Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — Anti-Harassment Policy
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ “Anti-Harassment Policy” (għal fuq il-post tax-xogħol) teżisti fi ħdan il-Ministeru kif ukoll fi ħdan kull aġenzija u/jew dipartiment li jaqa’ taħt dan il-Ministeru tiegħu?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur — Anti-Harassment Policy
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’tip ta’ “Anti-Harassment Policy” (għal fuq il-post tax-xogħol) teżisti fi ħdan il-Ministeru kif ukoll fi ħdan kull aġenzija u/jew dipartiment li jaqa’ taħt dan il-Ministeru tagħha?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Waqt li ninforma lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 5724, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra wkoll policies adottati minn entitajiet li jaqgħu taħt dan il-Ministeru.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — Anti-Harassment Policy
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ “Anti-Harassment Policy” (għal fuq il-post tax-xogħol) teżisti fi ħdan il-Ministeru kif ukoll fi ħdan kull aġenzija u/jew dipartiment li jaqa’ taħt il-Ministeru tiegħu?
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ “Anti-Harassment Policy” (għal fuq il-post tax-xogħol) teżisti fi ħdan il-Ministeru kif ukoll fi ħdan kull aġenzija u/jew dipartiment li jaqa’ taħt dan il-Ministeru tiegħu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dak li għandu x’jaqsam mal-ħaddiema taċ-Ċivil nirreferih għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 5724. Min-naħa l-oħra, l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għal Għawdex għandhom policies speċifiċi rigwad anti-harassment policy. Il-linji gwida tal-GRDA huma stabbiliti fil-Gender Equality Policy, filwaqt li l-Gozo Channel għandha Grievance Policy ġenerika fil-ftehim kollettiv li tkopri u tħares l-interessi tal-ħaddiema meta jkun hemm kwalukwe każ ta’ lment. Dan apparti li l-kumpanija timxi wkoll fuq linji gwida kif stabbilit fil-PSMC. Id-dokumenti rispettivi taż-żewġ entitajiet qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — Anti-Harassment Policy
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ “Anti-Harassment Policy” (għal fuq il-post tax-xogħol) teżisti fi ħdan il-Ministeru kif ukoll fi ħdan kull aġenzija u/jew dipartiment li jaqa’ taħt dan il-Ministeru tiegħu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari 5724. Fir-rigward tal-entitajiet fi ħdan l-istess dekasteru, infurmat li wħud mill-entitajiet jagħmlu użu mid-dokument riferut fit-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 5724 u oħrajn għandhom policy interna.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – Anti-Harassment Policy
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’tip ta’ “Anti-Harassment Policy” (għal fuq il-post tax-xogħol) teżisti fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, kif ukoll fi ħdan kull aġenzija u/jew dipartiment li jaqa’ taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru?
Response (ABELA, ROBERT)
Filwaqt li għall-ħaddiema taċ-Ċivil fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru nirreferi lill-Onor. Interpellanta għad-dokument li diġà huwa pubbliku u li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, rigward il-ħaddiema fl-entitajiet fi ħdan l-istess dekasteru, it-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’tip ta’ “Anti-Harassment Policy” (għal fuq il-post tax-xogħol) teżisti fi ħdan il-Ministeru kif ukoll fi ħdan kull aġenzija u/jew dipartiment li jaqa’ taħt il-Ministeru tiegħu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 5724, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra wkoll il-policy adottata mill-FMS.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Anti-Harassment Policy
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ “Anti-Harassment Policy” (għal fuq il-post tax-xogħol) teżisti fi ħdan il-Ministeru kif ukoll fi ħdan kull aġenzija u/jew dipartiment li jaqa’ taħt il-Ministeru tiegħu?
Response (BONNICI, OWEN)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari bin-numru 5724, t-tagħrif dwar policies differenti addottati minn entitajiet differenti ser ikunu qegħdin jinġabru.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Anti-Harassment Policy
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ “Anti-Harassment Policy” (għal fuq il-post tax-xogħol) teżisti fi ħdan il-Ministeru kif ukoll fi ħdan kull aġenzija u/jew dipartiment li jaqa’ taħt il-Ministeru tiegħu?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 5724 tal-istess Seduta.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Anti-Harassment Policy
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ “Anti-Harassment Policy” (għal fuq il-post tax-xogħol) teżisti fi ħdan il-Ministeru kif ukoll fi ħdan kull aġenzija u/jew dipartiment li jaqa’ taħt il-Ministeru tiegħu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 5724.
B’żieda ma dan, ninforma lill-Onor. Interpellanta li, mill-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilita’ tal-Ministeru tiegħi, hija il-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali li għandha Anti-Harassment Policy għal fuq il-post tax-xogħol, liema kopja ser tiġi mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra f’seduta oħra.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Anti-Harassment Policy
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ “Anti-Harassment Policy” (għal fuq il-post tax-xogħol) teżisti fi ħdan il-Ministeru kif ukoll fi ħdan kull aġenzija u/jew dipartiment li jaqa’ taħt il-Ministeru tiegħu?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari 5724 kif ukoll qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-Disciplinary Procedures Policy tal-Malta Food Agency (MFA).
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Sqaq Qui-si-Sana, (jew Sqaq Xatt Qui-si-Sana), f’Tas-Sliema huwiex sqaq pubbliku jew privat?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sabiex issir tfittxija daqshekk preċiza fuq sit speċifiku, ikun aħjar li jingħataw aktar dettalji rigwardanti l-istess proprjetà, bħal ‘site plan’ li tindika bi preċizjoni is-sit inkwistjoni.
Asylum seekers — Specific Residence Authorisation Scheme
Question
Dwar l-Iskema Specific Residence Authorisation (SRA) li kienet tirregolarizza l-pożizzjoni ta' asylum seekers, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx data ta' meta din se terġa' tinfetaħ, u dan sabiex diversi asylum seekers ġenwini, li ilhom snin jgħixu Malta u li llum il-ġurnata integraw ruħhom b'mod effettiv fis-soċjetà Maltija, jirregolarizzaw l-istatus tagħhom?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-iskema ta’ Specific Residence Authorisation għalqet fil-31 ta’ Diċembru 2020 u l-benefiċjarji tagħha jistgħu jibqgħu jġeddu l-permess ta’ residenza tagħhom skont il-kriterji stabbiliti. Din kienet skema ta’ darba u ma hemmx pjan li terġa’ tinfetaħ. Persuni li ma jikkwalifikawx għall-ażil huma suġġett għal ritorn u għaldaqstant huma mħeġġa li jibbenefikaw minn wieħed mill-pakketti ta’ għajnuna tal-programm ta’ ritorn volontarju assistit provdut mill-Gvern u l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Immigrazzjoni.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm huma twal f'termini ta' ġimgħat/xhur il-listi ta' stennija għal dawn is-servizzi fl-Isptar Mater Dei mniżżla hawn taħt:
a. MRI;
b. CT scan;
c. Operazzjonijiet tal-irkoppa;
d. Ophtalmic (l-ewwel vista);
e. Operazzjonijiet għall-katarretti;
f. ENT (l-ewwel vista); u
g. GU Clinic?
Jista’ jgħid ukoll hemmx xi listi ta' stennija oħra f'dipartimenti oħrajn li jaqbżu t-tliet xhur?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ż-żmien ta’ stennija jiddependi mill-urġenza tal-każ għalhekk kull każ huwa vverifikat u dawk li huma urġenti jsiru f’qasir żmien. Pereżempju pazjenti li jkollhom bżonn urġenti tas-servizz tal-GU clinic jingħataw appuntament dakinhar stess jew l-għada. Għal każijiet inqas urġenti l-appuntament jista' jkun aktar fit-tul.
Sptar Sir Anthony Mamo Oncology Centre – listi ta’ stennija
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm huma twal f'termini ta' xhur il-lista ta' stennija għall-ewwel vista fl-Isptar Sir Anthony Mamo Oncology Centre (SAMOC)?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ż-żmien ta' stennija għall-ewwel vista fl-Oncology Out Patients hija ta’ madwar 18-il jum. Madanakollu kull każ jiġi vetted mill-ispeċjalisti relevanti u f’każ ta’ urġenza l-pazjent jingħata appuntament minnufih.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm qed ikun hemm stennija bejn appuntament u follow-up ma' psikjatri fil-kliniċi tal-komunità? Jista’ jgħid jekk hux qed jinżamm xi tip ta’ rekord ta' dan id-dewmien?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li follow-up fil-kliniċi msemmija minnha jsiru skont il-qagħda klinika u l-ħtieġa tal-pazjent. Dan jiġi determinat mit-tim multidixxiplinarju li jkun qed isegwi lill-pazjent.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma li pazjenti li jkollhom xi bidla fil-lista tal-mediċini tal-Kartuna s-Safra qed ikollhom imorru jagħmlu t-tibdil fl-uffiċċju tax-Schedule V fil-kumpless ta' San Luqa? Jista’ jikkonferma li sa ftit ilu l-ispiżjar tal-POYC kien jiffaċilita din il-bidla imma l-ispiżjara rċevew istruzzjonijiet biex ma jkomplux jagħmlu dan? F'każ li vera kien hemm din il-bidla, jista' l-Ministru jiċċara x'kien il-ħsieb wara din il-bidla?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kwalunkwe bidla fit-trattament/mediċina huwa dejjem għad-diskrezzjoni tal-Konsulent li jieħu ħsieb il-pazjent. Tibdil fil-mediċina jista' jsir direttament mill-konsulent lill-POYC, sussegwentement ipproċessata mit-tim ta’ Schedule V jew permezz tas-sistema ta’ intitolament online tal-POYC imsejħa CARE, fejn l-applikazzjoni tiġi riċevuta direttament minn POYC u pproċessata u viżibbli għall-ispiżerija fuq is-sistema WPDS immedjatament wara l-ipproċessar.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid Kemm hemm applikanti li qed jistennew biex jidħlu fir-Residenza San Vincenz de Paule? Jista' jgħid kemm hemm applikanti li qed jistennew biex jidħlu f'dar tal-anzjani fil-komunità?
Jista' jgħid x'inhuma d-dati tal-applikanti li ilhom l-iktar jistennew biex jidħlu fir-Residenza San Vinċenz jew fi djar tal-anzjani fil-komunità?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Pulizija – Rapporti ta’ ksur ta’ protection orders minn vittmi ta’ vjolenza domestika
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu rapporti ta' ksur ta' protection orders minn vittmi ta' vjolenza domestika minn Jannar sa Ottubru 2022? X'tip ta' azzjoni ttieħdet f'kull każ? Kemm minn dawn ġew irrapportati iktar minn darba?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u l-aħħar ta’ Ottubru ta’ din is-sena daħlu sbatax-il rapport ta’ ksur ta’ protection orders, minn vittmi ta’ vjolenza domestika. F’kull każ ittieħdu passi kontra l-persuni responsabbli fil-Qorti, li kienu sittax-il persuna maskili u persuna femminili. F’żewġ każijiet, il-każ ġie deċiż waqt li fl-oħrajn il-każ għadu sub judice. Fl-ebda waħda minn dawn l-istanzi ma kien hemm każi fejn ġew irrapportati iktar minn darba.