bejn l-ewwel ta’ Jannar u l-aħħar ta’ Ottubru 2022, kien ta’ sebgħa. Fil-każijiet kollha l-vittmi kienu femminili. F’sitta minn dawn il-każi, il-persuni suspettati tressqu jew qegħdin fil-proċess li jitressqu l-Qorti. Każ wieħed għadu qed jiġi investigat. Fuq l-ebda każ għadha ma ngħatat sentenza.

Rapporti ta’ fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu rapporti ta' fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol lill-Pulizija fis-sena 2021? Kemm minn dawn ir-rapporti saru minn nisa u kemm minn irġiel? Kemm minn dawn ir-rapporti/każijiet ittellgħu l-Qorti? F'kemm minn dawn ir-rapporti/każijiet li ttellgħu l-qorti l-perpetrator instab ħati?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ rapporti rreġistrati mal-Pulizija, minn persuni li sfaw vittmi ta’ fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol matul is-sena 2021, kien ta’ tmienja (8). F’sebgħa (7) każi l-vittmi kienu femminili u f’każ ieħor il-vittma kien raġel. F’erbgħa minn dawn il-każi, il-persuni suspettati tressqu l-Qorti. Minnhom kien hemm każ fejn is-suspettat ġie lliberat. F’każ ieħor is-suspettat instab ħati u f’żewġ każi l-proċedimenti għadhom għaddejjin.

Ta’ Xbiex – Marina — tiswijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jsiru t-tiswijiet neċessarji fuq il-funtana ġewwa l-marina ta' Ta' Xbiex, li ilha snin bil-ħsara?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat li l-ħsara qed tiġi spezzjonata minn aspett tekniku sabiex isiru x-xogħlijiet kollha meħtieġa.

Gender Domestic Violence Unit — rapporti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu rapporti ta' vjolenza domestika fil-Gender Domestic Violence Unit minn Jannar sa Ottubru 2022? Minn liema lokalitajiet kienu l-vittmi li daħħlu dawn ir-rapporti? Kemm minn dawn ir-rapporti kienu rapportati iktar minn darba mill-istess vittma? Kemm minn dawn ir-rapporti talbu biex il-każ tagħhom jipproċedi quddiem il-Qorti? Kemm minn dawn ir-rapporti talbu għal għajnuna immedjata biex jiġu protetti u x'tip ta' protezzjoni ngħatat? Kemm minn dawn ir-rapporti talbu għal shelter?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi minn Jannar sa Ottubru 2022, fil-Gender Domestic Violence Unit daħlu elf, erba’ mija u erbatax (1414) ir-rapport ta’ vjolenza domestika li kienu jinvolvu elf, ħames mija u u sitta u sebgħin (1576) persuna. Minnhom elf, mija u dsatax (1119) kienu nisa u erbgħa mija u sebgħa u ħamsin (457) irġiel. Filwaqt li ma teżistix informazzjoni elettronika tal-lokalitajiet minn fejn kienu l-vittmi li għamlu dawn ir-rapporti, irid jingħad illi dawn l-abbużi saru fil-lokalitajiet li jidhru fil-lista riprodotta hawn taħt. Kien hemm mija u disa’ u disgħin (199) persuna li huma indikati bħala vittmi f’aktar minn rapport wieħed. Minn dawn mija u tmienja u erbgħin (148) kienu nisa u wieħed u ħamsin (51) irġiel. F’kull każ fejn wara rapport ta’ vjolenza domestika jirriżulta li hemm evidenza tar-reat irrapurtat, dejjem jittieħdu proċeduri fil-Qorti mill-pulizija, peress li dawn iridu jittieħdu ‘ex officio’ skont il-liġi nazzjonali, u mhux bl-għażla tal-vittma. Min naħa tal-pulizija, l-għajnuna kollha li hija fil-kompetenza tagħha tingħata, u din tinkludi l-prosekuzzjoni tal-aggressuri fil-qrati wara l-konkluzzjoni tal-investigazzjonijiet u fejn meħtieġ dawn anke jittressqu b’arrest. Kien hemm sittax (16)-il persuni illi waqt li kienu jirraportaw il-każ tagħhom fil-Gender Domestic Violence Unit, talbu għal-xelter. Minnhom erbatax (14) kienu nisa u tnejn (2) kienu rġiel. Lokalita Ammont ATTARD 28 BALZAN 6 BIRGU 10 BIRKIRKARA 60 BIRZEBBUGIA 56 BORMLA 35 DINGLI 5 FGURA 46 FLORIANA 14 GHAJNSIELEM - GHAWDEX 2 GHARGHUR 18 GHAXAQ 24 GUDJA 12 GZIRA 27 HAMRUN 40 IKLIN 5 ISLA 18 KALKARA 10 KIRKOP 18 LIJA 5 LUQA 30 MARSA 22 MARSASKALA 46 MARSAXLOKK 6 MDINA 1 MELLIEHA 29 MGARR 14 MOSTA 41 MQABBA 5 MSIDA 27 MTARFA 1 NAXXAR 47 PAOLA 38 PEMBROKE 10 PIETA' 16 QALA - GHAWDEX 1 QORMI 57 QRENDI 9 RABAT 28 RABAT - GHAWDEX 1 SAFI 7 SAN GILJAN 38 SAN GWANN 26 SAN PAWL IL-BAHAR 88 SANNAT - GHAWDEX 1 SANTA LUCIJA 6 SANTA VENERA 39 SIGGIEWI 31 SLIEMA 25 SWIEQI 14 TA' XBIEX 6 TARXIEN 26 VALLETTA 35 XGHAJRA 12 ZABBAR 52 ZEBBUG 54 ZEBBUG - GHAWDEX 1 ZEJTUN 59 ZURRIEQ 25 N/A 1 Total 1414

Miżuri tal-Work Life Balance — spejjeż

Question

B’referenza għall-miżuri li ddaħħlu fl-Avviż Legali 201/2022 dwar il-Work Life Balance, peress li l-ispejjeż tagħhom, kemm għall-impjegati tas-settur pubbliku kif ukoll għal dawk li jaħdmu fis-settur privat, se jinġarru kollha mill-Gvern sal-aħħar ta' 2023, jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhi l-ispiża li dawn il-miżuri se jiswew lis-settur privat mill-2024?

Response (ABELA, ROBERT)

Tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Nisa li kellhom kumplikazzjonijiet waqt it-tqala

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ nisa tqal matul l-2021 li waqt it-tqala kellhom kumplikazzjonijiet gravi ta’ saħħa (life threatening)? Kemm minn dawn tilfu ħajjithom kif ukoll dik tat-tarbija? Kemm minn dawn tilfu t-tarbija tagħhom? F’kemm minn dawn il-każijiet salvat biss it-tarbija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi waqt li ma tinżammx statistika dwar komplikazzjonijiet fi tqala li ma jkunux wasslu għal mewt, l-aħħar mewta ta' omm tqila f’Malta kien fl-2010.

Każi ta’ kumplikazzjonijiet waqt it-tqala

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ nisa tqal minn Jannar sa Ottubru 2022 li waqt it-tqala kellhom kumplikazzjonijiet gravi ta’ saħħa (life threatening)? Kemm minn dawn tilfu ħajjithom kif ukoll dik tat-tarbija? Kemm minn dawn in-nisa tilfu t-tarbija tagħhom? F’kemm minn dawn il-każijiet salvat biss it-tarbija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija Parlamentari numru 4141.

Każi ta’ kumplikazzjonijiet waqt it-tqala

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm każi ta’ nisa tqal matul l-2021 li kellhom kumplikazzjonijiet gravi ta’ saħħa (life threatening) fl-ewwel tliet xhur tat-tqala? Kemm minn dawn in-nisa tilfu ħajjithom kif ukoll dik tat-tarbija? Kemm minn dawn in-nisa tilfu t-tarbija taghhom? F’kemm minn dawn il-każi salvat biss it-tarbija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija Parlamentari numru 4141.

Każi ta’ kumplikazzjonijiet waqt it-tqala

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm każi ta’ nisa tqal matul l-2021 li kellhom kumplikazzjonijiet gravi ta’ saħħa (life threatening) fit-tieni trimestru tat-tqala? Kemm minn dawn in-nisa tilfu ħajjithom kif ukoll dik tat-tarbija? Kemm minn dawn in-nisa tilfu t-tarbija tagħhom? F’kemm minn dawn il-każi salvat biss it-tarbija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija Parlamentari numru 4141.

Każi ta’ kumplikazzjonijiet waqt it-tqala

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ nisa tqal matul l-2021 li kellhom kumplikazzjonijiet gravi ta’ saħħa (life threatening) fit-tielet/l-aħħar trimestru tat-tqala? Kemm minn dawn in-nisa tilfu ħajjithom kif ukoll dik tat-tarbija? Kemm minn dawn in-nisa tilfu t-tarbija taghhom? F’kemm minn dawn il-każi salvat biss it-tarbija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija Parlamentari numru 4141.

Pulizija – rapporti ta’ fastidju sesswali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu rapporti ta' fastidju sesswali lill-Pulizija matul is-sena 2021? Kemm minn dawn ir-rapporti saru minn nisa u kemm minn irġiel? Kemm minn dawn ir-rapporti/każijiet ittellgħu l-Qorti? Kemm minn dawn ir-rapporti/każijiet il-perpretrator instab ħati?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.

Pulizija – rapporti ta’ fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu rapporti ta' fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol lill-Pulizija minn Jannar 2022 sa Ottubru 2022? Kemm minn dawn ir-rapporti saru minn nisa u kemm minn irġiel? Kemm minn dawn ir-rapporti/każijiet ittellgħu l-Qorti? Kemm minn dawn ir-rapporti/każijiet li ttellgħu l-Qorti, il-perpretrator instab ħati?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.

Ġenituri li ntbagħtu l-ħabs wara li nstabu ħatja ta' ksur tal-kodiċi kriminali dwar nuqqas ta' ħlas ta' manteniment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm missirijiet u ommijiet effettivament intbagħtu l-ħabs wara li nstabu ħatja ta' ksur tal-Kodiċi Kriminali (Kap. 9 tal-Liġijiet ta' Malta) artikolu 338(z) dwar in-nuqqas ta' ħlas tal-manteniment, u artikolu 338 (11), dwar in-nuqqas ta' aċċess ta' wlied minuri, matul is-sena 2021?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra

Ġenituri li nstabu ħatja ta' ksur tal-kodiċi kriminali dwar nuqqas ta' ħlas ta' manteniment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm missirijiet u ommijiet effettivament nstabu ħatja ta’ ksur tal-liġi kriminali Kap. 9 tal-Liġijiet ta’ Malta, artikolu 338(z) dwar in-nuqqas ta’ ħlas tal-manteniment u artikolu 338 (ll) dwar in-nuqqas ta’ aċċess ta’ wlied minuri u kemm weħlu twissijiet, multi jew ħabs sospensiv, matul is-sena 2021?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.