FSWS – pajjiżi li jużaw in-nomenklatura ‘social welfare professionals’
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2348 fejn jingħad li “Tajjeb li nikkonkludi billi ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li n-nomenklatura ta’ Social Welfare Professional (SWP) mhix professjoni ivvintata u kkreata milll-FSWS imma hija professjoni u nomenklatura li qed tintuża wkoll barra minn Malta u dan minħabba li f’pajjiżi barranin ukoll hemm nuqqas ta’ social workers u li, allura, qed jiġu indirizzat ukoll b’dan il-mod.”, jista' l-Ministru jgħid liema huma dawn il-pajjiżi li jużaw in-nomenklatura ‘social welfare professionals’?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li b’referenza għall-mistoqsija tagħha, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra screenshots mill-website tal-European Social Network (ESN), u li tagħha l-FSWS hija membru, li juri kif barra minn Malta tintuża l-frażi social (welfare) services professionals imqassra għal social services professionals.
Billi hawn Malta teżisti tradizzjonalment konnotazzjoni ta’ benefiċċji mal-kelma servizzi, l-FSWS ippreferiet li tuża l-frażi social welfare professionals.
Ilum kulħadd jagħraf li fil-qasam tal-ħarsien soċjali hemm il-ħtieġa li jaħdmu flimkien numru dejjem jikber ta’ professjonisti f’timijiet multi-dixxiplinarji fejn is-social work jieħu r-rwol ta’ key worker li jlaqqa’ flimkien id-diversi professjonisti li jkunu qed jassistu lis-service user.
Dan kollu mhux talli ma jbaxxix il-professjoni tas-social work imma talli jgħinha tiżviluppa u tikber.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pulizija tat-traffiku (li huma attivi u mhux sospiżi) fit-Taqsima tat-Traffiku fi ħdan il-Korp tal-Pulizija?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi t-total ta’ pulizija li huma attivi fit-Taqsima tat-Traffiku fi ħdan il-Korp tal-Pulizija f’dawn il-gżejjer, huwa ta’ tmienja u tletin.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pulizija tat-traffiku sospiżi fit-Taqsima tat-Traffiku fi ħdan il-Korp tal-Pulzija?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li persuna li tiġi sospiża mill-Korp ma tibqax assenjata ma’ skwadra u, kemm-il darba tirritorna fis-servizz, tkun tista’ tintbagħat f’kull taqsima, skont l-esiġenzi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati vittmi tat-traffikar uman (human trafficking victims) fl-2018, 2019, 2020, 2021 u fl-2022 maqsuma sena b’sena? X'inhi l-identità tal-ġeneru ta' kull vittma? X'inhi n-nazzjonalità ta' kull vittma?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi in-numru ta’ vittmi tat-traffikar uman għas-snin 2018, 2019, 2020, 2021 u 2022 kien kif jidher fit-tabella riprodotta hawn taħt. Din l-informazzjoni tinkludi wkoll persuni li nstabu li kien hemm ‘pimp’ li qed jiprostitwixxihom u għaldaqstant ikunu wkoll ikkunsidrati bħala traffikar uman. It-tabella tinkludi l-ġeneru u n-nazzjonalità ta' kull vittma.
Sena
Total ta’ vittmi
Ġeneru
Nazzjonalità
2018
16
1 Ragel
15 Nisa
1 Nepaliż
14 Filippini
1 Maltija
2019
X
ejn
-
-
2020
4
4 Nisa
3 Maltin
1 Filippini
2021
Xejn
-
-
2022
5
5 Nisa
2 Kolumbjani
3 Venezweljana
Juvenile Court — tfal imressqa li kellhom taħt it-18-il sena
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8419 u jgħid kemm tressqu tfal taħt it-18-il sena quddiem il-Juvenile Court fis-snin 2020, 2021 u 2022 u x'kienet l-età tagħhom?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fis-snin 2020, 2021 u 2022 b’kollox tressqu mija tmienja u tmenin (188) każ quddiem il-Juvenile Court li l-età tagħhom tvarja bejn l-erbatax (14) u t-tmintax (18)-il sena.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8420 u jgħid għal liema reati tressqu tfal taħt it-18-il sena quddiem il-Juvenile Court fis-snin 2020, 2021 u 2022? Kemm minn dawn il-każijiet instabu ħatja? Kemm minn dawn il-każijiet għadhom pendenti?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-każijiet kollha deċiżi għal liema reati tressqu, x’kienet l-età tagħhom, kemm minnhom instabu ħatja u x’sentenza ngħataw għas-snin 2020, 2021 u 2022. Kawżi pendenti sal-aħħar ta’ April 2023 hemm mija tlieta u sittin (163) każ.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa jaħdmu full-time, reduced full-time u part time, maqsuma skont dawn l-etajiet:
bejn is-16- il sena u l-20 sena;
bejn il-21 sena u t-30 sena;
bejn il-31 sena u l-40 sena;
bejn il-41 sena u l-50 sena;
bejn il-51 sena u s-60 sena; u
’il fuq minn 60 sena?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t'hawn taħt. Skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus hawn taħt issib tabella li turi n-numru ta’ nisa li kienu qed jaħdmu full-time, reduced full-time u part-time bħala xogħol ewlieni tagħhom maqsuma skont l-etajiet indikati, sal-aħħar ta’ Diċembru 2022 (l-aħħar ċifri ppubblikati huma ta’ Diċembru 2022). Fit-tabella jidhru wkoll l-istess figuri sa l-aħħar ta’ Diċembru 2012.
Numru ta Nisa jaħdmu sa Diċcembru 2012
Numru ta Nisa jaħdmu sa Diċcembru 2022
Etajiet
Full-time
Reduced Full-time
Part-
time Only
Total
Etajiet
Full-time
Reduced Full-time
Part time Only
Total
Bejn 16 u 20 sena
1,914
130
2,502
4,546
Bejn 16 u 20 sena
1,841
87
2,468
4,396
Bejn 21 u 30 sena
18,279
447
3,803
22,529
Bejn 21 u 30 sena
26,043
478
3,104
29,625
Bejn 31 u 40 sena
14,216
840
3,561
18,617
Bejn 31 u 40 sena
31,552
1,339
3,373
36,264
Bejn 41 u 50 sena
9,092
568
3,667
13,327
Bejn 41 u 50 sena
21,762
1,313
3,718
26,793
Bejn 51 u 60 sena
6,717
305
2,879
9,901
Bejn 51 u 60 sena
13,026
730
3,149
16,905
Minn 61 sena il fuq
1,013
42
1,363
2,418
Minn 61 sena il fuq
4,180
201
2,826
7,207
Total
51,231
2,332
17,775
71,338
Total
98,404
4,148
18,638
121,190
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-Gvern biex tiġi ratifikata l-Konvenzjoni tal-International Labour Organisation (ILO) C190 Violence and Harassment addottata fl-2019 u li ġiet fis-seħħ f'Ġunju 2021?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Ġenituri li nstabu ħatja ta’ ksur tal-Kodiċi Kriminali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8414 fl-intier tagħha u jgħid kemm missirijiet u ommijiet fis-sena 2022 effettivament instabu ħatja ta' ksur tal-artikolu 339(z) tal-Kodiċi Kriminali (Kap. 9 tal-Liġijiet ta' Malta) dwar in-nuqqas ta' ħlas tal-manteniment, u artikolu 338(II) dwar in-nuqqas ta' aċċess ta' wlied minuri, u kemm weħlu twissijiet, multi, ħabs sospiż u/jew priġunerija?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet ir-reviżjoni tal-ħlas li qed isir lill-Avukati tat-Tfal? Jista’ jindika meta se jibdew jitħallsu retainer kull xahar sabiex verament ikopri x-xogħol estensiv mitlub minnhom fil-Qorti tal-Minorenni?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru kontinwament iħares u jikkunsidra titjib fil-kundizzjonijiet tal-professjonisti u l-ħaddiema involuti fil-proċess ġudizzjarju. Kull żvilupp f’dan ir-rigward jitħabbar fil-mument u fil-fora opportuni.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jitlesta s-Sliema Ferries Landing Terminal peress li ilu li beda mill-2019 u kellu jitlesta fl-2020?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq il-Ferry Landing site ta’ Tas-Sliema hu mistenni li jkun komplut iktar tard din is-sena. Bħalissa qed isiru xogħlijiet fit-triq biex jitwasslu s-servizzi sas-sit, kif ukoll għaddej ix-xogħol fuq ix-xelter għall-passiġġieri.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu kontravvenzjonijiet fuq e-scooters bejn Jannar 2022 u Diċembru 2022, kif ukoll bejn Jannar 2023 u Marzu 2023, maqsuma skont il-lokalitajiet u skont it-tip ta' kontravvenzjoni?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fi tabella t’hawn taħt.
Type of Offence
2022
2023
Grand Total
Obstructing free passage.
246
246
Contravening any traffic sign or carriageway marking, limited to traffic contraventions devolved.
3
69
72
You parked the e-kick scooters in such a manner where you obstructed the free flow of pedestrian traffic or in such a manner where you restricted or hindered the use thereof by persons with mobility impairment or impeded the access to such pavements, promenades or footpaths
31
31
Drove or caused to stand a motor vehicle without the vehicle licence being affixed to the vehicle
24
24
As the owner of the motor vehicle, you failed to ensure that the vehicle was at all times covered by the necessary licence issued by the Authority
6
6
Contravening Carriageway Marking ( No Stopping - double yellow line )
5
5
Parking on the pavement.
2
2
Contravening Traffic Sign ( No Entry from this side )
1
1
Grand Total
3
384
387
Offence Locality
2022
2023
Grand Total
SAN GILJAN
1
151
152
SLIEMA
118
118
SAN PAWL IL-BAHAR
32
32
VALLETTA
17
17
MOSTA
8
8
GZIRA
7
7
SWIEQI
7
7
BIRKIRKARA
2
3
5
QORMI
5
5
MSIDA
5
5
FLORIANA
4
4
SAN GWANN
4
4
TA` XBIEX
3
3
MELLIEHA
3
3
FGURA
2
2
SANTA VENERA
2
2
MARSA
2
2
ZEBBUG
2
2
PEMBROKE
1
1
GUDJA
1
1
LIJA
1
1
PIETA
1
1
TARXIEN
1
1
ATTARD
1
1
HAMRUN
1
1
MARSASCALA
1
1
BORMLA
1
1
Grand Total
3
384
387
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid min jista' jaċċessa mingħajr ħlas il-Post Exposure Prophylaxis (PEP) u l-Pre-Exposure Prophylaxis (PREP) mill-GU Clinic tal-Isptar Mater Dei?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-PEP tingħata mingħajr ħlas lil pazjent f’każi fejn ikun hemm l-att sesswali li ma jkunx konsenzwali. Il-PEP jingħata wkoll lill-persunal li jkun ġie espost għal sitwazzjonijiet ta’ riskju waqt ix-xogħol, skont kif jiġi deċiż mill-Infection Control Department.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta se jitlestew il-kmamar li fihom se jsir assessjar ta' każijiet ta' sexual assault f'aktar privatezza u kumdità?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-kmamar li fihom se jsir assessjar ta' każijiet ta' sexual assault huwa ppjanat li jkunu lesti sal-aħħar ta’ din is-sena.
Jista' l-Ministru jagħti klassifikazzjoni tas-servizzi li rrikorrew għalihom it-22,007 persuni li talbu l-għajnuna tal-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS) matul l-2022?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa jaħdmu full-time, reduced full-time u part-time, f'termini ta' numru u persentaġġi min-nies kollha impjegati sa Marzu 2023?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, hawn taħt issib tabella li turi n-numru ta’ nisa li kienu qed jaħdmu full-time, reduced full-time u part-time bħala xogħol ewlieni tagħhom maqsuma skont l-etajiet indikati, sal-aħħar ta’ Diċembru 2022 (l-aħħar ċifri ppublikati huma ta’ Diċembru 2022). Fit-tabella jidhru wkoll l-istess figuri sal-aħħar ta’ Diċembru 2012.
Diċembru 2012
Diċembru 2022
Numru ta' nisa li jaħdmu
Persentaġġ ta` nisa jaħdmu mit-total ta' nies jaħdmu
Numru ta' nisa li jaħdmu
Persentaġġ ta' nisa jaħdmu mit-total ta' nies jaħdmu
Full time
51,231
27.8%
98,404
33.3%
Reduced Full Time
2,332
1.3%
4,148
1.4%
Part Time
17,775
9.7%
18,638
6.3%
Total
71,338
38.8%
121,190
41.0%
Jista' l-Ministru jgħid jekk in-numru ta' pulizija fi ħdan id-Domestic Violence Unit żdiedx minn 44 għal 60, kif ġie mwiegħed?
Response (CAMILLERI, BYRON)
F’konformità mal-Istrateġija ta’ Trasformazzjoni tal-Pulizija (2020-2025), f’Ottubru 2020 twaqqfet il-Gender-Based & Domestic Violence Unit. Fuq parir tal-esperti, kif ukoll tal-GREVIO (Group of Experts on Action against Violence against Women and Domestic Violence), din it-taqsima tikkonsisti f’uffiċjali speċjalizzati u mħarrġa sabiex jagħtu l-aqwa servizz lill-vittmi kollha tal-vjolenza domestika. Fil-preżent il-GB&DV Unit żdiedet għal 48 uffiċjal u bħalissa hemm sejħa interna għall-uffiċjali li jixtiequ jingħaqdu ma’ din it-taqsima, bil-għan li r-riżorsa umana ta’ din il-Unit tkompli tissaħħaħ.
Sabiex il-GB&DV Unit ma tibqax iċċentralizzata fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, bħalissa għaddejja ħidma sabiex l-Għassa ta’ Santa Luċija tinbidel fl-ewwel hub, li se jilqa’ fih il-vittmi li jagħmlu rapport relatat mal-Vjolenza Domestika u l-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru. Apparti l-uffiċjali tal-Pulizija, fil-hub se jkun hemm ukoll preżenza ta’ social workers. Ukoll, hemm ħidma biex ikun hemm hub ieħor f'żona oħra ta' Malta. Sabiex joperaw żewġ hubs huwa stmat li hemm bżonn madwar 60 uffiċjal.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal ix-xogħol fuq l-għassa tal-Pulizija ta' Santa Luċija biex isir ċentru għall-vittmi tal-vjolenza domestika?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8435. Ninsab infurmat illi bħalissa qed jiġu evalwati l-offerti sottomessi minn kumpaniji li offrew li jaħdmu fuq tibdiliet strutturali u tekniċi li hemm bżonn, biex l-għassa tal-Pulizija ta' Santa Luċija tkun trasformata f’hub għall-vittmi tal-vjolenza domestika u vjolenza abbażi tal-ġeneru.
LESA – fondi għall-użu f’kampanji edukattivi kontra l-vjolenza domestika
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex allokat il-fond ta' €1 miljun mill-fondi tal-LESA biex jintużaw għas-sentejn li ġejjin f'kampanji edukattivi kontra l-vjolenza domestika? Jista' jgħid min huma l-entitajiet u l-assoċjazzjonijiet li se jidħlu partnership f'dawn il-kampanji edukattivi?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-Aġenzija LESA kkommettiet is-somma ta’ miljun ewro sabiex jintużaw għall-finijiet tal-kampanja kontra l-vjolenza domestika. Preżentement qed isiru l-preparamenti neċessarji. Ukoll, il-Kummissjoni fuq il-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika qed tipprovdi t-taħriġ li ġej sabiex tkompli ssaħħaħ l-isforzi tagħha f’dik li hi prevenzjoni, waħda mill-erba’ kolonni tal-Konvenzjoni ta’ Istanbul. Taħriġ minn diversi aġenziji lill-professjonisti fil-qasam tal-ġlieda kontra l-vjolenza domestika fosthom lill-uffiċjali tal-pulizija, professjonisti varji fil-qasam tas-saħħa, fil-qasam legali u fil-qasam soċjali, kif ukoll lill-edukaturi; taħriġ lill-ġurnalisti li jaħdmu fil-PBS dwar it-tfassil etiku, dinjituż u riċerkat ta’ rappurtaġġ u dokumentazzjoni ta’ każijiet ta’ vjolenza domestika u vjolenza abbażi tal-ġeneru. Il-Kummissjoni qiegħda tipprepara biex isir seminar għall-membri tal-ġudikatura li ser jittratta suġġetti saljenti. Qed issir ukoll kampanja kontinwa ta’ informazzjoni mill-Kummissjoni sabiex teduka lill-pubbliku u twassal messaġġ kontra l-vjolenza domestika b’diversi modi u li tindirizza persuni varji fis-soċjetà bħal student fl-iskejjel, żgħażagħ u adulti. Qed isir ix-xogħol preparatorju sabiex din il-kampanja tkompli tikber u tissaħħaħ.