Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu rapporti ta' fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol lill-Pulizija fis-snin 2018, 2019 u 2020? Kemm minn dawn ir-rapporti saru minn nisa u kemm minn irġiel? Kemm ittellgħu l-Qorti minn dawn ir-rapporti/każijiet? F'kemm minn dawn ir-rapporti/każijiet li ttellgħu l-Qorti, is-suspettati nstabu ħatja?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi fil-perjodu indikat mill-Onor. Membru kien hemm tliet rapporti mal-Pulizija dwar fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol kif jidher fit-tabella hawn taħt. Ir-rapporti saru minn persuni femminili. Dettalji oħra mitluba f’din il-mistoqsija jinsabu fl-istess tabella.
Sena
Numru ta’ kazi
Persuni mressqa l-Qorti
Rizultat tal-kaz
Min għamel ir-rapport
2018
1
Persuna maskili
Illiberat
Persuna femminili
2019
1
Persuna maskili
Sub-judice
Persuna femminili
2020
1
Kaz investigat
-
Persuna femminili
Ratifikazzjoni tal-Konvenzjoni tal-ILO C190 Violence and Harassment
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjani tal-Gvern biex tiġi ratifikata l-Konvenzjoni tal-International Labour Organisation (ILO) C190 Violence and Harassment addottata fl-2019 u li ġiet fis-seħħ f'Ġunju, 2021?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — Anti-Harassment Policy
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamenatri 5731 u jgħid x’tip ta’ “Anti-Harassment Policy” (għal fuq il-post tax-xogħol) teżisti fi ħdan il-Ministeru kif ukoll fi ħdan kull aġenzija u/jew dipartiment li jaqa’ taħt dan il-Ministeru tiegħu?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li rigward il-Ministeru, jirreferi għat-tweġiba 5724. Ridward l-entitajiet ħafna min dawn jew jaderixxi mal-istess dokument jew isegwu politika mħaddma fuq l-istess prinċipju.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ma ngħatat l-ebda informazzjoni ta' data fuq il-vjolenza domestika f'Malta li tinġabar mill-European Institute of Gender Equality, hekk kif ġie rapportat fl-aħħar indiċi li ġew ippubblikati mill-istess Istitut f'Ottubru 2022?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Protection orders fuq vittmi ta’ vjolenza domestika
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-Protection Orders u Temporary Protection Orders li ħarġu fis-snin 2020 u 2021 fuq vittmi ta' vjolenza domestika ġew miksura? X'tip ta' azzjoni ttieħdet f'kull każ? Kemm minn dawn ġew rapportati iktar minn darba?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi data fuq il-ksur ta’ Protection Orders u Temporary Protection Orders u s-sanzjonijiet marbuta magħhom ġiet ċentralizzata u bdiet tinġabar minn Ottubru 2020, meta twaqqfet it-Taqsima kontra il-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika (GBDV) tal-Korp. Ma kenitx miżmuma data kif mitluba qabel dan il-perjodu. Fil-perjodu ta’ bejn Ottubru 2020 sa Diċembru 2021 kien hemm total ta’ wieħed u erbgħin (41) kaz fejn Ordnijiet ta’ Protezzjoni maħruġa fuq vittmi ta’ vjolenza domestika ġew miksura. F’kull każ il-persuni responsabbli ġew akkużati bi ksur ta’ dawn l-ordnijiet. F’erbgħa minn dawn il-każi il-persuni kkonċernati kisru l-ordni għal aktar min darba. Fl-istess perjodu kien hemm żewġ (2) każi ta’ Ordnijiet ta’ Protezzjoni Temporanja maħruġa fuq vittmi ta’ vjolenza li ġew miksura u l-persuni responsabbli ġew akkuzati bi ksur ta’ dawn l-ordnijiet. F’każ minnhom il-persuna kkonċernata kissret l-ordni darbtejn.
Ġenituri li nstabu ħatja ta’ ksur tal-Kodiċi Kriminali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm missirijiet u ommijiet fis-snin 2021 u 2022 effettivament instabu ħatja ta' ksur tal-Kodiċi Kriminali (Kap. 9 tal-Liġijiet ta' Malta) artikolu 339(z) dwar in-nuqqas ta' ħlas tal-manteniment, u artikolu 338(II) dwar in-nuqqas ta' aċċess ta' wlied minuri, u kemm weħlu twissijiet, multi, ħabs sospiż u/jew priġunerija?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2021 kien hemm ħames (5) ommijiet u wieħed u tletin (31) missirijiet illi ntbagħtu l-ħabs wara li nstabu ħatja dwar nuqqas ta' ħlas tal-manteniment u aċċess ta' wlied minuri, żewġ (2) missirijiet weħlu sentenza sospiża, dsatax (19)-il omm u tletin (30) missirijiet weħlu sentenza ta' multi u sitt (6) ommijiet u missier wieħed (1) weħlu sentenza ta' twiddiba u ċanfira.
Rigward l-informazzjoni mitluba għas-sena 2022, ninforma lill-Onor. Interpellant li din qed tinġabar u se tinagħata f’seduta oħra.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7314, fejn jingħad li n-numru ta' failed asylum seekers li għandhom dokument tal-Pulizija u li għandhom jitolbu estensjoni f'Malta huwa ta' 738 u fejn jingħad ukoll li ż-żmien li ilhom Malta jvarja mis-sena 2004 sas-sena 2022, li jfisser li wħud minnhom ilhom hawn 18-il sena, jista’ l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li dawn il-failed asylum seekers ma ġewx ritornati fil-pajjiż oriġinali tagħhom? Xi pjanijiet għandu l-Gvern għal dawn il-failed asylum seekers li jinsabu f'dan il-limbu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Il-politika tal-Gvern f’dan is-settur hija politika ta' immigrazzjoni ġusta, li tipproteġi lil dawk li jikkwalifikaw għall-ażil f’Malta filwaqt li ma tippremjax lil dawk li jidħlu Malta illegalment u jinstabu li ma jkun ħaqqhom l-ebda protezzjoni. Dan sabiex ukoll ma jintbagħatx il-messaġġ lil hinn minn xtutna illi jħeġġeġ lill-persuni jaqsmu b'mod irregolari u perikoluż, għaliex anke jekk mhux intitolat għall-protezzjoni, ser tkun premjat billi tingħata status ta’ residenza u d-dokumenti relatati miegħu. Proprju għal din l-istess raġuni li fl-2021 twaqqfet Returns Unit fi ħdan il-Ministeru għall-Intern. Dan il-unit ħadem sabiex żdiedu n-numru ta’ immigranti rregolari rritornati lejn pajjiżhom u bdiet tingħata assistenza individwali lil mijiet ta’ immigranti fuq ir-ritorn.
Hemm numru ta’ fatturi li jwasslu sabiex failed asylum seeker idum ma jiġi rritornat lejn il-pajjiż tal-oriġinu tiegħu, partikolarment in-nuqqas ta’ dokumenti tal-identità, nuqqas ta’ koperazzjoni mill-pajjiż tal-oriġinu sabiex tinkiseb id-dokumentazzjoni meħtieġa għar-ritorn u nuqqas ta’ koperazzjoni mill-persuna nnifsu. Hemm failed asylum seekers li rritornaw volontarjament u oħrajn li ġew irritornati b’mod furzat. Il-Gvern jemmen li min ma jkunx ikkopera sabiex jiġi rritornat lejn il-pajjiż tal-oriġinu ma għandux jiġi premjat. Għaldaqstant l-awtoritajiet ser ikomplu jaħdmu sabiex dawn il-każijiet jonqsu, anke bl-għajnuna ta’ aġenziji internazzjonali u Ewropej li joffru għajnuna għall-integrazzjoni mill-ġdid fil-pajjiż tal-oriġinu.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm kliniċi għal dentisti tal-Gvern? Kemm hemm dentisti u x’inhu n-numru ta’ dentisti li suppost ikun hemm f’dawn il-kliniċi tal-Gvern? Kemm hemm persuni fil-lista ta’ stennija għal servizzi ta’ dentist u kemm minnhom huma minuri?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid f’liema ħinijiet jingħata s-servizz ta’ nurse tal-CommCare (HealthMark)? Jista’ jgħid ukoll jekk mediċina preskritta minn konsulent biex tingħata wara s-6.00 p.m. ikunux jistgħu jagħtuha fil-ħin rakkomandat?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jispeċifika f'termini ta' numru u kategoriji l-kwalifiki li għandhom is-Social Welfare Professionals fi ħdan il-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS) (ċjoè skont is-suġġett u/jew kategorija tal-kwalifika f'Livell 6 fl-Istudji Umanistiċi)?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm social workers li rriżenjaw mill-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS) fl-2022? Kemm minn dawn il-professjonisti telqu mill-FSWS jew ħadu transfer fi ħdan l-istess Fondazzjoni biex saru Terapisti jew Counsellors? Kemm minn dawn il-professjonisti ħadu kariga fil-management fi ħdan l-FSWS?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7314, peress li n-numru ta' asylum seekers li għandhom dokument tal-Pulizija u li għadhom jitolbu estensjoni f'Malta hu ta' 738 u li ż-żmien li ilhom Malta jvarja mis-sena 2004 sas-sena 2022 li jfisser li wħud minnhom ilhom hawn 18-il sena, u billi l-maġġor parti ta' dawn ma jistgħux jiġu ritornati fil-pajjiż oriġinali tagħhom, jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-Gvern għal dawn l-Asylum Seekers li jinsabu f'dan il-limbu? Jista’ jgħid ukoll fuq liema mudell umanitarju qed jiġu kkonsidrati l-pjanijiet tal-Gvern għal dawn l-asylum seekers?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Il-politika tal-Gvern f’dan is-settur hija politika ta' immigrazzjoni ġusta, li tipproteġi lil dawk li jikkwalifikaw għall-ażil f’Malta filwaqt li ma tippremjax lil dawk li jidħlu Malta illegalment u jinstabu li ma jkun ħaqqhom l-ebda protezzjoni. Dan sabiex ukoll ma jintbagħatx il-messaġġ lil hinn minn xtutna illi jħeġġeġ lill-persuni jaqsmu b'mod irregolari u perikoluż, għaliex anke jekk mhux intitolat għall-protezzjoni, ser tkun premjat għaliex tkun intotlat simili għal dawk li jgawdu protezzjoni.
Id-deskrizzjoni tal-Onor. Interpellant li ‘l-maġġor parti ta’ dawn ma jistgħux jiġu rritornati’ lejn il-pajjiż tal-oriġinu tagħhom hija waħda suġġettiva u lil hinn mill-fatti. Barra minn hekk, l-istatistika tikkonċerna failed asylum seekers u mhux asylum seekers kif qed tgħid l-Onor. Interpellant fil-mistoqsija tagħha. Jekk l-Onor. Interpellant taf b’xi persuni li ma jeħtiġux protezzjoni f’Malta u qed isibuha diffiċli jirritornaw lejn pajjiżhom, inħeġġiġha tirreferi dawn il-każijiet lir-Returns Unit li waqqaf il-Gvern fl-2021 jew l-International Organization for Migration (IOM) sabiex tassisti lil dawn il-persuni.
Dipartiment tal-Anzjanità Attiva — xiri ta' e-scooters disponibbli għall-anzjani
Question
Fid-dawl li f'Ottubru 2019 id-Dipartiment tal-Anzjanità Attiva nefaq eluf ta' ewro fuq scooters biex jintużaw minn anzjani fil-Belt Valletta, jista’ l-Ministru jgħid meta beda jaħdem il-proġett pilota tal-e-scooters biex jintużaw mill-anzjani fil-Belt Valletta? Kemm ġie jiswa dan il-proġett? Jista' jagħti break down tal-ispejjeż? Meta beda jiġi implimentat dan il-proġett? Kemm-il scooter inxtara? Kemm persuni għamlu użu minn dan il-proġett s'issa? Jista’ jgħid ukoll x'sar minnhom l-e-scooters meta ġie mniedi dan il-proġett u li fuqhom intefqu €600,000?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-proġett kien proġett pilota li kien beda jopera fil-15 t’Ottubru 2019. Kontra l-impressjoni li tipprova tingħata, iż-żewġ scooters elettriċi li nxtraw ġew jiswew €4,983.
Bejn il-15 t’Ottubru ta’ 2019 u Marzu tal-2020, 53 klijent ibbenefikaw minn dan is-servizz. F’Marzu ta’ 2020 il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta talab sabiex jibda jikkoordina dan is-servizz.
Minn żmien il-pandemija dan is-servizz kien waqaf minħabba li ma baqax ikun hemm talba għalih.
Sptar Mater Dei – Mediċina Post Exposure Prophylaxis
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-mediċina Post Exposure Prophylaxis (PEP) għadhiex tiġi offruta mill-Isptar Mater Dei? Jekk le, meta twaqqfet u jekk hux maħsub li terġa' tibda tingħata mill-Isptar Mater Dei?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-mediċini għall-HIV Post Exposure Prophylaxis għadhom jiġu offruti u fil-fatt qatt ma twaqqfu mill-Isptar Mater Dei.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-każijiet li ġew megħjuna mill-aġenzija tal-Għajnuna Legali Malta (Legal Aid) fl-2022 kienu jinvolvu vittmi ta’ vjolenza domestika?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul 2022 kien hemm 95 persuni li talbu assistenza bl-għajnuna legali għall-parir dwar vjolenza domestika, filwaqt li kien hemm 5 persuni li talbu li jkunu megħjuna bl-għajnuna legali bħala vittmi ta’ vjolenza domestika fil-Qorti.
Pulizija – failed asylum seekers li għandhom policy card
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn failed asylum seekers li għandhom policy card? Din l-informazzjoni tista' tingħata skont minn liema pajjiż dawn ġejjin u kemm ilhom Malta?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-ammont ta’ failed asylum seekers li għandhom dokument tal-Pulizija u għadhom jitolbu estensjoni huma dawk li jidhru fit-tabella t'hawn taħt. It-tabella tinkludi wkoll in-nazzjonalità ta’ dawn il-persuni, u ż-żmien li ilhom Malta jvarja mis-sena 2004 sas-sena 2022. Il-figuri jirriflettu data miġbura fil-15 ta’ Marzu 2023.
Failed asylum seekers li għandhom dokument tal-Pulizija, li għadhom jitolbu estensjoni
15.03.2023
Nazzjonalità
Ammont
Algeria
3
Bangladesh
24
Benin
2
Burkina Faso
10
Chad
11
China
1
Congo
7
Egypt
2
Eritrea
22
Ethiopia
18
Gambia
31
Ghana
15
Guinea
31
Guinea Bissau
6
India
3
Iran
1
Iraq
3
Ivory Coast
78
Kamerun
21
Liberia
6
Libya
7
Mali
86
Morocco
1
Mhux indikat
2
Nepal
1
Niger
17
Nigeria
117
Pakistan
19
Palestine
4
Senegal
41
Sierra Leone
7
Syria
3
Somalia
21
Sudan
103
Togo
13
Zimbabwe
1
Total
738
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6957 u jgħid jekk huwiex minnu li l-Kulleġġ Malti tal-Arti, Xjenza u Teknoloġija (MCAST) qed jippjana li joffri diploma u degree fis-Social Work?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħala parti mill-proċess u żvilupp ta’ kull student fl-edukazzjoni, għaddejjin it-taħdidiet neċessarji biex titwaqqaf degree fis-suġġett imsemmi.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-Kulleġġ Malti tal-Arti, Xjenza u Teknoloġija (MCAST) qed jippjana li joffri diploma u degree fis-Social Work?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Regolamentazzjoni tal-ħaddiema soċjali skont il-Kap. 468
Question
Peress li l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Kap. 602) jiddefinixxi li “ħaddiem soċjali reġistrat” jew “ħaddiem soċjali” għandu jkollhom l-istess tifsira mogħtija lilhom bl-artikolu 2 tal-Att dwar il-Professjoni tax-Xogħol Soċjali (Kap. 468), u peress li l-Kap. 602 kontinwament jispeċifika l-identifikazzjoni ta’ “ħaddiem soċjali” fit-twettiq tax-xogħol mal-minuri, mal-ġenituri, ma’ professjonisti oħra u mal-ġudikatura, jista’ l-Ministru jikkonferma li, hekk kif titlob il-liġi, il-ħaddiema soċjali li qed jaħdmu mat-tfal, mal-ġenituri, ma’ professjonisti oħra u mal-ġudikatura, u/jew fi kwalunkwe ċirkostanza li taqa’ taħt il-Kap. 602, huma kollha regolati mill-artikolu 2 tal-Kap. 468? Min qiegħed jassigura dan?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li d-Direttorati li huma responsabbli mill-ħarsien u l-kura ta' tfal, hekk kif imwaqqfa skont il-Kap. 602 tal-Liġijiet ta' Malta, jimpjegaw diversi professjonisti li għandhom dmirijiet u responsabbilitajiet differenti skont l-esiġenzi tal-minuri. Hija l-liġi stess li tuża t-termini varji meta tirreferi għal min jaħdem f'dan is-settur, bħal 'uffiċjali' u 'ħaddiema soċjali'.
Għaldaqstant kull direttorat jassigura li kull professjonist li għandu rwol u li jaħdem mat-tfal huwa dejjem segwit minn ħaddiema soċjali li huma warranted filwaqt li jkun żgurat li s-superviżjoni u kull direzzjoni u deċiżjonijiet dwar il-minuri jittieħdu flimkien ma' warranted professionals. B'hekk, kull professjonist jaħdem taħt l-lenti ta' warranted professionals u l-ebda professjonist, sew jekk huwa social worker mingħajr warrant jew għandu kwalifiki oħra, ma jista’ jieħu deċiżjoni mingħajr il-gwida u r-responsabbiltà finali tal-warranted social worker. Għaldaqstant, il-warranted social workers jassumu r-responsabbiltà finali tal-każ. Warranted social worker huwa dak li għandu dan l-irwol skont l-artikolu 2 tal-Att dwar il-Professjoni tax-Xogħol Soċjali (Kap. 468).
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu tfal taħt it-18-il sena quddiem il-Juvenile Court fl-2021 u fl-2022? Għal liema reati tressqu? X'kienet l-età tagħhom? Kemm minnhom instabu ħatja? X'tip ta' sentenza ngħataw? Kemm minnhom għadhom pendenti?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni għada qed tinġabar.